25.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/33


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10594 – SECURITAS / STANLEY SECURITY)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 134/10)

1.   

Fit-18 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Securitas AB (“Securitas”, l-Iżvezja),

—

In-Negozju tas-Sigurtà Elettronika ta’ Stanley Black & Decker, Inc. (“Stanley Security”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Securitas takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Stanley Security.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Securitas: fornitur ta’ servizzi ta’ sigurtà li joffri servizzi f’aktar minn 40 pajjiż. Hija attiva fil-forniment ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ sigurtà, inklużi l-għassa mill-personel, is-sigurtà tal-avjazzjoni, l-għassa elettronika, il-monitoraġġ u r-rispons tal-allarm, il-ġestjoni tar-riskju korporattiv, is-servizzi tat-tifi tan-nar u servizzi oħra bħall-parkeġġ u t-taħriġ dwar is-saħħa u s-sikurezza;

—

Stanley Security: fornitur ta’ servizzi ta’ sigurtà li tappartjeni għal Stanley Group u li hija primarjament attiva fl-Istati Uniti tal-Amerka u fiż-ŻEE, li toffri sistemi ta’ sigurtà għall-għassa elettronika u servizzi ta’ sigurtà elettronika relatati ta’ monitoraġġ u rispons tal-allarmi madwar id-dinja, kif ukoll pakketti u teknoloġija mfassla għas-settur tal-kura tas-saħħa fl-Amerka ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10594 – SECURITAS / STANLEY SECURITY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).