|
28.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1050
tal-21 ta’ Ġunju 2021
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), kien iffirmat fis-17 ta’ Lulju 1995. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998. |
|
(2) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim irid ikun hemm qbil dwarha permezz ta’ protokoll għall-Ftehim (“il-Protokoll”). Skont proċedura ssimplifikata, irid jiġi konkluż protokoll bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiż terz ikkonċernat. |
|
(4) |
Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni. In-negozjati mar-Repubblika tat-Tuneżija kienu konklużi b’suċċess fil-11 ta’ Mejju 2018. |
|
(5) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1420 (2) il-Protokoll ġie ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fis-27 ta’ Lulju 2020, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1420 tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 330, 9.10.2020, p. 1).
(3) It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 330, 9.10.2020, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.