<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑292/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0292</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:116">EU:C:2016:116</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160225">25.2.2016</DATE> – KAWŻA C-292/14</P><P>STROUMPOULIS <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 80/987/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara li jaħdmu fuq bastiment li jtajru bandiera ta’ Stat terz</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li timpjega li għandha s-sede tal-kumpannija tagħha f’dan l-Istat terz</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ xogħol suġġett għad-dritt ta’ dan l-istess Stat terz</KEYWORD><KEYWORD>Falliment tal-persuna li timpjega ddikjarat fi Stat Membru li fih hija għandha s-sede effettiva tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)</KEYWORD><KEYWORD>Punt II, A tal-Anness</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi garanzija tal-krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara applikabbli biss fil-każ ta’ abbandun tagħhom barra mill-pajjiż</KEYWORD><KEYWORD>Livell ta’ protezzjoni mhux ekwivalenti għal dak previst mid-Direttiva 80/987</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑292/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Kunsill tal-Istat, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20140505">5 ta’ Mejju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Elliniko Dimosio</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stefanos Stroumpoulis,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nikolaos Koumpanos,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Panagiotis Renieris,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Charalampos Renieris,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ioannis Zacharias,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Dimitrios Lazarou,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Apostolos Chatzisotiriou,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, MJ. Malenovský, M. Safjan, A. Prechal (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn X. Basakou u I. Kotsoni kif ukoll minn K. Georgiadis, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn B. Tidore, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Patakia u J. Enegren, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal‑<DATE ISO="19801020">20 ta’ Ottubru 1980</DATE>, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217 ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn l-Elliniko Dimosio (l-Istat Grieg) u S. Stroumpoulis, N. Koumpanos, P. Renieris, C. Renieris, I. Zacharias, D. Lazarou kif ukoll A. Chatzisotiriou fir-rigward tad-dannu li dawn tal-aħħar jallegaw li ġarrbu minħabba traspożizzjoni ħażina tad-Direttiva 80/987 fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-UNCLOS</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, iffirmata f’Montego Bay fl‑<DATE ISO="19821210">10 ta’ Diċembru 1982</DATE> u li daħlet fis-seħħ fis‑<DATE ISO="19941116">16 ta’ Novembru 1994</DATE>, ġiet irratifikata mir-Repubblika ta’ Malta u mir-Repubblika Ellenika, rispettivament, fl‑<DATE ISO="19930520">20 ta’ Mejju 1993</DATE> u fil‑<DATE ISO="19950721">21 ta’ Lulju 1995</DATE>, u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE, tat‑<DATE ISO="19980323">23 ta’ Marzu 1998</DATE>, li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, tal‑<DATE ISO="19821210">10 ta’ Diċembru 1982</DATE>, dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat‑<DATE ISO="19940728">28 ta’ Lulju 1994</DATE> li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 260).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 91(1) tal-UNCLOS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kull Stat għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti neċessarji għall-għoti tan-nazzjonalità tiegħu lill-bastimenti, u dan għar-reġistrazzjoni tagħhom f’reġistru fit-territorju tiegħu u għad-dritt tagħhom li jtajjru l-bandiera tiegħu. Il-bastimenti jkollhom in-nazzjonalità tal-Istat li l-bandiera tiegħu jkollhom dritt li jtajjru. Għandu jkun hemm rabta ġenwina bejn l-Istat u l-bastiment.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[k]undizzjoni ġuridika tal-bastimenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, l-Artikolu 92 tal-UNCLOS jipprovdi, fis-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-bastimenti għandhom jinnavigaw billi jtajjru l-bandiera ta’ Stat wieħed biss u, ħlief għal każijiet eċċezzjonali previsti espressament fit-trattati internazzjonali jew f’din il-Konvenzjoni, għandhom ikunu suġġetti, fl-ibħra miftuħa, għall-ġurisdizzjoni esklużiva tal-imsemmi Stat. [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[o]bbligi tal-Istat tal-bandiera<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="094.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat għandu jeżerċita b’mod effettiv il-ġurisdizzjoni u l-kontroll tiegħu fi kwistjonijiet amministrattivi, tekniċi u soċjali fuq il-bastimenti li jtajjru l-bandiera tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="094.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’mod partikolari, kull Stat:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu konformement mad-dritt intern tiegħu fuq kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ, fir-rigward tal-kwistjonijiet amministrattivi, tekniċi u soċjali relatati mal-bastiment.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Ruma</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid‑<DATE ISO="19800619">19 ta’ Ġunju 1980</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="169" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1980">ĠU C 169, p. 10</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Konvenzjoni ta’ Ruma<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi magħżula mill-partijiet. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3, f’kuntratt ta’ impjieg għażla ta’ liġi magħmula mill-partijiet m’għandhiex ikollha r-riżultat li ċċaħħad lill-impjegat mill-protezzjoni mogħtija lilu permezz mir-regoli mandatarji tal-liġi li tkun applikabbli skond il-paragrafu 2 fin-nuqqas ta’ għażla.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, kuntratt ta’ impjieg għandu, fin-nuqqas ta’ għażla skond l-Artikolu 3, jkun regolat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>bil-liġi tal-pajjiż li fih l-impjegat issoltu jagħmel ix-xogħol tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ukoll jekk ikun temporanjament impjegat f’pajjiż ieħor; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk l-impjegat mhux soltu jagħmel ix-xogħol tiegħu f’pajjiż wieħed, skond il-liġi tal-pajjiż fejn il-post tan-negozju li minnu jkun tqabbad ikun jinsab,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>sakemm ma jkunx jidher miċ-ċirkostanzi kollha li l-kuntratt ikollu rabta eqreb ma’ pajjiż ieħor, f’liema każ il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi ta’ dak il-pajjiż.