<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-604/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0604</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:848">EU:C:2011:848</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI MENGOZZI — KAWŻA C-604/10</P><P>FOOTBALL DATACO <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-604/10</P><P>Football Dataco Ltd</P><P>Football Association Premier League Ltd</P><P>Football League Limited</P><P>Scottish Premier League Ltd</P><P>Scottish Football League</P><P>PA Sport UK Ltd</P><P>vs</P><P>Yahoo! UK Limited</P><P>Stan James (Abingdon) Limited</P><P>Stan James PLC</P><P>Enetpulse APS</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division), ir-Renju Unit]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 96/9/KE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni legali ta’ databases</KEYWORD><KEYWORD>Kalendarji tal-kampjonati tal-futbol</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab biex tikkompleta l-ġurisprudenza tagħha fir-rigward tal-possibbiltà ta’ protezzjoni għall-kalendarji ta’ kampjonat tal-futbol abbażi tad-Direttiva 96/9/KE dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 15, p. 459).</P></NOTE>). Fl-2004, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ċċarat il-fatt li dawn il-kalendarji bħala prinċipju ma jistgħux igawdu mill-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> abbażi tal-imsemmi dritt previst fid-Direttiva. F’dan ir-rigward għandu jiġi vverifikat, sabiex jiġi kkompletat dan il-qafas, jekk hijiex applikabbli u taħt liema kundizzjonijiet, il-protezzjoni pprovduta bid-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 96/9/KE tipprovdi li database tista’ tgawdi minn żewġ tipi differenti ta’ protezzjoni. L-ewwel nett, dik il-protezzjoni żgurata bid-drittijiet tal-awtur, iddefinita skont it-termini li ġejjin fl-Artikolu 3 :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>B’konformità ma’ din id-Direttiva, databases li, minħabba l-għażla jew l-arranġament tal-kontenut tagħhom, jikkostitwixxu kreazzjoni intellettwali ta’ l-awtur innifsu għandhom ikunu protetti bid-dritt ta’ l-awtur. L-ebda kriterji oħra m’għandhom ikunu applikati biex tkun stabbilita l-eliġibilità tagħhom għal dik il-protezzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="2"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur ta’ databases kif provduta f’din id-Direttiva m’għandhiex testendi għall-kontenut tagħhom u għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-kontenut innifsu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva jistabbilixxi wkoll tip ieħor ta’ protezzjoni, magħrufa bħala. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, għad-databases, li l-preparazzjoni tagħhom irrikjediet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>investiment sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri għandhom jipprovdu għal dritt għal min jagħmel database li juri li jkun sar investiment sostanzjali kwalitattiv u/jew kwantitattiv fil-kisba, verifika jew preżentazzjoni tal-kontenut biex ma titħalliex li ssir estrazzjoni u/jew użu mill-ġdid tiegħu kollu jew parti sostanzjali minn, valutat b’mod kwalitattiv u/jew kwantitattiv, tal-kontenut ta’ dik id-database.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll jekk dik id-database ma tkunx eliġibbli għal protezzjoni bid-dritt ta’ l-awtur jew bi drittijiet oħra. Barra dan, dan għandu japplika wkoll jekk il-kontenut ta’ dik id-database ma jkunx eliġibbli għall-protezzjoni bid-dritt ta’ l-awtur jew bi drittijiet oħra. Il-protezzjoni ta’ databases skond id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun bla ħsara għal drittijiet li jkun hemm fir-rigward tal-kontenut tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva jittratta l-applikazzjoni tagħha <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Dan jindika, b’mod partikolari fil-punt 2, ir-regola li għandha tiġi applikata meta database tkun protetta bid-drittijiet tal-awtur qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, iżda ma tkunx tissodisfa l-kriterji għal din il-protezzjoni abbażi tal-istess Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[…] fejn database protetta bl-arranġamenti tad-dritt ta’ l-awtur fi Stat Membru fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tissodisfax il-kriterji ta’ eliġibilità għall-protezzjoni tad-dritt ta’ l-awtur stabbilita fl-Artikolu 3(1), din id-Direttiva ma jkollhiex l-effett li tnaqqas f’dak l-Istat Membru il-perjodu li jkun fadal ta’ protezzjoni mogħti permezz ta’ dawk l-arranġamenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fatti, proċedura prinċipali u domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-kumpanniji Football Dataco Ltd <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Football Dataco <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jorganizzaw il-kampjonati tal-futbol Ingliż u Skoċċiż. F’dan il-kuntest, huma jiżviluppaw u jippubblikaw l-elenku tal-logħbiet kollha li jkunu se jintlagħbu kull sena fil-kampjonati. Il-konvenuti, Yahoo! UK Limited <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Yahoo <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jużaw il-kalendarji tal-futbol inkwistjoni biex ifornu aħbarijiet u informazzjoni oħra u/jew biex jorganizzaw attivitajiet ta’ mħatri.