|
7.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/15 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1167
tas-6 ta’ Awwissu 2020
dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għal magna ta’ kombustjoni konvenzjonali u għal ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2019, il-fornitur SEG Automotive Germany GmbH ippreżenta talba (“it-talba”) f’konformità mal-Artikolu 12a tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u (UE) Nru 427/2014 (3) rispettivi biex jiġu emendati d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/314 (4) u (UE) 2019/313 (5) bl-għan li tiġi kkunsidrata l-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (6). |
|
(2) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-manifatturi Audi AG, Bayerische Motoren Werke AG, Daimler AG, FCA Italy S.p.A, Ford-Werke GmbH, Honda Motor Europe Ltd, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Jaguar Land Rover LTD, Renault, Toyota Motor Europe NV/SA, Volkswagen AG, Volkswagen Nutzfahrzeuge u l-fornituri SEG Automotive Germany GmbH, Valeo Electrical systems u Mitsubishi Electric Corporation, ippreżentaw applikazzjoni konġunta (“l-applikazzjoni”) għall-approvazzjoni bħala teknoloġija innovattiva tat-teknoloġija użata fil-mutur ġeneratur 48 Volt effiċjenti kkombinat ma’ konvertitur 48 Volt/12-il Volt DC/DC għall-użu f’karozzi tal-passiġġieri u f’vetturi kummerċjali ħfief b’sistemi tal-motopropulsjoni konvenzjonali b’kombustjoni interna (vetturi ICE konvenzjonali) u f’ċerti vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament (NOVC-HEV). L-applikazzjoni tirreferi għall-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 li ma jistax jintwera bil-kejl imwettaq skont id-WLTP kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1151. |
|
(3) |
It-talba u l-applikazzjoni ġew ivvalutati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u (UE) Nru 427/2014 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (il-verżjoni ta’ Lulju 2018) (9). Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, it-talba u l-applikazzjoni kienu akkumpanjati minn rapporti ta’ verifika mwettqa minn korpi indipendenti u ċċertifikati. |
|
(4) |
Meta wieħed iqis li t-talba u l-applikazzjoni jirreferu għall-istess teknoloġija innovattiva u li l-istess kundizzjonijiet jenħtieġ li japplikaw għall-użu tagħha fil-kategoriji ta’ vetturi kkonċernati, huwa xieraq li kemm it-talba kif ukoll l-applikazzjoni jiġu indirizzati f’deċiżjoni waħda. |
|
(5) |
Mutur ġeneratur ta’ 48 Volt jista’ jopera jew bħala mutur elettriku li jikkonverti l-enerġija elettrika f’enerġija mekkanika, jew inkella bħala ġeneratur li jikkonverti l-enerġija mekkanika f’enerġija elettrika, jiġifieri bħala alternatur standard. Il-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC jippermetti li l-mutur ġeneratur ta’ 48 Volt jipprovdi l-enerġija elettrika bil-voltaġġ meħtieġ biex titħaddem il-bord elettrika ta’ 12-il Volt tal-vettura u/jew tiġi ċċarġjata l-batterija ta’ 12-il Volt. |
|
(6) |
It-teknoloġija użata fil-mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien mal-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC fornuta minn SEG Automotive Germany GmbH diġà ġiet approvata għall-użu f’karozzi tal-passiġġieri konvenzjonali li jaħdmu b’ICE u f’ċerti karozzi tal-passiġġieri NOVC-HEV bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/314, kif ukoll għall-użu f’vetturi kummerċjali ħfief konvenzjonali li jaħdmu b’ICE u f’ċerti vetturi kummerċjali ħfief NOVC-HEV bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/313, bħala teknoloġija innovattiva li kapaċi tiffranka l-emissjonijiet tas-CO2 b’mod li huwa kopert biss parzjalment mill-kejl li jitwettaq bħala parti mit-test tal-emissjonijiet taħt iċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (10). It-teknoloġija ġiet approvata wkoll bħala teknoloġija innovattiva ġenerika b’referenza għall-kundizzjonijiet tal-NEDC bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1102 (11). |
|
(7) |
It-talba u l-applikazzjoni jirreferu, madankollu, għad-WLTP stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/1151. Intwera li l-kejl imwettaq bħala parti mit-test tal-emissjonijiet skont id-WLTP ikopri biss parzjalment l-iffrankar tas-CO2 li jirriżulta mit-teknoloġija użata f’muturi ġeneraturi effiċjenti ta’ 48 Volt ikkombinati ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC. |
|
(8) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet approvati mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/313, (UE) 2019/314 u (UE) 2020/1102, u filwaqt li titqies l-informazzjoni pprovduta mat-talba u l-applikazzjoni preżenti, intwera b’mod sodisfaċenti u konklużiv li t-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC tissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/631 u l-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifikati fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u (UE) Nru 427/2014. |