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[f]irxa ta’ applikazzjoni tal-liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, l-Artikolu 10 tal-imsemmija konvenzjoni jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-liġi applikabbli għal kuntratt bis-saħħa ta’ l-Artikoli 3 sa 6 u 12 ta’ din il-Konvenzjoni għandha tirregola b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-interpretazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-eżekuzzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-qorti bil-liġi tal-proċedura tagħha, l-effetti ta’ ksur ta’ kuntratt, inkluża stima tal-ħsarat safejn din hija regolati minn regoli tal-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>id-diversi modi kif jispiċċaw l-obbligi, u l-preskrizzjoni u termini perentorji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-effetti ta’ nullità tal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 80/987</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-dawl taż-żmien li fih żvolġew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jeħtieġ, kif osservat ġustament il-qorti tar-rinviju, li jsir riferiment għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/987 fil-verżjoni tagħha preċedenti għall-emendi magħmula mid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 261). Matul iż-żmien, id-Direttiva 80/987 ġiet abbrogata u ssostitwita bid-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2008">ĠU L 283, p. 36</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel sar-raba’ premessi tad-Direttiva 80/987 kienu jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Billi jeħtieġ li jsiru disposizzjonijiet għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, speċjalment biex jiġu garantiti pretensjonijiet [krediti] mhux imħhallsa, tenut kont tal-ħtieġa għall-iżvilupp bilanċjat ekonomiku u soċjali fil-Komunità;</P></CONSID><CONSID><P>Billi għad baqa’ xi differenzi bejn l-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni ta’ l-impjegati f’dan l-aspett; billi għandu jsir sforz biex jitnaqqsu dawn id-differenzi, li jistgħu ikollhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq komuni;</P></CONSID><CONSID><P>Billi t-taqrib tal-liġijiet f’dan il-qasam għandu, għalhekk, jiġi nkoraġġit waqt li jinżamm it-titjib skond it-tifsira tal-Artikolu 117 tat-Trattat;</P></CONSID><CONSID><P>Billi bħala riżultat tal-qagħda ġeografika u l-istrutturi tax-xogħol li hemm bħalissa f’dik iż-żona, is-suq tax-xogħol fi Greenland huwa fondamentalment differenti minn dak taż-żoni l-oħra tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika għal pretensjonijiet tal-impjegati bbażati fuq kuntratti tax-xogħol jew relazzjonijiet tax-xogħol u li jeżistu kontra persuni li jħaddmuhom u li jinsabu fi stat ta’ insolvenza skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni, jeskludu l-pretensjonijiet ta’ xi kategoriji ta’ impjegati mill-iskop ta’ din id-Direttiva, minħabba fin-natura speċjali tal-kuntratt tax-xogħol ta’ l-impjegat jew relazzjoni ta’ xogħol jew minħabba li jkunu jeżistu forom oħra ta’ garanzija li joffru lill-impjegat protezzjoni li ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-Direttiva.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Il-kategorji ta’ impjegati msemmija fl-ewwel subparagrafu huma elenkati fl-Anness.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva ma tapplikax għall-Greenland. Din l-eċċezzjoni għandha terġa tiġi eżaminata mill-ġdid fil-każ ta’ xi żvilupp fl-istrutturi tax-xogħhol f’dak ir-reġjun.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-lista li tinsab fil-punt II tal-Anness għall-imsemmija direttiva kienet tirrigwarda wkoll lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>impjegati li jidħlu taħt xi forom oħra ta’ garanzija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Fir-rigward tar-Repubblika Ellenika, din il-lista kienet tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[l]-ekwipaġġi ta’ bastimenti tal-baħar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 80/987 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, wieħed li jħaddem għandu jitqies li qiegħed fi stat ta’ insolvenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta tkun saret talba għall-ftuħ ta’ proċeduri li jinvolvu l-assi ta’ min iħaddem, skond kif provdut mil-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istat Membru interessat, biex jissodisfaw kollettivament il-pretensjonijiet tal-kredituri u li jagħmluh possibli li jkunu kkunsidrati l-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1),</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta l-awtorità li tkun kompetenti bis-saħħa ta’ dawn l-istess liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi tkun:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jew iddeċidiet li tiftaħ il-proċeduri, jew</P></ITEM><ITEM><P>inkella stabbiliet li l-impriża jew in-negozju ta’ min ikun qed iħaddem tkun għalqet darba għal dejjem u li l-assi disponibbli ma jkunux biżżejjed biex jippermettu li jinbdew il-proċeduri.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-liġi nazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>impjegat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>min iħaddem<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>paga<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>, [...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva kien jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[l]-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ garanzija jiggarantixxu [...] il-ħlas tal-pretensjonijiet [krediti] ta’ l-impjegati li jkunu għadhom ma tħallsux li joħorġu minn kuntratti ta’ xogħol jew relazzjonijiet ta’ xogħol u konnessi mal-paga għall-perijodu li jiġi qabel id-data li tiġi iffissata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Istati Membri għandhom ifasslu regoli dettaljati għall-organizzazzjoni, iffinanzjar u tħaddim ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija, li jissodisfaw b’mod speċjali l-prinċipji li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>min iħaddem għandu jikkontribwixxi għall-iffinanzjar, sakemm dan ma jkunx kopert għal kollox mill-awtoritajiet pubbliċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ir-responsabbilitajiet ta’ l-istituzzjonijiet m’għandhomx jiddipendu fuq jekk l-obbligazzjonijiet ta’ kontribuzzjonijiet għall-iffinanzjar ġewx sodisfatti jew le.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Grieg</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 1836/1989 u d-Digriet Presidenzjali Nru 1/1990 (FEK A’ 1) adottat għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi huma intiżi sabiex jiżguraw it-traspożizzjoni tad-Direttiva 80/987.