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Football Dataco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> essenzjalment qed jitlobu mingħand Yahoo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> il-ħlas tad-drittijiet għall-użu tal-kalendarji tal-futbol żviluppati minnhom. Huma qed jeżiġu l-protezzjoni ta’ dawn il-kalendarji, kemm abbażi tad-Direttiva kif ukoll abbażi tad-drittijiet tal-awtur kif ukoll abbażi tad-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-qrati nazzjonali eskludew il-protezzjoni abbażi tad-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, minħabba li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwar dan il-punt reċentement u b’mod ċar ħafna f’erba’ sentenzi mogħtija mill-Awla Manja f’Novembru 2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenzi tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing (C-46/02, Ġabra.p. I-10365), The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-203/02" PAGE.ECR="I-10415" YEAR="2004">C-203/02, Ġabra p. I-10415</REF.DOC.ECR>), Fixtures Marketing (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/02" PAGE.ECR="I-10497" YEAR="2004">C-338/02, Ġabra. p. I-10497</REF.DOC.ECR>), kif ukoll Fixtures Marketing (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-444/02" PAGE.ECR="I-10549" YEAR="2004">C-444/02, Ġabra. p I-10549</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, minħabba li għadha meqjusa miftuħa l-problema dwar il-protezzjoni possibbli abbażi tad-drittijiet tal-awtur, li ma kinitx solvuta fl-2004, il-qorti tar-rinviju ssospendiet il-proċeduri quddiemha u għamlet id-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>X’tifsira għandha tingħata, fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE>, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>databases li, minħabba l-għażla jew l-arranġament tal-kontenut tagħhom, jikkostitwixxu kreazzjoni intellettwali ta’ l-awtur innifsu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, u b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-isforzi intellettwali u l-ħila implementata fil-ħolqien ta’ data għandhom jiġu esklużi?;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>l-għażla jew l-arranġament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jimplikaw żieda sinjifikattiva għad-data li kienet teżisti qabel (bħal fil-każ tal-iffissar tad-data ta’ logħba tal-futbol);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kreazzjoni intellettwali ta’ l-awtur innifsu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tirrikjedi iktar minn xogħol sinjifikattiv u ħila sinjifikattiva min-naħa tal-awtur, u, jekk dan huwa l-każ, x’tirrikjedi?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tostakola d-drittijiet tal-awtur nazzjonali fuq id-databases, li ma humiex dawk previsti mid-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju essenzjalment qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tippreċiża liema kundizzjonijiet għandha jkollha database, skont id-Direttiva 96/9/KE, biex tkun protetta bid-drittijiet tal-awtur. Sabiex nirrispondi b’mod xieraq, jeħtieġ l-ewwel nett li tinġabar fil-qosor il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kalendarji tal-futbol u wara li jiġi vverifikat x’inhuma r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ tipi ta’ protezzjoni possibbli abbażi tad-Direttiva: id-drittijiet tal-awtur minn naħa u d-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> min-naħa l-oħra.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-protezzjoni tad-databases, u nirreferi b’mod partikolari għas-sentenzi diġà ċċitati ta’ Novembru 2004, ikkjarifikaw il-punti fundamentali li għandhom ikunu meqjusa fl-analiżi tad-domandi preliminari preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-kalendarju tal-futbol, anki jekk jikkonsisti f’lista sempliċi ta’ logħbiet, għandu jitqies bħala database skont is-sens tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing, (C-444/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 23 sa 36)</P></NOTE>. Dan il-punt jitqies li diġà ġie stabbilit kemm mill-qorti tar-rinviju kif ukoll mis-suġġetti kollha li ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, u għaldaqstant ma għandux jingħata iktar attenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>It-tieni nett, kalendarju tal-futbol ma jissodisfax ir-rekwiżiti li huma meħtiega skont is-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva għall-protezzjoni ta’ database bid-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Fir-rigward tat-test tal-kalendarju jiġifieri, l-inklużjoni ta’ lista ordinata ta’ sensiela ta’ elementi li diġà jeżistu (id-data dwar kull logħba), ma jirrikjedi ebda investiment sostanzjali għat-tlestija, il-verifika jew il-preżentazzjoni tad-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing (C-46/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 44 sa 47),</P></NOTE>. Anki dan l-aspett, kif diġà indikajt, jitqies mill-qorti tar-rinviju li diġà ġie stabbilit (għalkemm xi partijiet fil-kawża prinċipali ppruvaw jagħmlu xi domandi lil-Qorti tal-Ġustizzja anki relatati mad-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), u li għaldaqstant limitat ruħha għaż-żewġ domandi tagħha dwar il-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-relazzjoni bejn il-protezzjoni bbażata fuq id-drittijiet tal-awtur u l-protezzjoni</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>sui generis<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Punt ieħor li għandu neċessarjament jiġi kkjarifikat qabel ma nipproċedi bl-analiżi tal-ewwel domanda preliminari jikkonċerna r-relazzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ protezzjoni previsti fid-Direttiva. Fil-fatt, mill-qari tat-test wieħed jista’ jistaqsi jekk teżistix <HT TYPE="ITALIC">relazzjoni ġerarkika</HT> bejn il-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur u dik <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Interpretazzjoni simili bbażata fuq sorsi affidabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara f’dan is-sens, b’mod partikolari id-Dokument ta’ Ħidma tad-Direttorat Ġenerali Suq Intern u Servizzi, tat-<DATE ISO="20051212">12 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">First evaluation of Directive 96/9/EC on the legal protection of databases</HT>, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni.</P></NOTE> u invokata indirettament f’ċerti osservazzjonijiet li saru waqt is-seduta, tqis il-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bħala protezzjoni tat-tieni livell, li tista’ tiġi rrikonoxxuta meta database ma jkollhiex l-oriġinalità li hija<?PAGE NO="4"?> neċessarja biex tkun protetta bid-drittijiet tal-awtur. F’dan il-każ, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet, fis-sentenzi tagħha ta’ Novembru 2004, il-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (biex ngħidu hekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) għall-kampjonati tal-futbol awtomatikament wasslet anki għall-esklużjoni tal-protezzjoni (biex ngħidu hekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) ibbażata fuq id-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Madankollu, analiżi ddettaljata tad-Direttiva turi li interpretazzjoni simili ma hijiex korretta u ż-żewġ tipi ta’ protezzjoni għandhom jitqiesu bħala awtonomi għal kollox minn xulxin, kif jidher li aċċettaw is-suġġetti kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-kawża, inkluża l-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’din id-direttiva għandu jiġi osservat li s-suġġett stess taż-żewġ protezzjonijiet huwa differenti. Minn naħa, il-protezzjoni bbażata fuq id-drittijiet tal-awtur essenzjalment tiffoka fuq <HT TYPE="ITALIC">l-istruttura</HT> tad-database, jiġifieri l-mod kif din inħolqot konkretament mill-awtur, permezz tal-għażla tal-kontenut li għandu jkun inkluż jew il-modalitajiet tal-preżentazzjoni tiegħu. L-Artikolu 3(2) b’mod ċar jippreċiża li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur kif previst f’dan l-artikolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>m’għandhiex testendi […] għall-kontenut<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tad-databases, li jista’ jkun protett bid-drittijiet tal-awtur b’mod awtonomu, iżda mhux għall-fatt li jiżdied f’database protetta. Il-premessa 15 tosserva li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>għandha tinkludi l-istruttura tad-database<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Għall-kuntrarju, il-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> hija sempliċiment dritt biex ikunu evitati l-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">tad-data inkluża fid-database</HT>. Dan id-dritt huwa rrikonoxxut mhux biex jipproteġi l-oriġinalità tad-database, iżda biex jikkumpensa l-isforz kbir li jsir biex tinġabar, tiġi vverifikata u/jew ippreżentata d-data inkluża f’dawn id-databases<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing, (C-46/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 39). Inċidentalment nosserva li l-verżjoni Taljana tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tidher li qed timplika li l-investiment sostanzjali jseħħ fil-kisba, fil-verika u fil-preżentazzjoni tad-data. Min-naħa l-oħra, il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra jużaw il-konġunzjoni <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> u permezz tagħha, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja hija koerenti :l-investiment sostanzjali xieraq li jkun protett anki jekk jirrigwarda l-kisba biss, il-verifika biss jew il-preżentazzjoni biss tad-data.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fi kliem ieħor, database tista’ tkun protetta bid-drittijiet tal-awtur biss, bid-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> biss, biż-żewġ drittijiet jew bl-ebda miż-żewġ drittijiet, skont il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ database skont is-sens tad-Direttiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Kif għadu kemm intwera, il-fatt li ż-żewġ tipi ta’ protezzjoni possibbli ta’ database huma totalment indipendenti minn xulxin, madankollu ma jfissirx li l-kunċett ta’ database, kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha ta’ Novembru 2004, għandu jkun differenti fir-rigward taż-żewġ tipi ta’ drittijiet. Għall-kuntrarju, fl-opinjoni tiegħi dan il-kunċett għandu jkun identiku. Ma jagħmel l-ebda sens li kunċett ewlieni tad-Direttiva, iddefinit fl-Artikolu 1 tagħha, jista’ jkollu diversi tifsiriet, mingħajr ebda argument testwali f’dan ir-rigward, biex jiġu interpretati żewġ artikoli distinti tat-test leġiżlattiv, li jikkonservaw mill-bqija l-valur kollu tagħhom interpretati fid-dawl ta’ kunċett uniku tal-kunċett ta’ database. Id-drittijiet tal-awtur jistgħu jipproteġu l-istruttura tad-database, filwaqt li d-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jipproteġi l-kontenut: iżda dan bl-ebda mod ma jirrikjedi li jkunu jeżistu żewġ kunċetti differenti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>database<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat li l-ambitu tal-protezzjoni offruta mid-Direttiva <HT TYPE="ITALIC">ma jinkludix il-fażi tal-kreazzjoni tad-data, iżda biss il-fażi tal-ġbir, il-verifika u l-preżentazzjoni tagħha</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenzi tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing, (C-444/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 39, 40), u (C-338/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 punt 25).