Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur ta’ l-Artikolu 28 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra, il-preżentazzjoni ta’ estratt mir-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura fir-reġistru tal-kummerċ, filwaqt li l-vetturi rreġistrati preċedentement fil-Lussemburgu mhumiex suġġetti għal tali obbligu - Ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija - Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni u ta’ proporzjonalità.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi impona, permezz tal-prassi kkontestata, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni fil-Lussemburgu tal-vetturi, il-preżentazzjoni ta’ estratt mir-registru tal-kummerċ jew ta’ dokument ekwivalenti li jiċċertifika r-reġistrazzjoni tal-bejjiegħ tal-vettura bħala kummerċjant, bl-eċċezzjoni tal-kummerċjanti li jidhru fir-reġistru tas-Société Nationale de Contrôle Technique, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 28 KE.

2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.