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tal-Liġi Nru 1220/1981, li tikkompleta u temenda l-leġiżlazzjoni relatata mal-korp ta’ amministrazzjoni tal-port ta’ Pireos (FEK A’ 296), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ baħħara Griegi abbandunati f’pajjiż barrani imbarkati fuq bastimenti li jtajjru bandiera Griega jew barranin affiljati mal-fond ta’ rtirar tal-baħħara [in-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Naftiko Apomachiko Tameio<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>], jekk il-proprjetarju tal-bastiment ma josservax id-dispożizzjonijiet applikabbli fir-rigward tas-salarji u tal-ikel:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-fond ta’ rtirar tal-baħħara għandu jħallas, mill-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>fond ta’ Mard u Qagħad<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> tiegħu, somma korrispondenti għal massimu ta’ tliet xhur remunerazzjoni, ivvalutata fuq is-salarji bażiċi u l-allowances dovuti, hekk kif inhuma ddefiniti fil-ftehimiet kollettivi</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-benefiċjarji għandhom jiġu rrimpatrijati taħt ir-responsabbiltà tal-Fond tal-baħħara, konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli u permezz tal-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar inklużi dawk minimi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura prevista fil-paragrafu preċedenti ma hijiex obbligatorja għall-baħħar li jista’ jippreferi jkompli jonora l-kuntratt tiegħu; madankollu jekk jibbenefika mill-ispejjeż għar-rimpatriju jew jaċċetta l-biljett propost, il-kuntratt ta’ impjieg bħala baħħar għandu jiġi xolt <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>minħabba l-abbandun tal-baħħar barra mill-pajjiż mill-proprjetarju tal-bastiment<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> [...]</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="029.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlas tal-benefiċċju previst fil-paragrafu 1 jagħti lok għat-tħassir tal-krediti korrispondenti li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol; fejn il-bilanċ restanti dovut għandu jitħallas lill-benefiċjarji mill-persuna li timpjegahom jew minn dawk li miegħu huma responsabbli.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="19940714">14 ta’ Lulju 1994</DATE>, il-konvenuti fil-kawża prinċipali, baħħara Griegi residenti fil-Greċja, ikkonkludew, f’Pireos (il-Greċja), ma’ Panagia Malta Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Panagia Malta<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), kumpannija li s-sede tagħha tinsab f’Valletta (Malta), kuntratti li fihom huma ġew impjegati sabiex jaħdmu fuq cruise liner li jtajjar bandiera Maltija u li huwa proprjetà tal-imsemmija kumpannija. Dawn il-kuntratti kienu jinkludu klawżola li tipprovdi li kienu rregolati mid-dritt Malti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li nqabad fil-port ta’ Pireos mix-xahar ta’ Settembru 1992 minħabba mandat ta’ arrest, dan il-bastiment kellu jiġi nnoleġġat matul is-sajf tal-1994. Peress li ma rċevewx ir-remunerazzjoni tagħhom matul il-perijodu wara l-impjieg tagħhom u li matulu huma baqgħu fuq l-imsemmi bastiment fl-istennija tal-imsemmi noleġġ li finalment ma seħħx, il-konvenuti fil-kawża prinċipali talbu sabiex jiġu onorati l-kuntratti tagħhom imsemmija iktar ’il fuq fil‑<DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni 1636/1995, il-Monomeles Protodikeio Peireos (qorti b’imħallef uniku tal-ewwel istanza ta’ Pireos) ikkundannat lil Panagia Malta tħallas lill-konvenuti fil-kawża prinċipali s-somom, bl-interessi, li jikkorrispondu għar-remunerazzjoni tagħhom, għall-ispejjeż tagħhom ta’ ikel fuq il-bastiment, għall-allokazzjoni ta’ leave kif ukoll għall-allowance ta’ tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara mandati ta’ arrest ġodda, il-bastiment ikkonċernat inbigħ b’subbasta fis‑<DATE ISO="19950607">7 ta’ Ġunju 1995</DATE>. Matul din l-istess sena, Panagia Malta ġiet iddikjarata fi stat ta’ falliment mill-Polymeles Protodikeio Peireos (qorti tal-ewwel istanza ta’ Pireos). Minkejja li ddikjaraw il-krediti tagħhom, peress li l-assi kienu għadhom ma ġewx illikwidati, il-konvenuti fil-kawża prinċipali ma setgħu jibbenefikaw minn ebda ħlas fil-kuntest tal-imsemmi falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk huma marru quddiem l-Aġenzija għall-impjieg tal-ħaddiema (Organismos Apascholisis Ergatikou Dynamikou) sabiex jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-ħaddiema kontra l-insolvenza tal-persuna li timpjega. Din il-protezzjoni ġiet miċħuda lilhom minħabba l-fatt li, bħala baħħara koperti minn garanziji ta’ natura oħra, huma kienu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 80/987 u lanqas ma kienu jaqgħu taħt dak tad-Digriet Presidenzjali 1/1990.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="19991011">11 ta’ Ottubru 1999</DATE>, il-konvenuti fil-kawża prinċipali ressqu proċeduri quddiem id-Diokitiko Protodikeio Athinon (qorti amministrattiva tal-ewwel istanza ta’ Ateni) intiżi sabiex titqiegħed inkwistjoni r-responsabbiltà tal-Istat Grieg talli ma żgurax lill-ekwipaġġi tal-baħar, konformement mad-Direttiva 80/897, l-aċċess għal istituzzjoni ta’ garanzija jew, fin-nuqqas, protezzjoni ekwivalenti għal dik li tirriżulta mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ġaladarba din il-qorti qieset li l-pretensjonijiet tagħhom ma kinux fondati, il-konvenuti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell kontra din id-deċiżjoni. Permezz tas-sentenza 1063/2005, id-Dioikitiko Efeteio Athinon (qorti amministrattiva ta’ appell ta’ Ateni) invalidat l-imsemmija deċiżjoni billi ddeċidiet, minn naħa, li d-Direttiva 80/987 kienet applikabbli għall-każ inkwistjoni, inkwantu Panagia Malta kienet teżerċita attività ta’ operat fil-Greċja, pajjiż li fih kienet tinsab is-sede effettiva tagħha u inkwantu l-bastiment inkwistjoni kien itajjar bandiera ta’ konvenjenza. Min-naħa l-oħra, il-qorti tal-appell qieset li, fl-okkażjoni tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 80/987 fid-dritt nazzjonali, l-Istat Grieg kien tortament naqas milli jiggarantixxi lil ħaddiema impjegati, bħall-konvenuti fil-kawża prinċipali, il-protezzjoni li tipprovdi din id-direttiva. F’dan l-aħħar rigward, l-imsemmija qorti kkunsidrat b’mod partikolari li, kuntrarjament għal dak li kien jirrikjedi l-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva, l-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981 ma kienx joffri lill-persuni kkonċernati protezzjoni ekwivalenti għal dik li tirriżulta minn din l-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Istat Grieg ippreżenta appell ta’ kassazzjoni kontra l-imsemmija sentenza quddiem is-Symvoulio tis Epikrateias (Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li dan l-appell iqajjem kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, hija tirreferi, b’mod partikolari, għall-Artikoli 91, 92 u 94 tal-UNCLOS u għall-konswetudni internazzjonali riflessa f’dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Poulsen u Diva Navigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:453">EU:C:1992:453</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet b’mod partikolari li, skont id-dritt internazzjonali, bastiment bħala prinċipju għandu jkollu biss nazzjonalità waħda jiġifieri dik tal-Istat li fih huwa rreġistrat, b’tali mod li Stat Membru ma jistax jittratta bastiment li diġà huwa rreġistrat fi Stat terz bħala bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, billi jinvoka ċ-ċirkustanza li dan il-bastiment jippreżenta rabta sostanzjali ma’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi, li s-Symvoulio tis Epikrateias (Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċedura quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/987, il-baħħara ta’ Stat Membru li kienu jaħdmu bħala tali fuq bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat terz fir-rigward tal-Unjoni Ewropea huma suġġetti, fir-rigward tal-krediti mhux imħallsa li huma għandhom fir-rigward tal-kumpannija sid<?PAGE NO="8"?