|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/452 |
17.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11804 – KONCAR / SEHBV / JV)
(C/2025/452)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/452)
1.
Fit-8 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Siemens Energy Holding B.V. (“SEHBV”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Siemens Energy Group (il-Ġermanja), |
|
— |
KONČAR – Electrical Industry Inc (“KONČAR”, il-Kroazja), |
|
— |
KONČAR – Transformer tanks Ltd. (l-“IK”, il-Kroazja), li bħalissa hija kollha kemm hi kkontrollata minn KONČAR. |
SEHBV u KONČAR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-IK kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
SEHBV: topera bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja tal-Grupp Siemens Energy. Il-Grupp Siemens Energy jopera f’erba’ oqsma ta’ negozju ewlenin: is-servizzi tal-gass, it-teknoloġiji tal-grilja, it-trasformazzjoni tal-industrija u Siemens Gamesa Renewable Energy, |
|
— |
KONČAR: topera fis-settur tal-enerġija, il-vetturi ferrovjarji, u l-infrastruttura, b’enfasi qawwija fuq it-teknoloġiji ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. L-IK bħalissa hija kkontrollata kollha kemm hi minn KONČAR u ma għandha l-ebda attività. Bħala parti mit-tranżazzjoni, KONČAR se tittrasferixxi n-negozju tagħha tat-tankijiet tat-transformers tal-elettriku lill-IK. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11804 – KONCAR / SEHBV / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/452/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)