|
11.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 126/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11068 – RLBNW / ASM / BETA PURA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 126/04)
1.
Fit-28 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Raiffeisenlandesbank Niederösterreich-Wien AG (“RLBNW”) (l-Awstrija), ikkontrollata minn Raiffeisen-Holding Niederösterreich-Wien reg.Gen.m.b.H. (l-Awstrija), |
|
— |
AGRANA Sales &Marketing GmbH (“ASM”) (l-Awstrija), ikkontrollata minn AGRANA Beteiligungs-Aktiengesellschaft (l-Awstrija), |
|
— |
Beta Pura GmbH (“Beta Pura”) (l-Awstrija), ikkontrollata minn ASM u Amalgamated Sugar Company (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
RLBNW u ASM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Beta Pura GmbH.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
RLBNW huwa bank universali Awstrijak li huwa membru tal-Grupp Bankarju Awstrijak Raiffeisen, |
|
— |
ASM hija sussidjarja ta’ AGRANA Beteiligungs-Aktiengesellschaft, li n-negozju tagħha huwa maqsum fi tliet segmenti: zokkor, lamtu u frott. Il-firxa taz-zokkor tinkludi firxa wiesgħa ta’ zokkor u prodotti inċidentali, bħall-melassa, il-polpa tal-pitravi u komponenti oħra tal-għalf, |
|
— |
Beta Pura topera impjant tal-kristallizzazzjoni tal-betaina li tipproċessa l-betaina likwida naturali f’betaina kristallina naturali u prodotti inċidentali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11068 – RLBNW / ASM / BETA PURA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).