> tal-bastiment – liema [kumpannija] għandha s-sede rreġistrat tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat terz iżda s-sede operattiv tagħha f’dan l-Istat Membru u li tkun ġiet iddikjarata falluta minn qorti ta’ dan l-Istat Membru skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar, minħabba preċiżament is-sede operattiv tagħha – għad-dispożizzjonijiet protettivi tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, fid-dawl tal-għan tagħha u indipendentement mill-fatt li l-kuntratti ta’ xogħol huma rregolati mid-dritt tal-Istat terz u mill-fatt li l-Istat Membru ma jistax jitlob lis-sid tal-bastiment barrani jikkontribwixxi għall-iffinanzjar tal-korp ta’ garanzija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/987, il-ħlas min-Naftiko Apomachiko Tameio (NAT), previst mill-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981, ta’ somma li tirrappreżenta sa tliet xhur ta’ salarju, stabbilita skont il-ftehimiet kollettivi rilevanti dwar is-salarji bażiċi u l-allowances, lill-baħħara Griegi rreklutati bħala tali fuq bastimenti li jtajru bandiera Griega jew fuq bastimenti barranin affiljati man-NAT, fil-każ previst minn dan l-artikolu, jiġifieri biss f’każ ta’ abbandun ta’ dawn il-baħħara barra mill-pajjiż, għandu jiġi kkunsidrat li jikkostitwixxi protezzjoni ekwivalenti?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq essenzjalment issir taf jekk id-Direttiva 80/987 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li, suġġett għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, baħħara residenti fi Stat Membru u li ġew impjegati f’dan l-Istat minn kumpannija li għandha s-sede rreġistrata tagħha fi Stat terz, iżda li s-sede effettiva tagħha tinsab fl-imsemmi Stat Membru, sabiex jaħdmu bħala impjegati fuq cruise liner ta’ din il-kumpannija u li jtajjar il-bandiera tal-imsemmi Stat terz, skont kuntratt tax-xogħol li jindika bħala d-dritt applikabbli d-dritt ta’ dan l-istess Stat terz, għandhomx, wara li l-imsemmija kumpannija ġiet iddikjarata falluta minn qorti tal-Istat Membru kkonċernat skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni pprovduta mill-imsemmija direttiva fir-rigward tal-krediti salarjali mhux imħallsa li huma għandhom fir-rigward ta’ din l-istess kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-Direttiva 80/987 għandha għan soċjali li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit lill-impjegati kollha minimu ta’ protezzjoni fuq livell tal-Unjoni fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega permezz tal-ħlas tal-krediti mhux imħallsa li jirriżultaw minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ xogħol u li jinvolvu r-remunerazzjoni relatata ma’ perijodu ddeterminat (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Maso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑373/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:353">EU:C:1997:353</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Walcher</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:450">EU:C:2003:450</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, <REF.DOC.ECR>kif ukoll <NAME.CASE>Tümer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2337">EU:C:2014:2337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat numru ta’ drabi li, min-natura tagħhom stess, il-krediti salarjali huma ta’ importanza kbira ħafna għall-persuni kkonċernati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Visciano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:468">EU:C:2009:468</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-Direttiva 80/987 tipprovdi b’mod partikolari garanziji speċifiċi għall-ħlas ta’ tali krediti mhux imħallsa (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑6/90 u C‑9/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:428">EU:C:1991:428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-benefiċjarji tal-imsemmija garanziji, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 80/987 għandha tapplika għall-krediti tal-ħaddiema impjegati li jirriżultaw minn kuntratti ta’ xogħol jew minn relazzjonijiet ta’ xogħol u li jeżistu fir-rigward tal-persuni li jimpjegaw li jinsabu fi stat ta’ insolvenza, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tagħha. L-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva jirreferi għad-dritt nazzjonali għad-determinazzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>impjegat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>min iħaddem [persuna li timpjega]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 2 tal-imsemmi Artikolu 1 jipprovdi li l-Istati membri jistgħu, f’każ eċċezzjonali u taħt ċerti kundizzjonijiet, jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva ċerti kategoriji ta’ ħaddiema elenkati fl-anness tagħha (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑6/90 u C‑9/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:428">EU:C:1991:428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, mid-dispożizzjonijiet jirriżulta li persuna tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 80/987, minn naħa, jekk hija tinsab fil-kundizzjoni ta’ impjegat skont id-dritt nazzjonali u ma taqax taħt waħda mill-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, jekk il-persuna li timpjega lil din il-persuna tinsab fi stat ta’ insolvenza, fis-sens tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑6/90 u C‑9/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:428">EU:C:1991:428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-aħħar kundizzjoni, mill-kliem tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 80/987 jirriżulta li tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>stat ta’ insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jirrikjedi, l-ewwel nett, li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru kkonċernat jipprevedu proċedura li tirrigwarda l-patrimonju tal-persuna li timpjega u li tkun intiża li tissodisfa kollettivament il-pretensjonijiet tal-kredituri tagħha, it-tieni nett, li jkun permess, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-krediti tal-impjegati li jirriżultaw minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ xogħol, it-tielet nett, li l-ftuħ tal-proċedura jkun intalab u, ir-raba’ nett, li l-awtorità kompetenti bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ċċitati iktar ’il fuq jew tkun iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura, jew tkun ikkonstatat l-għeluq definittiv tal-impriża jew tal-istabbiliment tal-persuna li timpjega kif