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, l-interpretazzjoni għandha tidentifka d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>database<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> billi toħloq distinzjoni ċara bejn il-mument tal-ħolqient tad-data, li ma jaqax taħt id-Direttiva, u l-mument li fih din id-data tkun inġabret jew ġiet abbozzata, li min-naħa l-oħra hija importanti biex jiġi ddeterminat jekk din id-database għandhiex jew le tiġi protetta.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet din id-distinzjoni bejn il-kreazzjoni tad-data u l-inklużjoni tagħha fl-ambitu ta’ diskors dwar il-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, dawn huma kunsiderazzjonijiet iktar ġenerali, li jirrigwardaw il-kunċett innifsu tad-database skont is-sens tad-Direttva. Din il-preċiżazzjoni barra minn hekk tikkjarifika b’mod definittiv li d-Direttiva tipproteġi <HT TYPE="ITALIC">l-kreazzjoni ta’ databases</HT> — taħt iż-żewġ profili tal-istruttura tagħhom u tal-ġbir tad-data <HT TYPE="ITALIC">iżda ma tittrattax il-protezzjoni tad-data bħala tali</HT>. Mill-bqija, l-għan tad-Direttiva huwa li tiffaċilita l-kreazzjoni ta’ sistemi ta’ ġbir u konsultazzjoni ta’ informazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing (C-444/02 iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 28).</P></NOTE>, mhux il-kreazzjoni ta’ data. Fid-diskussjoni tagħha dwar il-kunċett ta’ database, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament insistiet fuq il-valur informattiv indipendenti tad-data inkluża fid-database<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punti 29 u 33 sa 35.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-fatt li għall-finijiet tad-Direttiva, qatt ma jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-kreazzjoni tad-data huwa mill-bqija perfettament loġiku anki b’riferiment għad-drittijiet tal-awtur, minħabba li d-Direttiva tenfasizza, li d-data <HT TYPE="ITALIC">tista’ madankollu tkun protetta bid-drittijiet tal-awtur bħala tali</HT>, jekk tissodisfa r-rekwiżiti, indipendentement mill-eżistenza tad-drittijiet tal-awtur fuq id-database.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandi nosserva li, f’dan il-każ, l-idea stess li tintuża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għall-protezzjoni tal-kalendarji tal-futbol tidher kemxejn singulari. Kif diġà nnutajt iktar ’il fuq, fil-fatt id-drittijiet tal-awtur jipproteġu essenzjalment, fil-każ ta’ database, il-parti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>esterna<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tagħha, l-istruttura tagħha. Milli qiegħed nifhem, Yahoo <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, jużaw <HT TYPE="ITALIC">id-data</HT> żviluppata mill-kumpanniji organizzattriċi tal-kampjonati, u mhux il-modalitajiet eventwali li bihom dawn il-kumpanniji jippubblikaw din id-data. Qabel ma s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-2004 eskludew l-applikabbiltà tagħha, il-kumpanniji organizzattriċi ġustament kienu kkunsidraw li l-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, tikkonċerna, kif intwera, iktar il-kontenut ta’ database (jew aħjar, l-isforz meħtieġ biex tinġabar u tiġi ppreżentata d-data), milli l-istruttura tagħha. Ir-rikors għad-drittijiet tal-awtur hawnhekk jidher li hu t-tieni l-aħjar soluzzjoni minħabba l-esklużjoni tal-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, lanqas mhu ċert li l-eżistenza eventwali ta’ protezzjoni bbażata fuq id-dritt tal-awtur għall-kalendarji tal-futbol tipprekludi l-attività li bħalissa qed jagħmlu l-Yahoo <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, li mill-atti tal-proċess, tidher li hija limitata għall-użu ta’ data mhux ipproċessata (dati, orarji u timijiet ta’ diversi logħbiet) mhux tal-istruttura tad-database.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal qabel, nista’ ngħaddi għall-analiżi tat-tliet sub-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. Is-soluzzjoni ta’ dawn tippermetti, kif ser jintwera, li tingħata risposta kumplessiva għall-ewwel domanda preliminari.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 1(a)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel mit-tliet sub-domandi, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-attività mwettqa għall-kreazzjoni tad-data inkluża f’database għandhiex titqies biex jiġi ddeterminat jekk din id-database jistħoqqilhiex jew le l-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda tirriżulta direttamment minn dak li osservajt iktar ’il fuq fir-rigward tal-kunċett neċessarjament unitarju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>database<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fid-Direttiva. L-isforzi li jsiru għall-<HT TYPE="ITALIC">kreazzjoni</HT> tad-data ma jistgħux jitqiesu sabiex jiġi evalwat id-dritt għall-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Il-kreazzjoni ta’ data hija attività li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li għalkemm l-attivitajiet li jsiru għall-kreazzjoni ta’ data ma jistgħux ikunu, kif affermat il-Qorti tal-Ġustizzja, ikkunsidrati għall-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li hija l-protezzjoni relatata iktar mill-qrib mad-data u l-mod tal-kisba tagħha, dawn l-attivitajiet għandhom speċjalment ikunu injorati f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur, li għandha rabta iktar dgħajfa mal-ġbir tad-data u hija pjuttost iffukata fuq ir-rappreżentazzjoni tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 1(b)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sub-domanda, il-qorti tar-rinviju qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tikkjarifika jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-għażla jew l-arranġament<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tal-kontenut tad-database, li l-analiżi tiegħu tippermetti li jkun ivverifikat jekk jissodisfax il-prerekwiżiti għall-protezzjoni skont id-drittijiet tal-awtur, jistax jikkonsisti anki f’żieda rilevanti ta’ importanza ta’ data li diġà teżisti.