<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑357/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0357</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:573">EU:C:2017:573</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170720">20.7.2017</DATE> – KAWŻA C-357/16</P><P>GELVORA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prattiki kummerċjali żleali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2005/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija għall-irkupru ta’ dejn</KEYWORD><KEYWORD>Kreditu għall-konsum</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ dejn</KEYWORD><KEYWORD>Natura tar-relazzjoni ġuridika bejn il-kumpannija u d-debitur</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(c)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ rkupru implementati b’mod parallel għall-intervent tal-uffiċjal ġudizzjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑357/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (qorti amministrattiva suprema, il-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160620">20 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Gelvora<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> UAB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Berger, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u E. Levits, Imħallfin.</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u A. Mikočiūnienė u G. Taluntytė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn B. Tidore, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Goddin u A. Steiblytė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Gelvora<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> UAB u l-Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba (Uffiċċju nazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li tissanzjona lill-imsemmija kumpannija talli adottat prattiki kummerċjali żleali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 13 tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità permezz tat-tneħħija tal-ostakoli għas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu sostitwiti l-klawżoli ġenerali u l-prinċipji legali eżistenti u diverġenti ta’ l-Istati Membri. Il-projbizzjoni ġenerali waħda u komuni, stabbilita b’din id-Direttiva għalhekk tkopri prattiċi kummerċjali żleali li jgħawwġu l-imġieba ekonomika tal-konsumaturi. Sabiex jingħata sostenn lill-fiduċja tal-konsumatur, il-projbizzjoni ġenerali għandha tapplika ugwalment għal prattiċi kummerċjali żleali li jirriżultaw barra minn xi relazzjoni kontrattwali bejn kummerċjant u konsumatur jew li jirriżultaw wara l-konklużjoni ta’ kuntratt u waqt l-eżekuzzjoni tiegħu. Il-projbizzjoni ġenerali hija elaborata b’regoli dwar żewġ tipi ta’ prattiċi kummerċjali li b’marġni kbira huma l-iżjed komuni, jiġifieri l-prattiċi kummerċjali qarrieqa u l-prattiċi kummerċjali aggressivi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>: tfisser kwalunkwe merkanzija jew servizz inkluża proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>prattiċi kummerċjali fin-negozju mal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>prattiċi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>): tfisser kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara transazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Lietuvos Respublikos nesąžiningos komercinės veiklos vartotojams draudimo įstatymas (liġi dwar il-projbizzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali lejn il-konsumaturi), tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, tittrasponi d-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 8 tal-Artikolu 2 ta’ din il-liġi jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> filwaqt li l-Artikolu 3(1) u l-punt 1 tal-Artikolu 3(2) jipprevedu, minn naħa, il-projbizzjoni ġenerali tal-prattiki kummerċjali żleali u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet li fihom prattika kummerċjali titqies li hija żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt 4 tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija liġi, azzjoni qarrieqa tikkonsisti fil-provvista ta’ informazzjoni falza jew li tista’ twassal lill-konsumatur medju jwettaq żball, fir-rigward tal-prezz, il-metodu ta’ kalkolu tal-prezz jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku fir-rigward tal-prezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 6(1) tal-liġi dwar il-projbizzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali lejn il-konsumaturi jipprovdi li azzjoni li twassal jew li tista’ twassal lill-konsumatur sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali li ma kienx jasal jieħu mod ieħor, tikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa meta tħalli barra informazzjoni sostanzjali li l-konsumatur għandu bżonn sabiex jieħu deċiżjoni informata. Il-punt 3 tal-Artikolu 6(3) ta’ din il-liġi jipprevedi li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet hija ta’ natura essenzjali meta jkun qed jiġi propost ix-xiri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Gelvora, kumpannija privata għall-irkupru ta’ dejn, ikkonkludiet mal-banek kuntratti ta’ trasferiment ta’ dejn, li permezz tagħhom hija kisbet drittijiet fuq dejn, li jkun irriżulta minn kuntratti ta’ kreditu fuq il-konsum konklużi mill-banek ċessjonarji mal-konsumaturi. Billi bbażat lilha nnifisha fuq il-kuntratti tagħha ta’ trasferiment, Gelvora ppreżentat azzjonijiet ta’ rkupru fir-rigward tad-debituri, f’ċerti każijiet flimkien ma’ proċeduri ta’ rkupru forzat immexxija minn uffiċjali ġudizzjarji, fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji definittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, erba’ konsumaturi ppreżentaw rikors