|
(9) |
It-teknoloġija innovattiva għandha tintuża f’karozzi tal-passiġġieri jew f’vetturi kummerċjali ħfief ta’ ICE konvenzjonali, jew f’NOVC-HEVs ta’ dawk il-kategoriji li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla mhux ikkoreġuti ta’ konsum tal-fjuwil u emissjonijiet tas-CO2 skont il-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151. |
|
(10) |
Kemm it-talba kif ukoll l-applikazzjoni jirreferu għall-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 mill-użu ta’ mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC fil-karozzi tal-passiġġieri u fil-vetturi kummerċjali ħfief stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/313 u (UE) 2019/314, jiġifieri l-“metodu separat”. |
|
(11) |
Madankollu, il-metodoloġija proposta fl-applikazzjoni hija differenti mill-“metodu separat” fir-rigward tal-livell ta’ voltaġġ li għandu jintuża għall-kejl tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur ta’ 48 Volt, li huwa propost li jiġi ssettjat għal 48 Volt, minflok għal 52 Volt. Barra minn hekk, il-kurrent tal-output għall-kejl tal-effiċjenza tal-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC huwa propost li jiġi stabbilit bħala nofs il-potenza nominali tal-konvertitur DC/DC diviża b’14,3-il Volt, minflok il-potenza nominali tal-konvertitur DC/DC diviża b’14,3-il Volt. Barra minn hekk, fl-applikazzjoni qed jiġi propost li tiġi introdotta proċedura ta’ prova għall-mutur ġeneratur ta’ 48 Volt. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-bidliet proposti għall-“metodu separat” stabbilit fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/313 u (UE) 2019/314 rigward il-livell ta’ voltaġġ tal-kejl tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur ta’ 48 Volt u l-kurrent tal-output tal-kejl tal-effiċjenza tal-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC, jinstab li dawk il-bidliet jistgħu jwasslu għal riżultati inqas konservattivi f’termini ta’ ffrankar tas-CO2. L-applikanti sostnew li l-bidliet huma ġġustifikati peress li jkunu aktar rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet tas-sewqan fid-dinja reali. Madankollu, l-evidenza pprovduta b’sostenn għal din id-dikjarazzjoni ma tistax titqies suffiċjenti, b’mod partikolari minħabba l-istudji limitati mwettqa bħala sostenn għall-applikazzjoni u minħabba n-nuqqas ta’ evidenza li tappoġġja l-bidla tal-kurrent tal-output għall-kejl tal-effiċjenza tal-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC. F’dan l-isfond, jitqies li dawn l-aspetti tal-“metodu separat” stabbilit fil-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni rispettivi (UE) 2019/313 u (UE) 2019/314 jenħtieġ li ma jinbidlux abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjonijiet. |
|
(13) |
Rigward iż-żieda proposta ta’ proċedura ta’ prova mal-metodoloġija tal-ittestjar għall-mutur ġeneratur ta’ 48 Volt, l-applikazzjoni ma tistabbilixxix bi preċiżjoni biżżejjed id-dettalji ta’ kif jenħtieġ li titwettaq tali proċedura ta’ prova u lanqas kif jenħtieġ li jitqies l-effett tal-prova. Billi l-effiċjenza tal-mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien mal-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt tiġi ddeterminata abbażi tal-medja tar-riżultati tal-kejl, kwalunkwe effett ta’ prova, pożittiv jew negattiv, jista’ jitqies b’mod adegwat fid-determinazzjoni tal-effiċjenza finali, fejn meħtieġ billi jiżdied l-għadd ta’ drabi li jsir il-kejl. F’dan l-isfond, mhuwiex xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi kkomplementata bi proċedura ta’ prova speċifika addizzjonali bħal dik proposta fl-applikazzjoni. |
|
(14) |
Fit-talba qiegħed jiġi propost li tinbidel il-veloċità medja minn dik tal-NEDC (33,58 km/h) għal dik mid-WLTP (46,6 km/h). Peress li għandhom jitqiesu l-kundizzjonijiet tad-WLTP, jenħtieġ li l-veloċità medja tiġi stabbilita bix-xieraq. |
|
(15) |
Isegwi b’mod impliċitu mill-“metodu separat” li l-voltaġġ tal-input għall-ittestjar tal-effiċjenza tal-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għandu jkun l-istess bħall-voltaġġ tal-output tal-mutur ġeneratur ta’ 48 Volt, jiġifieri 52 Volt. Sabiex jiġi żgurat li t-testijiet tal-effiċjenza jitwettqu b’mod armonizzat, huwa xieraq li fil-metodoloġija tal-ittestjar jiġi ċċarat li l-valur tal-voltaġġ tal-input għandu jiġi ssettjat għal 52 Volt. |
|
