|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/789 |
9.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11232 — PETRONORD SCANDINAVIA / PS ENERGI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/789)
1.
Fil-31 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Petronord Scandinavia AB (“Petronord”, l-Iżvezja), ikkontrollata minn Marquard & Bahls AG (il-Ġermanja), |
|
— |
PS Energi AB (“PS Energi”, l-Iżvezja), ikkontrollata bi sħab minn Petronord, Magnus Sjöö AB (l-Iżvezja) u Linda Sjöö AB (l-Iżvezja). |
Petronord se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ PS Energi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt jew xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Petronord hija kumpanija azzjonista. Il-grupp huwa attiv fl-Iżvezja fil-bejgħ tal-enerġija bħaż-żejt għat-tisħin u diesel lill-konsumtaturi, fid-distribuzzjoni ta’ lubrikanti, fit-tħaddim ta’ stazzjonijiet ta’ servizz għal flotot ta’ trakkijiet kummerċjali, u fil-kummerċ ta’ pellets tal-injam u titpi differenti ta’ gass, |
|
— |
PS Energi hija kumpanija li tbigħ l-enerġija u l-fuel b’attivitajiet fl-Iżvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11232 — PETRONORD SCANDINAVIA / PS ENERGI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/789/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)