quddiem l-uffiċċju kontra Gelvora. Dan ikkundanna lil Gelvora talli kisret id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-projbizzjoni tal-prattiki kummerċjali meqjusa bħala żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-uffiċċju kkonkluda li l-prattiki kummerċjali ta’ Gelvora kienu jiksru l-Artikolu 3(1) tal-liġi dwar il-projbizzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali lejn il-konsumaturi u imponielha multa ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">3475.44</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Gelvora ppreżentat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju quddiem il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Vilnjus, il-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150518">18 ta’ Mejju 2015</DATE>, din il-qorti ċaħdet ir-rikors ta’ Gelvora bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Hija kkonstatat b’mod partikolari li r-relazzjonijiet bejn id-debituri u Gelvora kienu relazzjonijiet bejn kummerċjant u konsumaturi u ddeċidiet li din il-kumpannija kienet kummerċjant li jipprovdi prodott jew servizz lill-konsumaturi, jiġifieri l-ġestjoni ta’ dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Gelvora ippreżentat appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (qorti amministrattiva suprema tal-Litwanja), li qieset li s-soluzzjoni tat-tilwima li għandha quddiemha tiddependi mill-interpretazzjoni tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (qorti amministrattiva suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>Ir-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija li xtrat kreditu permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu u d-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, meta l-imsemmija kumpannija timplementa miżuri ta’ rkupru, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [dwar il-prattiki kummerċjali żleali]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>, previst fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva [dwar il-prattiki kummerċjali żleali], jinkludi l-miżuri ta’ rkupru tal-kreditu, mixtri permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu, mingħand id-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum konkluż mal-kreditur inizjali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Ir-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija li xtrat kreditu permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu u d-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum u li diġà ġie kkundannat iħallas dan id-dejn permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u li ngħaddiet lill-marixxall għall-eżekuzzjoni, meta l-imsemmija kumpannija timplementa miżuri ta’ rkupru paralleli, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [dwar il-prattiki kummerċjali żleali]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva [dwar il-prattiki kummerċjali żleali], jinkludi l-miżuri ta’ rkupru tal-kreditu, mixtri permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu, mingħand id-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum konkluż mal-kreditur inizjali u li għall-ħlas tiegħu dan id-debitur kien diġà ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> u li ngħaddiet lill-marixxall għall-eżekuzzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-erba’ domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-relazzjoni legali bejn kumpannija privata għall-irkupru ta’ dejn u d-debitur inadempjenti fir-rigward ta’ kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum li d-dejn tiegħu ġie ttrasferit lil din il-kumpannija taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jekk il-prattiki mwettqa minn din il-kumpannija bil-għan li tipproċedi għall-irkupru tad-dejn tagħha jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(c) ta’ din id-direttiva. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, sussegwentement, jekk din ir-risposta tibqax identika jekk l-eżistenza tad-dejn tkun ġiet ikkonfermata minn deċiżjoni ġudizzjarja u li din id-deċiżjoni tkun ġiet ikkomunikata lil uffiċjal ġudizzjarju sabiex tkun tista’ tiġi eżegwita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk attività ta’ rkupru ta’ dejn tistax tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali, jeħtieġ li jitfakkar, minn naħa, li l-Artikolu 2(d) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi, billi juża formulazzjoni partikolarment wiesgħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>prattiċi kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kwalunkwe att, ommissjoni, imġieba jew rappreżentazzjoni, komunikazzjoni kummerċjali inlużi reklamar u kummerċjalizzazzjoni, minn kummerċjant, konnessi direttament mal-promozzjoni jew bejgħ jew fornitura ta’ xi prodott lil konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>CHS Tour Services,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑435/11</NO.CASE>,<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:574">EU:C:2013:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 3(1) tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali, moqri fid-dawl tal-premessa 13 tagħha, din id-direttiva għandha tapplika għall-prattiki kummerċjali żleali adottati mill-impriża, anki barra minn kull relazzjoni kuntrattwali, jew qabel jew wara l-konklużjoni ta’ kuntratt, jew konsekuttivament mal-konklużjoni ta’ kuntratt jew ulterjorment matul l-eżekuzzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>konnessi direttament mal-[…] bejgħ […] ta’ xi prodott<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ikopri kull miżura adottata mhux biss b’rabta mal-konklużjoni ta’ kuntratt, iżda wkoll mal-eżekuzzjoni tiegħu, u b’mod partikolari