ukoll l-insuffiċjenza tal-assi disponibbli sabiex ikun ġustifikat il-ftuħ tal-proċedura (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Francovich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑479/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:372">EU:C:1995:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kwalità ta’ impjegat, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 80/987 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-għan soċjali tagħha mfakkar fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, b’tali mod li l-Istati Membri ma jistgħux jiddefinixxu min rajhom il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>impjegat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> b’tali mod li jqiegħdu fil-periklu dan l-għan, u l-marġni ta’ diskrezzjoni li huma għandhom f’dan is-sens hija għalhekk limitata mill-imsemmi għan soċjali li huma għandhom l-obbligu li josservaw (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Tümer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑311/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2337">EU:C:2014:2337</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat, minn naħa, li huwa paċifiku li, skont id-dritt Grieg, baħħara impjegati taħt kuntratt, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma impjegati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Panagia Malta kienet suġġetta għal deċiżjoni dikjaratorja ta’ falliment mogħtija minn qorti Griega. L-imsemmija deċiżjoni tikkonstata wkoll li, minkejja li ġew prodotti fil-kuntest ta’ proċedura li wasslet għall-imsemmi stat ta’ falliment, il-krediti salarjali tal-konvenuti fil-kawża prinċipali ma setgħux jiġu onorati fin-nuqqas ta’ assi patrimonjali li setgħu jiġu llikwidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, huwa paċifiku li, suġġett għall-verifika, li għandha ssir fit-tieni domanda preliminari, ħaddiema, bħall-konvenuti fil-kawża prinċipali, ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 80/987 bħala impjegati li jibbenefikaw minn forom oħra ta’ garanzija fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, peress li ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra, imfakkra fil-punt 22 ta’ din is-sentenza li għalihom id-Direttiva 80/987 tissuġġetta l-kwalità ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni pprovduta minnha, huma ssodisfatti f’dan il-każ, b’tali mod li ħaddiema bħal dawn għandhom ikunu jistgħu, bħala prinċipju, jibbenefikaw minn din il-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni Ewropea, il-garanzija tal-krediti salarjali prevista mid-Direttiva 80/987 għandha tapplika jkunu liema jkunu l-ibħra marittimi (baħar territorjali jew żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru jew ta’ Stat terz jew, ulterjorment, ibħra internazzjonali), li fuqhom il-bastiment li fuqu l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu ntalbu jaħdmu finalment innaviga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni tipprova tiddeduċi b’mod żbaljat mis-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mosbæk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑117/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:415">EU:C:1997:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll minn <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Everson u Barrass</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑198/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:617">EU:C:1999:617</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li din il-garanzija għandha tiġi bbenefikata minn impjegati li jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik tal-konvenuti fil-kawża prinċipali biss bil-kundizzjoni li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju Grieg.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel waħda minn dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-każ ta’ insolvenza ta’ persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru li ma huwiex dak li fit-territorju tiegħu jirrisjedi u jeżerċita l-impjieg tiegħu l-ħaddiem, l-istituzzjoni ta’ garanzija kompetenti għall-ħlas tal-krediti salarjali tal-imsemmi ħaddiem hija, bħala prinċipju, dik tal-post tal-istabbiliment tal-persuna li timpjega li, bħala regola ġenerali, tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mosbæk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:415">EU:C:1997:415</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fit-tieni sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li madankollu l-istess ma kienx jgħodd għal sitwazzjoni fejn il-persuna li timpjega għandha numru ta’ stabbilimenti fi Stati Membri differenti, f’liema każ, sabiex tiġi ddeterminata l-istituzzjoni ta’ garanzija kompetenti, għandu jsir riferiment, minbarra għall-post ta’ stabbiliment, bħala kriterju addizzjonali, għall-post ta’ attività tal-ħaddiema (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Everson u Barrass</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑198/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:617">EU:C:1999:617</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li dawn iż-żewġ sentenzi, li jirrigwardaw sitwazzjonijiet li fihom l-istituzzjonijiet ta’ garanzija ta’ żewġ Stati Membri jidhru li huma <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> kompetenti għall-finijiet tal-assigurazzjoni tal-ħlas tal-krediti mhux imħallsa ta’ impjegati, ma humiex tali li jissostanzjaw it-teżi difiża mill-Kummissjoni. Ir-risposti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija sentenzi fil-fatt bl-ebda mod ma jippreġudikaw il-punt dwar jekk, meta persuna li timpjega li għandha s-sede effettiva tagħha fi Stat Membru tkun impjegat ħaddiema residenti fih bil-għan li jeżerċitaw prestazzjonijiet b’korrispettiv ta’ salarju fuq bastiment, il-krediti salarjali mhux imħallsa li għandhom, jekk ikun il-każ, l-imsemmija ħaddiema fir-rigward ta’ din il-persuna li timpjega, fil-każ li dan tal-aħħar ikun jinsab fi stat ta’ insolvenza, għandhomx jibbenefikaw jew le mill-protezzjoni pprovduta mid-Direttiva 80/987. B’mod iktar partikolari, din il-ġurisprudenza bl-ebda mod ma twassal sabiex l-imsemmija protezzjoni tiġi limitata skont l-istatus tal-imsemmija żoni marittimi fir-rigward tad-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat, bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju, li l-evalwazzjoni li tinsab fil-punt 38 ta’ din is-sentenza ma hi suxxettibbli li tiġi affettwata minn ebda waħda mill-partikolaritajiet imsemmija mill-imsemmija qorti fid-domanda tagħha u li jirrigwardaw, rispettivament, il-fatt li l-kuntratti tax-xogħol inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma suġġetti għad-dritt ta’ Stat terz, għaċ-ċirkustanza li l-bastiment li fuqu l-konvenuti fil-kawża prinċipali ntalbu jaħdmu fuqu jtajjar bandiera ta’ dan l-Istat terz, għall-fatt li l-persuna li timpjega għandha s-sede rreġistrata tagħha f’dan l-istess Stat terz jew, ulterjorment, għaċ-ċirkustanza li l-Istat Membru kkonċernat ma jinsabx f’pożizzjoni li jirrikjedi minn tali persuna li timpjega li jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-istituzzjoni ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 80/987.