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Id-domanda magħmula, essenzjalment, hija l-kwistjoni dwar jekk jikkostitwixxix attività ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>għażla jew […] arranġament<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> biżżejjed biex jiggarantixxi l-protezzjoni abbażi tal-Artikolu 3 il-fatt, pereżempju, li jattribwixxi karatteristiċi speċifiċi supplimentari għal element inkluż f’database. Il-qorti tar-rinviju ssemmi, bħala eżempju, il-fatt li tiġi ddeterminata d-data ta’ logħba speċifika bejn żewġ timijiet tal-futbol.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Inqis li s-sub-domanda li għadha kemm ġiet indikata titlaq minn prerekwiżit żbaljat. Fil-fatt, l-indikazzjonijiet kollha relattivi għal kull logħba ta’ kampjonat speċifiku, <HT TYPE="ITALIC">għandhom jitqiesu bħala definiti qabel l-introduzzjoni tad-data fid-database</HT>. Kif diġà kkjarifikat il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ li kalendarju tal-futbol, id-data inizjali li tiddaħħal fid-database ma hijiex it-timijiet kollha u d-dati kollha possibbli, <HT TYPE="ITALIC">iżda ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull logħba li għandha tintlagħab</HT> (data, tim, post, eċċ.)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tad-<DATE ISO="20041109">9 ta’ Novembru 2004</DATE>, Fixtures Marketing (C-46/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punti 41 u 42), (C-444/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 47) u (C-338/02, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3, punt 31).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, id-determinazzjoni tal-karatteristiċi kollha ta’ kull logħba ssir fil-fażi tal-kreazzjoni tad-data- eskluża, kif rajna, mill-protezzjoni abbażi tad-Direttiva — u ma tistax titqies bħala r-riżultat jew il-konsegwenza tal-organizzazzjoni tad-data fid-database.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-qorti tar-rinviju tidher li telqet mill-prerekwiżit li fid-database kienu inklużi fil-prattika, diversi listi sempliċi: it-timijiet kollha tal-kampjonat, id-dati kollha u l-ħinijiet kollha possibbli għal-logħbiet. F’din il-perspettiva, id-determinazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull logħba (timijiet interessati, ġurnata u ħin) isseħħ, <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-introduzzjoni tad-data inizjali fid-database. Din id-determinazzjoni hija l-<HT TYPE="ITALIC">prodott</HT> tad-database.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, interpretazzjoni simili tal-fatti hija żbaljata. Ma humiex l-elenki ġeneriċi tat-timijiet, id-dati u l-ħinijiet possibbli li huma inklużi fid-database. Għall-kuntrarju, fid-database jiddaħlu l-logħbiet individwali li għandhom jintlagħbu, kull logħba bil-karatteristiċi kompluti tagħha: il-ħin, id-data, it-tim. Il-passaġġ mil-listi ġeneriċi (pereżempju t-timijiet A, B, C, D, eċċ., id-dati x, y, z, eċċ.) għad-definizzjoni tal-logħbiet individwali (pereżempju, tim A kontra tim B fid-data x) isir fil-fażi tal-kreazzjoni tad-data, qabel l-inklużjoni tagħhom stess fid-database.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Konsegwentement, huma irrilevanti l-osservazzjonijiet iddettaljati ħafna tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali biex juru li x-xogħol tad-determinazzjoni tal-karatteristiċi ta’ kull logħba individwali mhux purament awtomatiku u għall-kuntrarju jirrikjedi ħila u kompetenza kunsiderevoli. Fil-fatt, din l-attività hija totalment preliminari u separata minn dik ta’ kreazzjoni tad-database.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni ċċitata iktar ’il fuq hija kkonfermata mill-istess ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari minn testi li jenfasizzaw in-neċessità li l-komponenti individwali ta’ database jkollhom valur informattiv awtonomu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara iktar ’il fuq, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 10.</P></NOTE>. Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, il-listi ġeneriċi ta’ timijiet, dati u ħinijiet ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala awtentikament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>informattivi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Il-karatteristiċi kollha flimkien ta’ kull logħba individwali biss jistgħu jkollhom valur simili.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Wara dak kollu li għadu kemm intqal, inqis li s-sub-domanda, anki jekk applikata f’termini astratti u lil hinn miċ-ċirkustanzi tal-kawża inkwistjoni, għandha tingħata risposta pożittiva. Fi kliem ieħor, l-attribuzzjoni ta’ rilevanza sinjifikattiva għall-elementi ta’ data li kienet teżisti qabel — imwettqa permezz tal-inklużjoni ta’ din id-data f’database — tista’ tippreżenta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>dispożizzjoni jew arranġament<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li<?PAGE NO="7"?> jistħoqqilhom li jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur. Fl-opinjoni tiegħi, ma hemmx dubju li, fl-ispirtu tad-Direttiva, l-inklużjoni tad-data f’database tagħti valur jew sinjifikat ulterjuri lill-istess data fl-kuntest ta’ evalwazzjoni kumplessiva għar-rikonoxximent tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għall-istess database. Dan huwa preċiżament l-iskop tad-dispożizzjoni li għandha l-għan li tipproteġi dak li database <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>żżied<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fi kwalunkwe mod, fir-rigward tad-data inizjali li tiddaħħal fiha. Fil-każ tal-elementi li jikkaratterizzaw il-logħbiet tal-kampjonat tal-futbol, madankollu, dawn huma <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> parti mid-data inizjali u ma humiex il-prodott tal-inklużjoni ta’ dawn tal-aħħar fid-database.