l-miżuri adottati bil-għan li jinkiseb il-ħlas tal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dejn ittrasferit lil Gelvora joriġina fil-provvista ta’ servizz, jiġifieri t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kreditu, fejn il-korrispettiv jikkonsisti fir-rimbors tal-kreditu permezz ta’ skadenzi miżjuda b’rata ta’ interessi stabbilita minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, l-attivitajiet ta’ rkupru ta’ dejn, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 2(c) tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konstatazzjoni bħal din ma hijiex, sussegwentement, imqiegħda inkwistjoni biċ-ċirkustanza, imsemmija fl-ewwel u fit-tielet domandi preliminari, li l-miżuri ta’ rkupru jiġu adottati minn persuna ġuridika li tkun kisbet dritt ta’ dejn fir-rigward ta’ konsumatur wara t-trasferiment ta’ dan id-dritt mis-sellief inizzjali u li jkun qed jaġixxi fil-konfront ta’ dan il-konsumatur fil-kapaċità tiegħu bħala kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm kumpannija ta’ rkupru ta’ dejn, bħal Gelvora, ma tipprovdix lill-konsumatur servizz ta’ kreditu fuq il-konsum bħala tali, xorta jibqa’ l-fatt li l-attività li twettaq, jiġifieri l-irkupru ta’ dejn li jkun ġie ttrasferit lilha, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>prattika kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> eventwalment żleali, fis-sens tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali, peress li l-miżuri li hija tadotta jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-ħlas tal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni, fid-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Linji gwida li jirrigwardaw l-implementazzjoni/l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiki kummerċjali żleali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, tal-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE> [SWD(2016) 163 finali], tindika li l-attivitajiet ta’ rkupru ta’ dejn għandhom jitqiesu bħala prattiki kummerċjali ta’ wara l-bejgħ. Barra minn hekk, mill-eżempji ċċitati mill-Kummissjoni f’dan id-dokument jirriżulta li ċertu numru ta’ qrati nazzjonali jqisu li l-attivitajiet tal-kumpanniji ta’ rkupru jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, il-kundizzjonijiet għall-irkupru ta’ dejn dovut minn konsumatur jistgħu jkollhom importanza tali li huma jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti d-deċiżjoni tal-konsumatur li jidħol fi kreditu, b’mod partikolari, meta l-miżuri adottati bil-għan tal-irkupru jkunu bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, esklużjoni tal-applikazzjoni tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ rimbors ta’ kreditu fil-każ ta’ trasferiment tad-dejn tista’ tqiegħed inkwistjoni l-effettività tal-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi minn din id-direttiva, fejn il-kummerċjanti jistgħu jkollhom it-tentazzjoni li jisseparaw il-fażi ta’ rkupru sabiex ma jkunux suġġetti għad-dispożizzjonijiet protetturi tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal din l-istess raġuni, iċ-ċirkustanza li l-eżiġibbiltà tad-dejn tkun ġiet ikkonfermata minn deċiżjoni ġudizzjarja u li l-kumpannija ta’ rkupru ta’ dejn tadotta, b’mod parallel ma’ din il-proċedura ta’ eżekuzzjoni, miżuri awtonomi oħra ta’ rkupru, ma għandha ebda konsegwenza fuq ir-risposta mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, minbarra l-fatt li l-adozzjoni ta’ tali miżuri b’mod parallel għal proċedura uffiċjali ta’ eżekuzzjoni permezz ta’ uffiċjal ġudizzjarju tista’ twassal lid-debitur għal żball fir-rigward tan-natura tal-proċedura quddiemu, l-effettività tal-protezzjoni ggarantita lill-konsumatur permezz tad-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali tirrikjedi li l-kummerċjant, li jkun iddeċieda li jaġixxi b’mod awtonomu bil-għan li jirkupra d-dejn tiegħu, ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-miżuri li jadotta b’inizjattiva tiegħu, b’mod parallel għal proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, id-direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali għandha tiġi interpretata fis-sens li r-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija ta’ rkupru ta’ dejn u d-debitur inadempjenti ta’ kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum li d-dejn tiegħu għandu jiġi ttrasferit lil din il-kumpannija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha. Il-prattiki adottati minn din il-kumpannija bil-għan li tipproċedi għall-irkupru tad-dejn tagħha jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 2(c) ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, hija mingħajr effett iċ-ċirkustanza li d-dejn ġie kkonfermat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja u li din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lil uffiċjal ġudizzjarju sabiex tkun tista’ tiġi eżegwita.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li r-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija ta’ rkupru ta’ dejn u d-debitur inadempjenti ta’ kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum li d-dejn tiegħu għandu jiġi ttrasferit lil din il-kumpannija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha. Il-prattiki adottati minn din il-kumpannija bil-għan li tipproċedi għall-irkupru tad-dejn tagħha jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 2(c) ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, hija mingħajr effett iċ-ċirkustanza li d-dejn ġie kkonfermat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja u li din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lil uffiċjal ġudizzjarju sabiex tkun tista’ tiġi eżegwita.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>