(16) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li, għal dak il-għan, il-manifatturi jiżguraw li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata b’rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u li l-iffrankar ġie ddeterminat skont il-metodoloġija tal-ittestjar imsemmija f’din id-Deċiżjoni. |
|
(17) |
Sabiex tiġi ffaċilitata introduzzjoni usa’ tat-teknoloġija innovattiva f’vetturi ġodda, il-manifattur jenħtieġ li jkollu wkoll il-possibbiltà li jissottometti applikazzjoni waħda għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minn bosta muturi ġeneraturi effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li, meta tintuża dik il-possibbiltà, jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva l-introduzzjoni ta’ dawk it-teknoloġiji innovattivi biss li joffru l-ogħla ffrankar tas-CO2. |
|
(18) |
Hija r-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tivverifika bir-reqqa li l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu ta’ teknoloġija innovattiva kif speċifikat f’din id-Deċiżjoni jkunu ġew issodisfati. Jekk tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità responsabbli tal-approvazzjoni tat-tip tiżgura li l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni jiġu rreġistrati f’rapport tat-test u li dan jinżamm flimkien mar-rapport ta’ verifika u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba. |
|
(19) |
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li jrid jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), hemm bżonn li jiġi attribwit kodiċi individwali għat-teknoloġija innovattiva. |
|
(20) |
Mill-2021, il-konformità tal-manifatturi mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 determinati skont id-WLTP. L-iffrankar tas-CO2 mit-teknoloġija innovattiva ċċertifikata b’referenza għal din id-Deċiżjoni jista’ għalhekk jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi mis-sena kalendarja 2021 ’il quddiem, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Teknoloġija innovattiva
It-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-iffrankar tas-CO2 li ġġib magħha huwa biss parzjalment kopert mill-proċedura tat-test standard stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/1151, u sakemm it-teknoloġija innovattiva tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Tkun installata fil-karozzi tal-passiġġieri (M1) jew fil-vetturi kummerċjali ħfief (N1) imħaddma b’magni ta’ kombustjoni interna li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel (vetturi li jaħdmu b’ICE konvenzjonali M1 u N1) jew f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament, tal-kategorija M1 jew N1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 skont il-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2, is-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151; |
|
(b) |
L-effiċjenza tiegħu, li hija l-prodott tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur ta’ 48 Volt u l-effiċjenza tal-konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC, stabbilita skont il-punt 2.3 tal-Anness, tkun mill-inqas
|
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. Manifattur jista’ japplika għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija approvata skont l-Artikolu 1 (“it-teknoloġija innovattiva”) b’referenza għal din id-Deċiżjoni.
2. Il-manifattur għandu jiżgura li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija tikkonforma mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1.
3. Fejn ikun ġie ċċertifikat iffrankar tas-CO2 skont l-Artikolu 3, il-manifattur għandu jiżgura li l-iffrankar iċċertifikat tas-CO2 u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) jiġu rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-vetturi kkonċernati.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-iffrankar tas-CO2 miksub mill-użu tat-teknoloġija innovattiva jkun ġie ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
2. Meta manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 għal aktar minn tip wieħed ta’ mutur ġeneratur ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC fir-rigward ta’ verżjoni waħda ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema wieħed mill-muturi ġeneraturi ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC ittestjat iwassal għall-iffrankar l-aktar baxx ta’ CO2. Dak il-valur għandu jintuża għall-finijiet tal-paragrafu 4.
3. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-iffrankar tas-CO2 iċċertifikat li jkun ġie kkalkolat skont il-punt 4 tal-Anness, u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.
4. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni f’rapport tat-test u għandha żżommu flimkien mar-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 2(2), u għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni kemm-il darba din titlobha.
5. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva biss jekk issib li t-teknoloġija tikkonforma mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1, u jekk l-iffrankar tas-CO2 stabbilit skont il-punt 3.5 tal-Anness ikun ta’ 0,5 g CO2/km jew ogħla, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 fil-każ ta’ karozzi tal-passiġġieri, jew kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
1. It-teknoloġija innovattiva approvata b’din id-Deċiżjoni hija mogħtija l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni 32.
2. L-iffrankar tas-CO2 irreġistrat skont ir-referenza għal dan il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni jista’ jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi mis-sena kalendarja 2021 ’il quddiem.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/314 tal-21 ta’ Frar 2019 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fil-ġeneratur b’mutur 48 V ta’ effiċjenza għolja (BRM) b’konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH, biex tintuża f’magni ta’ kombustjoni konvenzjonali u f’ċerti karozzi tal-passiġġieri b’sistemi ibridi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri, skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 42).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/313 tal-21 ta’ Frar 2019 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fil-ġeneratur b’mutur 48 V ta’ effiċjenza għolja (BRM) b’konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH biex tintuża f’magni ta’ kombustjoni konvenzjonali u f’ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’sistemi ibridi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 31).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).
(9) https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(11) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1102 tal-24 ta’ Lulju 2020 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għal magna ta’ kombustjoni konvenzjonali u ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b’referenza għaċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) (ĠU L 241, 27.7.2020, p. 38).
(12) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
Metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tas-CO2 tat-teknoloġija użata f’mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC għal magna ta’ kombustjoni konvenzjonali u ċerti karozzi tal-passiġġieri ibridi elettriċi u vetturi kummerċjali ħfief
1. DAĦLA
Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 (diossidu tal-karbonju) mill-użu ta’ mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt (“mutur ġeneratur 48 V”), flimkien ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC “konvertitur 48 V/12 V DC/DC”), f’vettura M1 jew N1 kif speċifikat fl-Artikolu 1(a)).
2. DETERMINAZZJONI TAL-EFFIĊJENZI
L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V u l-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tiġi ddeterminata separatament kif speċifikat fil-punti 2.1 u 2.2. Il-valuri li jirriżultaw għandhom jintużaw bħala input għall-kalkolu tal-effiċjenza totali tal-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC skont il-punt 2.3.
2.1. L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V
L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V għandha tiġi ddeterminata skont l-ISO 8854:2012, bil-preċiżjonijiet li ġejjin.
Il-manifattur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li l-firxiet tal-frekwenza tal-mutur ġeneratur 48 V huma l-istess bħal dawk stabbiliti fit-Tabella 1, jew ekwivalenti għalihom.
L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kejl f’kull wieħed mill-punti ta’ tħaddim elenkati fi Tabella 1.
L-intensità attwali tal-mutur ġeneratur 48 V f’kull punt ta’ tħaddim għandha tkun nofs il-kurrent nominali attribwit. Għal kull punt ta’ tħaddim, il-voltaġġ u l-kurrent tal-output tal-mutur ġeneratur 48 V għandhom jinżammu kostanti matul il-kejl, b’voltaġġ ta’ 52 V.
Tabella 1
|
Punt ta’ tħaddim i |
Ħin ta’ żamma [s] |
Frekwenza rotazzjonali
|
Frekwenza tal-punti ta’ tħaddim
|
|
1 |
1 200 |
1 800 |
0,25 |
|
2 |
1 200 |
3 000 |
0,40 |
|
3 |
600 |
6 000 |
0,25 |
|
4 |
300 |
10 000 |
0,10 |
L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V f’kull punt tat-tħaddim i
Formula 1
fejn, għal kull punt ta’ tħaddim i,
|
Ui |
huwa l-voltaġġ [V]; |
|
Ii |
hija l-intensità tal-kurrent [A]; |
|
Μi |
huwa t-torque [Nm]; |
|
ni |
hija l-frekwenza rotazzjonali [min-1]. |
Għal kull punt ta’ tħaddim, il-kejl għandu jitwettaq mill-inqas ħames darbiet wara xulxin u l-effiċjenza għandha tiġi kkalkolata għal kull wieħed minn dak il-kejl
Għal kull punt ta’ tħaddim, il-medja ta’ dawk l-effiċjenzi
L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V
Formula 2
fejn
|
|
hija l-effiċjenza medja tal-mutur ġeneratur 48 V iddeterminata għall-punt ta’ tħaddim i [%] |
|
hi |
hija l-frekwenza tal-punt ta’ tħaddim i, kif stabbilita fit-Tabella 1. |
2.2. L-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC
L-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tiġi ddeterminata skont dawn il-kundizzjonijiet:
|
— |
Voltaġġ tal-input ta’ 52 V |
|
— |
Voltaġġ tal-output ta’ 14,3 V |
|
— |
Kurrent tal-output: il-potenza nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC diviża bil-voltaġġ tal-output ta’ 14,3 V |
Il-potenza nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tkun il-potenza tal-output kontinwu ċċertifikata mill-fornitur skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-ISO 8854:2012.