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>F –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 1(c)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet sub-domanda, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kreazzjoni intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> tal-awtur ta’ database. Dan, evidentement minħabba l-fatt li l-Artikolu 3 tad-Direttiva preċiżament jissuġġetta l-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur għall-fatt li d-database, hija, għall-għażla jew għall-arranġament tal-kontenut, kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess. B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk sabiex ikollok kreazzjoni intellettwali huwiex biżżejjed li jkun hemm kontribut sinjifikattiv ta’ xogħol u ħila (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>significant labour and skill<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, anki din it-tielet sub-domanda, bi probabbiltà kbira bħal ta’ qabel, titlaq minn premessa żbaljata minħabba li skontha, l-isforzi kbar li l-kumpanniji organizzattriċi jagħmlu biex jiddeterminaw it-timijiet, id-dati u l-ħinijiet tad-diversi logħbiet tal-kampjonat, sforzi li mingħajr dubju jirrikjedu kwantità ta’ xogħol u esperjenza organizzattiva, huma marbuta mal-kreazzjoni ta’ database. Fil-verità, kif innutajt iktar ’il fuq, dawn l-isforzi għall-kuntrarju għandhom ikunu marbuta mal-fażi ta’ qabel, jiġifieri dik tal-kreazzjoni tad-data, li ma tistax tiġi kkunsidrata għall-evalwazzjoni tad-dritt ta’ protezzjoni tad-database.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki indipendentement mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti u anki jekk id-domanda tal-qorti nazzjonali tiġi interpretata f’termini astratti, ir-risposta fl-opinjoni tiegħi hija neċessarja: il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur hija suġġetta għall-fatt li database hija kkaratterizzata minn element <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>kreattiv<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u mhux biżżejjed li l-kreazzjoni tad-database irrikjediet xogħol u ħila.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Huwa magħruf li fl-Unjoni Ewropea jeżistu standards differenti f’dak li jirrigwarda l-livell ta’ oriġinalità mitlub, b’mod ġenerali biex tiġi rrikonoxxuta l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Fil-proposta inizjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19920513">13 ta’ Mejju 1992</DATE>, [COM(92) 24 def.], id-diverġenzi nazzjonali fir-rigward tal-oriġinalità kienu diġà ssemmew fost ir-raġunijiet favur armonizzazzjoni tal-protezzjoni tad-databases (ara l punt 2.2.5).</P></NOTE>. B’mod partikolari, f’xi pajjiżi tal-Unjoni, dawk ikkaratterizzati minn tradizzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">common law</HT>, il-kriterju ta’ riferiment tradizzjonalment huwa x-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>xogħol, ħiliet jew sforz<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (labour, skills or effort). Għal din ir-raġuni, pereżempju fir-Renju Unit, id-databases, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, kienu ġeneralment igawdu mill-protezzjoni bid-drittijiet tal-awtur. Database kienet protetta bid-drittijiet tal-awtur jekk il-kreatur tagħha kellu, fil-kuntest tal-elaborazzjoni tagħha, jagħmel sforz partikolari jew juża ċertu ħila. Għall-kuntrarju, fil-pajjiżi ta’ tradizzjoni kontinentali, huwa ġeneralment mitlub, sabiex tiġi rrikonoxxuta protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur, li x-xogħol ikollu element ta’ kreattività, jew jesprimi b’ċertu mod il-personalità tal-awtur tiegħu, minkejja li dejjem hija eskluża kwalunkwe evalwazzjoni relattiva għall-kwalità jew għan-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>artistika<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan ir-rigward ma hemmx dubji dwar il-fatt li d-Direttiva, daħlet, f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur, kunċett ta’ oriġinalità li jmur lil hinn minn sempliċiment sforz <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>mekkaniku<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> neċessarju biex tinġabar data u tiġi inkluża f’database. Sabiex tiġi protetta bid-drittijiet tal-awtur, database, kif jindika b’mod ċar l-Artikolu 3 tad-Direttiva għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>kreazzjoni intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> tal-awtur tagħha. Din l-espressjoni ma tħalli ebda dubju u terġa’ tieħu l-format tipiku tat-tradizzjoni kontinentali tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa ċar li mhux possibbli li tingħata darba għal dejjem f’termini ġenerali definizzjoni dwar meta xogħol ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kreazzjoni intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Din tinvolvi evalwazzjoni li, kif indikajt, mhix neċessarja fil-kawża inkwistjoni. Fi kwalunkwe każ, fejn dan ikun meħtieġ, din l-evalwazzjoni għandha titwettaq mill-qorti nazzjonali abbażi taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażżjoni li tagħti xi indikazzjonijiet, u b’mod partikolari enfasizzat li l-protezzjoni tad-data bid-drittijiet tal-awtur irrikonoxxuta bl-Artikolu 3 tad-Direttiva, kif ukoll