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-klawżola kuntrattwali li tgħid li l-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma suġġetti għad-dritt ta’ Stat terz, għandu jiġi osservat li t-talba għal ħlas tal-ekwivalenti ta’ krediti minn remunerazzjonijiet mhux imħallsa indirizzata minn impjegat lil istituzzjoni ta’ garanzija għandha tiġi distinta mit-talba mressqa minn tali ħaddiem kontra l-persuna li timpjega fi stat ta’ insolvenza u intiża sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ tali krediti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Visciano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:468">EU:C:2009:468</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Hekk kif sostniet ġustament il-Kummissjoni, leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirregola l-kundizzjonijiet li taħthom Stat Membru jiggarantixxi l-assunzjoni ta’ krediti salarjali mhux imħallsa wara l-istat ta’ insolvenza ta’ persuna li timpjega ma għandhiex bħala għan li tirregolamenta r-relazzjoni kuntrattwali eżistenti bejn il-ħaddiem u l-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jsostni l-gvern Grieg, kundizzjonijiet bħal dawn u talba għal assunzjoni ta’ krediti lil istituzzjoni ta’ garanzija ma tistax taqa’ taħt il-qasam tal-liġi tal-kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward taċ-ċirkustanza, minn naħa, li l-bastiment li fuqu l-konvenuti fil-kawża prinċipali ntalbu jeżerċitaw l-attività tagħhom kien itajjar bandiera ta’ Stat terz, għandu jiġi enfasizzat, l-ewwel nett, li, hekk kif tfakkar fil-punti 32 u 33 ta’ din is-sentenza, il-kriterji li għalihom id-Direttiva 80/987 tissuġġetta l-kwalità ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni stabbilit minnha jirrigwardaw,<?PAGE NO="11"?> essenzjalment, il-kwalità ta’ impjegat ta’ dan tal-aħħar u ċ-ċirkustanza li l-persuna li timpjega kienet suġġetta għal proċedura li jiġu ssodisfatti kollettivament il-pretensjonijiet tal-kredituri skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, u b’mod partikolari mill-Artikolu 1 tagħha, li jiddelimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jirriżulta li l-post tas-sede rreġistrata tal-persuna li timpjega jew il-bandiera mtajjra mill-bastiment li fuqu huma impjegati l-ħaddiema għandhom jikkostitwixxu kriterji li bihom issir l-imsemmija delimitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ma jistax jintlaqa’ l-argument tal-Gvern Grieg li mill-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 80/987, li jipprovdi li din ma hijiex applikabbli għal Greenland, wieħed jista’ jifhem li l-imsemmija direttiva tapplika biss fil-preżenza ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol li jinvolvu prestazzjonijiet b’korrispettiv ta’ salarju mwettqa fit-territorju tal-Unjoni u mhux meta tali prestazzjonijiet jitwettqu fuq bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, din l-assenza ta’ applikabbiltà tad-Direttiva 80/987 tispjega ruħha, kif jirriżulta mir-raba’ premessa tagħha, bil-fatt li s-suq tax-xogħol ta’ Greenland, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-istrutturi professjonali ta’ dan ir-reġjun, kienu, f’dak iż-żmien, fundamentalment differenti minn dak tar-reġunijiet l-oħra tal-Komunità. Dan huwa madankollu mingħajr effett fuq il-kwistjoni dwar jekk is-sitwazzjoni tal-baħħara residenti fi Stat Membru, li ġew impjegati f’dan l-aħħar Stat sabiex jaħdmu fuq bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat terz, minn kumpannija li għandha s-sede effettiva tagħha f’dan l-istess Stat Membru, taqax jew le taħt is-suq tax-xogħol tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma jistax jintlaqa’ l-argument imressaq mill-Gvern Taljan li ċ-ċirkustanza li l-ewwel premessa tad-Direttiva 80/987 tirreferi għall-ħtieġa ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali ekwilibrat fil-Komunità hija tali li twassal għall-konklużjoni li l-krediti salarjali li għandhom tali ħaddiema minn tali persuna li timpjega għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni stabbilita mill-imsemmija direttiva. Fil-fatt, jeħtieġ sempliċement li jiġi osservat li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali msemmija fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, imkien ma jidher b’liema mod tali protezzjoni ma tipparteċipax fit-twettiq ta’ dan l-għan ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali ekwilibrat jew tikser dan kollu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>It-tieni nett, it-teżi tal-Gvern Grieg li ċ-ċirkustanza li l-bastiment ikkonċernat kien itajjar bandiera ta’ Stat terz u l-fatt li l-persuna li timpjega kellha s-sede rreġistrata tagħha f’dan l-istess Stat terz twassal għall-konsegwenza li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax, b’mod iktar ġenerali, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione loci</HT> tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn dan ma jestendix għall-Istati terzi, lanqas ma tista’ tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita li s-sempliċi ċirkustanza li l-attivitajiet ta’ ħaddiem jiġu eżerċitati barra mit-territorju tal-Unjoni ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, peress li r-relazzjoni ta’ xogħol iżżomm rabta mill-qrib biżżejjed mat-territorju tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bakker</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑106/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:328">EU:C:2012:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat li r-relazzjoni tax-xogħol bejn il-konvenuti fil-kawża prinċipali u l-persuna li timpjegahom għandha rabtiet differenti mat-territorju tal-Unjoni. Fil-fatt, l-imsemmija konvenuti kkonkludew kuntratt ta’ xogħol, fit-territorju ta’ Stat Membru li fih huma kienu jirrisjedu, ma’ persuna li timpjega li l-insolvenza tagħha, sussegwentement, ġiet iddikjarata minn qorti tal-imsemmi Stat Membru, minħabba l-fatt li din il-persuna li timpjega kienet teżerċita f’dan l-Istat attività ta’ operat u fih kellha s-sede effettiva tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward ta’ garanzija bħal dik li tistabbilixxi d-Direttiva 80/987 fuq l-Istati Membri u fid-dawl, b’mod partikolari, tal-għan soċjali tagħha mfakkra fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, ċirkustanzi bħal dawn juru l-eżistenza ta’ rabta suffiċjentement stretta bejn ir-relazzjonijiet tax-xogħol ikkonċernati u t-territorju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tielet nett, peress li l-qorti tar-rinviju rreferiet, fid-deċiżjoni tagħha, għall-Artikoli 91, 92 u 94 tal-UNCLOS kif ukoll għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Poulsen u Diva Navigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:453">EU:C:1992:453</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u peress li l-Gvern Grieg sostna li minn dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, jirriżulta li dawn jinkisru fil-każ li d-Direttiva 80/987 kellha tiġi