32000R1670



Official Journal L 193 , 29/07/2000 P. 0010 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1670/2000

tal-20 ta’ Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti mill-ħalib

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 [4] jipprovdi l-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ ċertu ħalib u prodotti mill-ħalib għat-tfal ta’ l-iskola fi stabbilimenti edukattivi, li l-għan iddikjarat tiegħu huwa li jistimula l-konsum tal-ħalib miż-żgħażagħ. Evalwazzjoni ta’ din il-miżura wriet illi l-iskema tat-tqassim tal-ħalib lill-istabbilimenti edukattivi għandha impatt, għalkemm b’mod limitat, fuq il-bilanċi tas-suq tal-prodotti ta’ l-irziezet tal-ħalib. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tenfasizza illi jekk il-miżura tiġi rtirata u r-responsabbiltà sabiex jiġi provdut il-ħalib sussidjat lit-tfal ta’ l-iskola mgħobbija konsegwentement fuq l-Istati Membri, jnaqqsu iktar id-disponibbiltà u, b’hekk, il-konsum tal-prodotti tal-ħalib fl-istabbilimenti edukattivi. Huwa għalhekk konformi mal-għanijiet tal-politika agrarja komuni illi l-miżura tissokta, għalkemm b’livell imnaqqas tal-għajnuna Komunitarja.

(2) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jwasslu għat-total tal-għajnuna Komunitarja b’kontribuzzjoni nazzjonali, meta approprjat permezz ta’ taxxa imposta fuq is-settur tal-ħalib,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"2. B’żieda mal-għajnuna Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu għajnuna nazzjonali sabiex ifornu l-prodotti speċifikati fil-paragrafu 1 lit-tfal ta’ l-iskola fl-istabbilimenti edukattivi. L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw il-għajnuna nazzjonali permezz ta’ impost fuq is-settur tal-ħalib jew b’kontribuzzjoni oħra mis-settur tal-ħalib.

3. Fil-każ tal-ħalib mhux xkumat, il-għajuna Komunitarja għandha tkun egwali għal 75 % tal-prezz tal-ħalib fil-mira. Fil-każ tal-prodotti l-oħra mill-ħalib, l-ammonti tal-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jitqiesu l-komponenti tal-ħalib fil-prodotti fil-kwistjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Parly

[1] ĠU C 89, tat-28.3.2000, p. 22.

[2] Opinjoni mogħtija tat-3.5.2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija tas-27.4.2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1040/2000 (ĠU L 118, tad-19.5.2000, p. 1).

--------------------------------------------------