bl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 91/250<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE>, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, (<REF.DOC.OJ VOLUME="1" COLL="L" PAGE.FIRST="114" NO.OJ="122" DATE.PUB="1991">ĠU L 122, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter u bl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/116<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (verżjoni kkodifikata) (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="12" NO.OJ="372" DATE.PUB="2006">ĠU L 372, p. 12</REF.DOC.OJ>)</P></NOTE> għall-fotografija, tippresupponi li x-xogħlijiet ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>oriġinali fis-sens li huma kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Infopaq International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-5/08" PAGE.ECR="I-6569" YEAR="2009">C-5/08, Ġabra p. I-6569</REF.DOC.ECR>, punt 35). Barra minn hekk, nosserva li t-tliet Direttivi li għadhom kemm ġew iċċitati jużaw terminoloġija, li f’xi lingwi hija identika, filwaqt li f’oħrajn, (pereżempju fit-Taljan), biex jindikaw differenzi kbar, juru b’mod ċar l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jirreferi għall-istess kunċett.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja anki kellha mod kif tindika li kreazzjoni intellettwali tal-awtur tista’ tkun preżenti biss meta x-xogħol jirrifletti l-personalità tiegħu: dan ikun il-każ meta l-awtur jista’ jagħmel għażliet ħielsa u kreattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal-1°ta’ Diċembru 2011, Painer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/10" PAGE.ECR="I-12533" YEAR="2011">C-145/10, Ġabra p. I-12533</REF.DOC.ECR>), punti 86 sa 88.</P></NOTE> Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, b’mod ġenerali, jista’ ma jkunx hemm l-oriġinalità neċessarja meta l-karatteristiċi ta’ xogħol ikunu imposti mill-funzjoni teknika ta’ dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Bezpečnostní softwarová asociace (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-393/99" PAGE.ECR="I-13971" YEAR="2010">C-393/99 Ġabra p. I-13971</REF.DOC.ECR>, punt 49).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-leġiżlatur tad-Direttiva essenzjalment ipprova jagħmel tip ta’ kompromess/konċiljazzjoni tal-orjentamenti eżistenti fid-diversi Stati tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Direttiva. Għall-protezzjoni bid-drittijiet tal-awtur, intgħażel il-prinċipju l-iktar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>strett<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> tal-pajjiżi li għandhom tradizzjonijiet kontinentali, filwaqt li għall-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> intuża l-kriterju ta’ riferiment li fil-prattika huwa l-eqreb għal dak tat-tradizzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">common law</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dwar dan il-punt ara wkoll id-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 1.1.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Kif intwera, dawn huma indikazzjonijiet pjuttost ġenerali, li madankollu mhux meħtieġ li jkunu approfonditi iktar, minħabba li kif indikajt iktar ’il fuq, fil-każ ta’ kalendarju tal-futbol, jamalgamaw fid-database unitajiet informattivi u diġà kompluti <HT TYPE="ITALIC">li ma jakkwistaw ebda sinjifikat ulterjuri permezz tal-inklużjoni tagħhom fl-istess database</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-databases hija suġġetta għal rekwiżit ta’ oriġinalità pjuttost strett naturalement ma jfissirx, li l-isforzi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>mekkaniċi<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> għall-ġbir tad-data huma irrilevanti għall-finijiet tad-Direttiva. Għall-kuntrarju, l-għan essenzjali tal-Artikolu 7 tagħha dwar il-protezzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/><HT TYPE="ITALIC">sui generis</HT><QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, huwa preċiżament dak li jipproteġi t-tali attività. Il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet l-applikazzjoni fil-każ tal-kalendarji tal-futbol ma jnaqqasx mill-importanza tagħhom f’termini iktar ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madanakollu, jibqa’ l-fatt li fil-prinċipju, anki kalendarju tal-futbol, jista’ taħt xi kundizzjonijiet, ikun protett bid-drittijiet tal-awtur, jekk fit-twettiq prattiku tiegħu l-awtur introduċa elementi suffiċjenti ta’ oriġinalità. Pereżempju, kalendarju kkaratterizzat minn mod partikolari ta’ rappreżentazzjoni tal-logħbiet, permezz tal-użu tal-kuluri u elementi grafiċi oħra, jista’ mingħajr dubju jkun jistħoqqlu il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur abbażi tad-Direttiva. Din il-protezzjoni, madankollu hija limitata biex tkopri l-modalitajiet biss tar-rappreżentazzjoni, u mhux id-data inkluża fihom. Ma jirriżultax li fil-kawża inkwistjoni, il-kalendarju tal-futbol magħmul mill-kumpannija organizzattriċi tal-kampjonati huwa kkaratterizzat minn kwalunkwe modalità oriġinali tal-preżentazzjoni tad-data: madankollu hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan il-fatt, billi tikkunsidera, għal dan l-għan, l-indikazzjonijiet iċċitati hawn fuq li huma pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>G –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni dwar l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-analiżi tat-tliet sub-domandi ppermettiet li jkunu kkjarifikati ċerti aspetti essenzjali tal-protezzjoni tad-databases bid-drittijiet tal-awtur abbażi tad-Direttiva. B’mod partikolari kien ikkjarifikat li l-isforz kbir għall-kreazzjoni tad-data ma jistax ikun ikkunsidrat biex