interpretata fis-sens li l-protezzjoni stabbilita minnha tibbenefika lil ħaddiema impjegati, minn kumpannija li għandha s-sede rreġistrata tagħha fi Stat terz, fuq bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ dan l-istess Stat terz, għandhom jingħataw il-preċiżazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Wara li tfakkar, fil-punt 13 tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Poulsen u Diva Navigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:453">EU:C:1992:453</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, skont id-dritt internazzjonali, bastiment għandu bħala prinċipju nazzjonalità waħda biss, jiġifieri dik tal-Istat li fih huwa ġie rreġistrat, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 16 tal-imsemmija sentenza, li bastiment irreġistrat fi Stat terz ma setax għalhekk jiġi ttrattat, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3094/86, tas‑<DATE ISO="19861007">7 ta’ Ottubru 1986</DATE>, li jipprevedi ċerti miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="288" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1986">ĠU L 288, p 1</REF.DOC.OJ>) bħala bastiment li jippossjedi n-nazzjonalità ta’ Stat Membru minħabba li jkollu rabta sostanzjali ma’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’din l-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li kkonstatat li l-liġi applikabbli għall-attività tal-ekwipaġġ ma tiddependix min-nazzjonalità tal-membri ta’ dan l-ekwipaġġ, iżda mill-Istat li fih il-bastiment ġie rreġistrat u, jekk ikun il-każ, miż-żona marittima li fiha jinsab dan il-bastiment, ikkunsidrat ukoll li l-Artikolu 6(1)(b) ma jistax jiġi applikat għall-kaptan u għall-membri l-oħra tal-ekwipaġġ għas-sempliċi raġuni li huma ċittadini ta’ Stat Membru (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Poulsen u Diva Navigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:453">EU:C:1992:453</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, wara li enfasizzat li l-imsemmi Artikolu 6(1)(b) ma jistax jiġi applikat għal bastiment irreġistrat fi Stat terz, l-ewwel nett, meta jinsab f’ibħra miftuħa, sa fejn tali bastiment ikun bħala prinċipju suġġett esklużivament għal-liġi tal-bandiera tiegħu, it-tieni nett, meta jinnaviga fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru, ġaladarba jgawdi mil-libertà ta’ navigazzjoni, u lanqas ma jista’ jiġi applikat, it-tielet nett, meta jaqsam l-ibħra territorjali ta’ Stat Membru sa fejn jagħmel dan billi jeżerċita d-dritt ta’ passaġġ sigur tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, min-naħa l-oħra, li dispożizzjoni bħal din setgħet tiġi applikata fil-konfront ta’ bastiment meta dan ikun jinsab fl-ilmijiet interni jew, b’mod iktar partikolari, f’port ta’ Stat Membru, fejn bħala prinċipju jkun suġġett għall-ġurisdizzjoni sħiħa ta’ dan l-Istat (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Poulsen u Diva Navigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:453">EU:C:1992:453</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 3094/86 kien jipprovdi, fir-rigward ta’ ċerti speċi ta’ ħut, li, anki meta dawn ikunu nqabdu barra mill-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, huma ma kinux jistgħu jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati, żbarkati, ittrasportati, maħżuna, mibjugħa, esposti jew imqiegħda għall-bejgħ, iżda kellhom jerġgħu jitqiegħdu immedjatament lura fil-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>B’differenza mir-Regolament Nru 3094/86, id-Direttiva 80/987 ma għandhiex l-intenzjoni li tirregola attività mwettqa permezz ta’ bastiment mill-ekwipaġġ li jinsab fuqha, bħas-sajd, il-ħażna, it-trasport, l-iżbark jew il-bejgħ ta’ riżorsi ta’ ħut, iżda biss li timponi fuq kull Stat Membru li jiggarantixxi lill-impjegati, b’mod partikolari lil dawk li jkunu ġew preċedentement impjegati fuq bastiment, il-ħlas tal-krediti salarjali tagħhom mhux imħallsa wara li l-persuna li timpjegahom tiġi ddikjarata fi stat ta’ insolvenza fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa, f’dan ir-rigward ma jidhirx li d-dritt internazzjonali pubbliku jinkludi regoli fis-sens li jirriżervaw esklużivament lill-Istat li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera l-possibbiltà li jistabbilixxi tali mekkaniżmu ta’ garanzija billi jeskludi, b’mod partikolari, l-imsemmija possibbiltà fir-rigward ta’ Stat li fuq it-territorju tiegħu tinsab is-sede effettiva tal-attivitajiet tal-persuna li timpjega li l-istat ta’ insolvenza tagħha tkun ġiet b’dan il-mod ikkonstatata minn qorti ta’ dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Dan ma huwiex b’mod partikolari l-każ tal-Artikoli 92(1) kif ukoll 94(1) u (2)(b) tal-UNCLOS, li għalihom tirreferi l-qorti tar-rinviju, jew tar-regoli konswetudinarji preċedenti li jirriflettu, jekk ikun il-każ, dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 92(1) tal-UNCLOS jirrigwarda l-ġurisdizzjoni esklużiva li għandu Stat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>fl-ibħra miftuħa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 94(1) u (2)(b) tal-UNCLOS jirriżulta li kull Stat għandu jeżerċita effettivament il-ġurisdizzjoni u l-kontroll tiegħu fil-qasam amministrattiv, tekniku u soċjali fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u kull Stat Membru għandu jeżerċita, b’mod partikolari, il-ġurisdizzjoni tiegħu konformement mad-dritt intern tiegħu fuq kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, kif ukoll fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ natura amministrattiva, teknika u soċjali relatati mal-bastiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu bħal dak previst mid-Direttiva 80/987, li bis-saħħa tiegħu istituzzjoni ta’ garanzija ta’ Stat Membru għandha tiżgura l-ħlas tal-krediti salarjali mhux imħallsa, fosthom dawk li minnhom baħħara li ġew impjegati preċedentement fuq bastiment jibbenefikaw kontra l-persuna li timpjegahom iddikjarata fi stat ta’ insolvenza minn qorti tal-imsemmi Stat Membru, ma jipprekludix lill-Istat tal-bandiera ta’ tali bastiment milli jeżerċita effettivament il-ġurisdizzjoni tiegħu fuq dan il-bastiment jew fuq l-ekwipaġġ tiegħu għal kwistjonijiet ta’ natura soċjali li jirrigwardaw l-imsemmi bastiment hekk kif jipprovdu d-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fit-tielet lok u fir-rigward taċ-ċirkustanza li, f’dan il-każ, l-Istat Grieg ma huwiex f’pożizzjoni li jirrikjedi mill-persuna li timpjega l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet lill-fond ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 80/987, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludix spjegazzjonijiet fir-rigward tal-oriġini ta’ tali impossibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 80/987 jirriżulta li kontribuzzjoni tal-persuni li jimpjegaw għall-finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija hija mistennija biss sakemm din ma tiġix żgurata għal kollox mill-awtoritajiet pubbliċi, b’tali mod li, skont il-formulazzjoni nnifisha tal-imsemmija direttiva, ir-rabta li tista’ teżisti bejn l-obbligu ta’ kontribuzzjoni tal-persuna li timpjega u l-intervent tal-fond ta’ garanzija ma hi bl-ebda mod neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li, f’dan il-każ, u hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, huwa fir-rigward taċ-ċirkustanza li Panagia Malta kellha s-sede effettiva tagħha fil-Greċja li l-falliment tagħha seta’ jiġi deċiż minn qorti ta’ dan l-Istat Membru b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha. Issa, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sempliċi ċirkustanza li l-Istat Grieg, skont il-każ, naqas milli jipprovdi, fil-leġiżlazzjoni tiegħu, li tali kumpannija tkun obbligata tħallas kontribuzzjonijiet, jew li jagħmel mezz li l-imsemmija kumpannija tosserva l-obbligu tagħha skont din il-leġiżlazzjoni, ma tistax ikollha bħala konsegwenza li ċċaħħad lill-ħaddiema kkonċernati mill-protezzjoni stabbilita mid-Direttiva 80/987.