L-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC
Formula 3
fejn
|
|
huwa l-voltaġġ tal-input, li għandu jiġi ssettjat għal 52 [V] |
|
|
hija l-intensità tal-kurrent imkejla min-naħa tal-input [A] |
|
|
hija l-voltaġġ tal-output, li għandu jiġi ssettjat għal 14,3 [V] |
|
|
hija l-intensità tal-kurrent imkejla fuq in-naħa tal-output, li għandha tkun ugwali għall-potenza nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC diviża bil-voltaġġ tal-output [A] |
Il-kalkoli tal-kejl u l-effiċjenza għandhom jiġu ripetuti mill-inqas ħames (5) darbiet wara xulxin.
Il-medja ta’ dawk l-effiċjenzi mbagħad għandha tkun l-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC
2.3. L-effiċjenza kkombinata
L-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC
Formula 4
|
|
hija l-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V, kif stabbilit fil-punt 2.1 [%] |
|
|
hija l-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC, kif stabbilit fil-punt 2.2 [%] |
3. KALKOLU TAL-IFFRANKAR TAS-CO2
3.1. Potenza mekkanika ffrankata
Id-differenza
Formula 5
fejn
Formula 6
Formula 7
fejn,
|
|
hija l-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC, kif stabbilit fil-punt 2.3 [%] |
|
|
huwa r-rekwiżit tal-potenza taħt kundizzjonijiet “tal-ħajja reali”, li huwa 750 W |
|
|
huwa r-rekwiżit tal-potenza taħt kundizzjonijiet ta’ “approvazzjoni tat-tip”, li huwa 350 W |
|
|
hija l-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi, li hija 67 % |
3.2. Kalkolu tal-iffrankar tas-CO2
L-iffrankar tas-CO2 tal-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC
Formula 8
fejn,
|
|
hija d-differenza bejn il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tal-ħajja reali u l-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip, kif stabbilit fil-punt 3.1. |
|
|
hija l-veloċità medja tas-sewqan tad-WLTP, li hija 46,6 km/h |
|
|
huwa l-konsum tal-potenza effettiva kif speċifikat fi Tabella 2 [l/kWh] |
|
CF |
huwa l-fattur ta’ konverżjoni kif stabbilit fit-Tabella 3
|
Tabella 2
|
Tip ta’ magna |
Konsum tal-enerġija effettiva
|
|
Imħaddma bil-petrol għajr dawk bit-turboċarġer |
0,264 |
|
Dawk bit-turboċarġer imħaddma bil-petrol |
0,280 |
|
Imħaddma bid-diesel |
0,220 |
Tabella 3
|
Tip ta’ fjuwil |
Fattur ta’ konverżjoni (CF)
|
|
Petrol |
2 330 |
|
Diesel |
2 640 |
3.3. Kalkolu tal-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2
L-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkolat skont il-punt 3.2 għandha tiġi kkwantifikata.
Għal dan il-għan, huma meħtieġa l-kalkoli li ġejjin.
