|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1120 |
3.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1120
tas-26 ta’ Mejju 2025
li taħtar żewġ rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra n-nomini ppreżentati lill-Kunsill mill-Irlanda u Spanja,
Billi:
|
(1) |
Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, l-istandards xjentifiċi għoljin, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Huwa wkoll indispensabbli li tiġi żgurata l-kooperazzjoni tal-EFSA mal-Istati Membri. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jirrikjedi li kull Stat Membru jinnomina membru u membru supplenti bħala r-rappreżentanti tiegħu għall-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA. Il-membri u l-membri supplenti hekk innominati għandhom jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ 4 snin, li jista’ jiġġedded, u għandhom id-dritt tal-vot. |
|
(3) |
Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2022 (2), ħatar ir-rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2026. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Frar 2025, l-EFSA ġiet infurmata li s-Sa Isabel PEÑA-REY LORENZO, il-membru għal Spanja, irriżenjat. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Frar 2025, l-EFSA ġiet infurmata li s-Sa Pamela BYRNE, il-membru għall-Irlanda, irriżenjat. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li jinħatru żewġ rappreżentanti ġodda biex iservu għall-bqija tal-mandat tal-predeċessuri rispettivi tagħhom. |
|
(7) |
Ir-rappreżentanti li ġew innominati mill-Irlanda u Spanja għandhom esperjenza u għarfien espert rilevanti u estensivi fil-qasam tal-liġi u l-politika tal-katina alimentari, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju, kif ukoll fl-oqsma ta’ kwistjonijiet maniġerjali, amministrattivi, finanzjarji u legali. Għaldaqstant, il-ħatra tagħhom tiżgura l-ogħla standards ta’ kompetenza u l-aktar firxa wiesgħa ta’ esperjenza rilevanti disponibbli fil-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sat-30 ta’ Ġunju 2026:
|
— |
Is-Sur Greg DEMPSEY (Irlanda), |
|
— |
Is-Sur Andrés BARRAGÁN URBIOLA (Spanja). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
C. SIEKIERSKI
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2022 li taħtar rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (ĠU C 159, 12.4.2022, p. 6).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1120/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)