|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/965 |
27.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/965
tal-21 ta’ Marzu 2024
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/2022-12-12.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/2023-06-17).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Xedd is-saqajn bil-wiċċ magħmul minn drapp tessili maħdum bil-ganċ b’superfiċe bil-pil (100 % tas-suf) b’inforra tessili. Ix-xedd tas-saqajn għandu pett tal-plastik. Il-parti tal-pett li tmiss mal-art għandha wiċċ lixx u ċatt. Għaxar qatgħat dritti, paralleli ma’ xulxin, jinqatgħu minn naħa għall-oħra fil-pett u jkopru l-parti tal-għarqub kif ukoll il-parti ta’ quddiem tal-pett. Il-pett huwa aktar baxx fil-parti ta’ quddiem milli fil-parti tal-għarqub. Ix-xedd tas-saqajn għandu lazzijiet bħala apparat ta’ qfil. L-anelli tal-metall jiġu ppressati direttament fid-drapp tessili tal-ganċ. (Ara l-istampi) (*1) |
6404 19 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 4(a) u (b) tal-Kapitolu 64 tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6404 , 6404 19 u 6404 19 90 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 6404 11 00 bħala żraben tat-tennis, żraben tal-basketball, żraben tal-ġinnastika, żraben tat-training u żraben oħrajn ta’ dan it-tip hija eskluża peress li x-xedd is-saqajn la huwa maħsub għal xi waħda minn dawn l-attivitajiet sportivi u lanqas mhu maħsub għal xi attività sportiva simili għat-tennis, il-basketball, il-ġinnastika jew it-training. Dawn l-attivitajiet sportivi jeħtieġu ġiri, movimenti ta’ qbiż, tidwir malajr u waqfiet f’daqqa. Għalhekk, il-pett tax-xedd is-saqajn maħsub għal dawn l-attivitajiet irid ikollu karatteristiċi li jassorbu x-xokkijiet li jirriżultaw mill-impatt ta’ dawk il-movimenti jew inkella jkun adattat għal attività sportiva speċifika. Dawn il-karatteristiċi jistgħu jkunu, fost l-oħrajn, pads tal-arja jew tal-gass, speċjalment fil-parti tal-għarqub tax-xedd is-saqajn biex jassorbu x-xokkijiet. Madankollu, il-pett tax-xedd is-saqajn ma għandux dawn il-karatteristiċi. Il-qatgħat paralleli ma’ xulxin jagħtu lill-pett flessibbiltà ideali għall-mixi. Il-fatt li l-pett huwa aktar baxx fil-parti ta’ quddiem milli fil-parti tal-għarqub jappoġġa wkoll il-moviment waqt il-mixi. Madankollu, mingħajr karatteristiċi addizzjonali, il-pett ma huwiex adattat għall-ġiri jew għall-qbiż. Barra minn hekk, il-materjal tal-wiċċ huwa pjuttost elastiku minħabba li huwa magħmul minn suf maħdum bil-ganċ, u jċedi għal forzi laterali tqal waqt tidwir f’daqqa. Barra minn hekk, peress li l-anelli ma jiġu rinfurzati bl-ebda mod iżda jiġu ppressati direttament fil-materjal elastiku maħdum bil-ganċ, l-apparat tal-qfil mhuwiex adattat għal movimenti f’daqqa. Is-suf maħdum bil-ganċ iċedi għall-forzi li jkun espost għalihom. Għalhekk, il-wiċċ ma huwiex iddisinjat b’mod li jagħti stabbiltà lis-sieq u li jipprovdi bilanċ waqt il-mixi, waqt il-qbiż, jew waqt it-tidwir jew il-waqfien f’daqqa. Konsegwentement, l-oġġett huwa ddisinjat bħala xedd is-saqajn tar-rikreazzjoni għall-mixi. (Ara wkoll il-paragrafi tlieta sa seba’ tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għas-subintestatura 6404 11 00 .) Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 6404 19 90 bħala xedd is-saqajn bil-pett ta’ barra tal-plastic u bil-wiċċ magħmul minn materjali tessili. |
(*1) L-istampi huma purament għall-informazzjoni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/965/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)