L-ewwel nett, id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V f’kull punt tat-tħaddim
Formula 9
fejn
|
|
huwa l-għadd ta’ kejl j li jsir f’kull punt ta’ tħaddim i għall-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V, kif imsemmi fil-punt 2.1 |
|
|
hija l-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V ikkalkolata għal kejl individwali j fil-punt ta’ tħaddim i kif imsemmi fil-punt 2.1 [%] |
|
|
hija l-effiċjenza medja tal-mutur ġeneratur 48 V ikkalkolata għal punt ta’ tħaddim i, kif stabbilit fil-punt 2.1 [%] |
Imbagħad, id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V
Formula 10
fejn
|
|
hija kif iddeterminata bil-Formula 9 [%] |
|
hi |
hija l-frekwenza tal-punt ta’ tħaddim i, kif stabbilita fit-Tabella 1. |
Imbagħad, id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC
Formula 11
fejn
|
L |
huwa l-għadd ta’ kejl l li sar għall-konvertitur 48 V/12 V DC/DC, kif imsemmi fil-punt 2.2 |
|
|
hija l-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC ikkalkolata għal kejl individwali l kif imsemmi fil-punt 2.2 [%] |
|
|
hija l-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC, kif stabbilit fil-punt 2.2 [%] |
Fl-aħħar nett, l-inċertezza tal-iffrankar tas-CO2
Formula 12
fejn
|
|
huwa r-rekwiżit tal-potenza taħt kundizzjonijiet “tal-ħajja reali”, li huwa 750 W |
|
|
huwa r-rekwiżit tal-potenza taħt kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tat-tip, li huwa 350 W |
|
|
hija l-effiċjenza totali tal-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC, kif stabbilit fil-punt 2.3 [%] |
|
|
huwa l-konsum tal-potenza effettiva kif speċifikat fi Tabella 2 [l/kWh] |
|
|
huwa l-fattur ta’ konverżjoni tal-fjuwil kif speċifikat fit-Tabella 3
|
|
|
hija l-veloċità medja tas-sewqan tad-WLTP, li hija 46,6 km/h |
|
|
hija d-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V kif stabbilita skont il-Formula 10 [%] |
|
|
hija l-effiċjenza tal-mutur ġeneratur 48 V, kif stabbilit fil-punt 2.1 [%] |
|
|
hija d-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC, kif stabbilita skont il-Formula 11 [%] |
|
|
hija l-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC, kif stabbilit fil-punt 2.2 [%] |
3.4. Arrotondament
L-iffrankar tas-CO2
Kull valur użat fil-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2 jista’ jiġi applikat mingħajr aġġustament jew irid jiġi aġġustat ’il fuq u jiġi espress sa għadd minimu ta’ punti deċimali, li jippermetti li l-impatt totali massimu (jiġifieri l-impatt ikkombinat tal-valuri aġġustati kollha) fuq l-iffrankar ikun inqas minn 0,25 gCO2/km.
3.5. Verifika mal-limitu minimu tal-iffrankar tas-CO2
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura għal kull verżjoni tal-vettura mgħammra bil-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC li jiġi sodisfatt il-kriterju tal-limitu minimu kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014.
Meta jiġi vverifikat jekk il-kriterju ta’ limitu minimu huwiex sodisfatt, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tqis, skont il-Formula 13, l-iffrankar tas-CO2 stabbilit fil-punt 3.2, l-inċertezza stabbilita fil-punt 3.3 u, fejn applikabbli, korrezzjoni tas-CO2, fil-każ ta’ differenza pożittiva fil-massa (Δm) bejn il-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC u l-alternatur tax-xenarju bażi.
Għall-fini tal-korrezzjoni tal-massa pożittiva, il-massa tal-alternatur tax-xenarju bażi għandha tiġi ssettjata għal 7 kg.
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip informazzjoni dwar il-massa tal-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC kif iċċertifikat mill-fornitur.
Formula 13
fejn,
|
MT |
hija 0,5 g CO2/km kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 |
|
|
huwa l-iffrankar tas-CO2 kif stabbilit fil-punt 3.2
|
|
|
l-inċertezza tal-iffrankar totali tas-CO2 kif stabbilit fil-punt 3.3
|
|
|
Korrezzjoni tas-CO2, fil-każ ta’ differenza pożittiva fil-massa (Δm) [kg] bejn il-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC u l-alternatur tax-xenarju bażi, ikkalkolata skont Tabella 4:
|
Tabella 4
|
Tip ta’ fjuwil |
Korrezzjoni tas-CO2
|
|
Petrol |
0,0277 · Δm |
|
Diesel |
0,0383 · Δm |
4. ĊERTIFIKAZZJONI TAL-IFFRANKAR TAS-CO2
L-iffrankar tas-CO2 li għandu jiġi ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 11 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 jew (UE) Nru 427/2014
Formula 14
fejn,
|
|
huwa l-iffrankar tas-CO2 kif stabbilit skont il-Formula 8 taħt il-punt 3.2
|
|
|
hija l-inċertezza fl-iffrankar tas-CO2 tal-mutur ġeneratur 48 V flimkien mal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC ikkalkolata skont Formula 52 taħt il-punt 3.3 [
|