ikun ivvalutat id-dritt għall-protezzjoni tad-databases inkwantu tali (l-ewwel sub-domanda). It-tieni nett intwera li, minkejja li l-inklużjoni ta’ elementi ġodda mad-data li diġà teżisti, li minħabba l-inklużjoni tagħhom fid-database tista’ tkun sinjifikattiva għall-evalwazzjoni jekk jistħoqqilhomx dritt għall-protezzjoni, fil-każ ta’ sensiela ta’ logħbiet tal-futbol inklużi f’database, ma hemm l-ebda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>arrikkament<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> tad-data li diġà teżisti (it-tieni sub-domanda). Fl-aħħar nett huwa żgurat li s-sempliċi impenn ta’ sforz jew ħila ma huwiex biżżejjed sabiex database tkun kreazzjoni intellettwali protetta bid-drittijiet tal-awtur (it-tielet sub-domanda). Abbażi ta’ dawn l-ossevazzjonijiet, tista’ għaldaqstant tiġi fformulata risposta għall-ewwel domanda preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tirrispondi l-ewwel domanda preliminari billi tiddikjara li database tista’ tiġi protetta bid-drittijiet tal-awtur, skont is-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/9/KE, biss meta tikkostitwixxi kreazzjoni intellettwali oriġinali tal-awtur tagħha. Għal dan l-għan, l-attivitajiet magħmula għall-kreazzjoni tad-data ma jistgħux jiġu kkunsidrati. Fil-każ ta’ kalendarju tal-futbol, id-determinazzjoni tal-elementi kollha relatati ma’ kull logħba individwali, tikkostitwixxi attività ta’ kreazzjoni tad-data.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tindika jekk il-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur indikata mid-Direttiva, hijiex l-uniku tip possibbli għal database, jew jekk għall-kuntrarju, id-dritt nazzjonali jistax jirrikonoxxi l-istess protezzjoni anki għad-databases li, skont is-sens tad-Direttiva, ma għandhomx ir-rekwiżiti neċessarji.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-istess qorti tar-rinviju tindika hija stess b’mod ċar fid-digriet tagħha li d-dubji li għandha fir-rigward tar-risposta għal din id-domanda huma żgħar u, fil-fatt, it-tieni domanda tista’ tissolva rapidament. Fil-fatt huwa ċar li d-Direttiva fil-qasam tal-protezzjoni tad-databases bid-drittijiet tal-awtur wettqet armonizzazzjoni eżawrjenti li ma taċċettax drittijiet ulterjuri rikonoxxuti fil-livell nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Mill-qari ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>premessi<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tad-Direttiva jirriżulta mingħajr ebda ambigwità li din kienet l-intenzjoni tal-leġiżlatur. Pereżempju, il-premessa 3 tgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>Billi jeħtieġ li d-differenzi eżistenti li jgħawwġu l-operat tas-suq intern jitneħħew, u li ma jkunx hemm oħrajn ġodda, waqt li m’hemmx għalfejn jitneħħew jew li ma jkunx hemm differenzi li ma jħallux effett ħażin fuq l-operat tas-suq intern jew fuq l-iżvilupp tas-suq ta’ l-informazzjoni fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-premessa 12 tipprovdi l-istess ordni ta’ ideat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Billi investiment bħal dan għal-ħażna ta’ informazzjoni moderna u sistemi ta’ proċessar ma jseħħ fil-Komunità kemm-il darba ma jkunx hemm sistema ta’ protezzjoni legali stabbli u uniformi għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ dawk li jagħmlu databases<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, l-argument li jagħlaq b’mod definittiv il-kwistjoni huwa l-Artikolu 14 tad-Direttiva. Din id-dispożizzjoni tipprovdi sistema tranżitorja speċjali għad-databases li, peress li qabel kienu protetti bid-drittijiet tal-awtur abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-protezzjoni abbażi tad-drittijiet tal-awtur skont is-sens tad-Direttiva. Dawn id-databases iżommu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għall-kumplament tal-perijodu ta’ protezzjoni mogħtija abbażi tas-sistema nazzjonali qabel id-Direttiva. Huwa evidenti li d-dispożizzjoni<?PAGE NO="10"?> ma kien ikollha ebda sens li kieku, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, dritt nazzjonali seta’ jkompli jirrikonoxxi mingħajr limitu ta’ żmien, il-protezzjoni ta’ database li ma għandhiex ir-rekwiżiti skont is-sens tad-Direttiva. Kieku fil-fatt kien hekk, id-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> tal-awtur kien ikompli jkun applikabbli b’mod awtonomu u ma kienx ikun hemm għalfejn li tiġi stabbilita dispożizzjoni tranżitorja għad-databases li, skont is-sens tad-Direttiva, ma humiex oriġinali biżżejjed biex ikun jistħoqqilhom il-protezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun li d-Direttiva tipprojbixxi li dritt nazzjonali jirrikonoxxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għal database li ma tissodisfax il-kriterji indikati fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi skont kif ġej id-domandi preliminari mressqa mill-Court of Appeal:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>1.</NO.P><TXT>Database tista’ tiġi protetta bid-drittijiet tal-awtur, skont is-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, biss meta din tkun kreazzjoni intellettwali oriġinali tal-awtur tagħha. Għaldaqstant, l-attivitajiet imwettqa għall-kreazzjoni tad-data ma jistgħux jiġu kkunsidrati. Fil-każ ta’ kalendarju tal-futbol, id-determinazzjoni tal-elementi kollha relatati ma’ kull logħba individwali tikkostitwixxi attività ta’ kreazzjoni ta’ data.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva msemmija tipprojbixxi li dritt nazzjonali jirrikonoxxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għal database li ma tissodisfax ir-rekwiżiti indikati fl-Artikolu 3 tal-istess Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>