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 5(ċ) tal-imsemmija direttiva jipprevedi espressament li l-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet jeżisti indipendentement mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li d-Direttiva 80/987 għandha tiġi interpretata fis-sens li, suġġett għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, baħħara residenti fi Stat Membru u li ġew impjegati f’dan l-Istat minn kumpannija li għandha s-sede rreġistrata tagħha fi Stat terz, iżda li s-sede effettiva tagħha tinsab fl-imsemmi Stat Membru, sabiex jaħdmu bħala impjegati fuq cruise liner ta’ proprjetà ta’ din il-kumpannija u li jtajjar il-bandiera tal-imsemmi Stat terz, skont kuntratt tax-xogħol li jindika bħala d-dritt applikabbli d-dritt ta’ dan l-istess Stat terz, għandhom, wara li l-imsemmija kumpannija tkun<?PAGE NO="14"?> ġiet iddikjarata falluta minn qorti tal-Istat Membru kkonċernat skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni pprovduta mill-imsemmija direttiva fir-rigward tal-krediti salarjali mhux imħallsa li huma għandhom fir-rigward ta’ din l-istess kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/987 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, protezzjoni bħal dik prevista mill-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981 fil-każ ta’ abbandun ta’ baħħara barra mill-pajjiż tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>protezzjoni li ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/987, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni, jeskludu l-pretensjonijiet ta’ xi kategoriji ta’ impjegati mill-iskop ta’ din id-Direttiva, minħabba fin-natura speċjali tal-kuntratt tax-xogħol ta’ l-impjegat jew relazzjoni ta’ xogħol jew minħabba li jkunu jeżistu forom oħra ta’ garanzija li joffru lill-impjegat protezzjoni li ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fejn il-lista ta’ impjegati kkonċernati tinsab annessa mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-punt II ta’ din il-lista relatata mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>impjegati li jidħlu taħt xi forom oħra ta’ garanzija<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jinkludi, fir-rigward tar-Repubblika Ellenika, l-ekwipaġġi ta’ bastimenti ta’ baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif iddeċidiet diġà l-Qorti tal-Ġustizzja, kemm mill-għan tad-Direttiva 80/987, li huwa intiż li jiżgura minimu ta’ protezzjoni lill-ħaddiema kollha, kif ukoll min-natura eċċezzjonali tal-possibbiltà ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tagħha, jirriżulta li tista’ titqies li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>dispożizzjoni biss protezzjoni li, filwaqt li tkun ibbażata fuq sistema li l-modalitajiet tagħha huma differenti minn dawk previsti mid-Direttiva 80/987, tiżgura lill-ħaddiema l-garanziji essenzjali ddefiniti minnha (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑53/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:380">EU:C:1990:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981, għandu jiġi osservat li, hekk kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju fid-domanda tagħha, il-protezzjoni stabbilita skont l-imsemmija dispożizzjoni sseħħ biss fil-każ ta’ abbandun ta’ baħħara barra mill-pajjiż u mhux, hekk kif tirrikjedi d-Direttiva 80/987, minħabba li l-persuna li timpjega tkun saret insolventi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li persuna li timpjega tista’ tkun tinsab fi stat ta’ insolvenza fis-sens tad-Direttiva 80/987, mingħajr ma, madankollu, il-baħħara impjegati minnha jkunu barra minn hekk ġew issuġġettati għal abbandun barra mill-pajjiż skont iċ-ċirkustanzi previsti mill-imsemmija dispożizzjonijiet nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal din, li tikkorrispondi preċiżament għal dik tal-ħaddiema inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn l-istess dispożizzjonijiet ma jipprevedux il-ħlas lill-ħaddiema tal-krediti mhux imħallsa tagħhom, garanzija li tikkostitwixxi madankollu, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-ewwel premessa tal-imsemmija direttiva, l-għan essenzjali tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑53/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:380">EU:C:1990:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tiżgurax lil ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik tal-konvenuti fil-kawża prinċipali protezzjoni ekwivalenti għal dik li tirriżulta mid-Direttiva 80/987.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/987 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, protezzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981 fil-każ ta’ abbandun ta’ baħħara barra mill-pajjiż ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>protezzjoni li ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987, tal‑<DATE ISO="19801020">20 ta’ Ottubru 1980</DATE>, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li, suġġett għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, baħħara residenti fi Stat Membru u li ġew impjegati f’dan l-Istat minn kumpannija li għandha s-sede rreġistrata tagħha fi Stat terz, iżda li s-sede effettiva tagħha tinsab fl-imsemmi Stat Membru, sabiex jaħdmu bħala impjegati fuq cruise liner ta’ proprjetà ta’ din il-kumpannija u li jtajjar il-bandiera tal-imsemmi Stat terz, skont kuntratt tax-xogħol li jindika bħala d-dritt applikabbli d-dritt ta’ dan l-istess Stat terz, għandhom, wara li l-imsemmija kumpannija tkun ġiet iddikjarata falluta minn qorti tal-Istat Membru kkonċernat skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni pprovduta mill-imsemmija direttiva fir-rigward tal-krediti salarjali mhux imħallsa li huma għandhom fir-rigward ta’ din l-istess kumpannija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/987 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, protezzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981 li tikkompleta u temenda l-leġiżlazzjoni relatata mal-korp ta’ amministrazzjoni tal-port ta’ Pireos, fil-każ ta’ abbandun ta’ baħħara barra mill-pajjiż, ma tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>protezzjoni li ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>