<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-518/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0518</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:195">EU:C:2022:195</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Richard de la Tour – Kawżi magħquda C-518/20 u C-727/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Fraport u St. Vincenz-Krankenhaus</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Richard de la Tour</HT></P><P>ippreżentati fis‑17 ta’ Marzu 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi magħquda C‑518/20 u C‑727/20</HT></P><P>XP</P><P>vs</P><P>Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (C‑518/20)</P><P>u</P><P>AR</P><P>vs</P><P>St. Vincenz‑Krankenhaus GmbH (C‑727/20)</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal-leave annwali mħallas</KEYWORD><KEYWORD>Invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li seħħ matul perijodu ta’ riferiment u li ppersista wara dan il-perijodu</KEYWORD><KEYWORD>Terminazzjoni jew żamma tad-dritt għal-leave annwali mħallas wara perijodu ta’ riferiment u/jew perijodu ta’ posponiment</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas tal-persuna li timpjega li twettaq l-obbligu tagħha li tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, il- Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, il-Ġermanja) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.</P></NOTE> u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet saru fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet, l-ewwel waħda bejn XP u Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Fraport<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u t-tieni waħda bejn AR u St. Vincenz‑Krankenhaus GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>St. Vincenz‑Krankenhaus<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Dawn<?PAGE NO="2"?> it-tilwimiet jirrigwardaw id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ XP u ta’ AR fir-rigward tas-sena ta’ riferiment li matulha dawn sabu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali jew ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li minnha jirriżulta li d-dritt għal-leave annwali mħallas li nkiseb minn ħaddiem matul is-sena ta’ riferiment li matulha seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard, li ilha tippersisti minn dakinhar, jistax jintemm fi tmiem perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali, minkejja li dan il-ħaddiem ma tqigħedx f’pożizzjoni mill-persuna li timpjegah li jeżerċita dan id-dritt matul il-perijodu ta’ xogħol effettiv preċedenti għal din l-invalidità totali jew din l-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja trid tirrikonċilja, f’sitwazzjoni fejn ħaddiem jinsab f’inkapaċità għax-xogħol matul diversi perijodi ta’ riferiment konsekuttivi, iżda fejn huwa ħadem parzjalment matul il-perijodu li fih seħħet din l-inkapaċità għax-xogħol u jitlob iż-żamma tad-dritt għal-leave miksub fir-rigward ta’ dan il-perijodu, it-tagħlimiet li jistgħu jinsiltu, minn naħa, mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tal‑20 ta’ Jannar 2009, Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>C‑350/06 u C‑520/06, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u tat‑22 ta’ Novembru 2011, KHS<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>C‑214/10, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>KHS<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u min-naħa l-oħra, minn dik li tirriżulta mis-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>C‑684/16, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:874">EU:C:2018:874</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk minn qari konġunt ta’ dawn l-ewwel żewġ sentenzi jirriżulta li leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprovdi limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-dritt għal-leave annwali mħallas miksub minn ħaddiem matul il-perijodi ta’ riferiment suċċessivi li matulhom huwa kien f’inkapaċità għax-xogħol minħabba mard, tali limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> jista’ japplika b’mod sistematiku għad-dritt għal-leave annwali mħallas miksub minn dan il-ħaddiem matul il-perijodu ta’ riferiment li matulu huwa ħadem qabel ma kien f’inkapaċità għax-xogħol? Għandu wieħed jikkunsidra li, jekk il-persuna li timpjegah ma wettqitx l-obbligi tagħha li tinċentiva u tinforma dwar it-teħid ta’ leave qabel ma seħħet din l-inkapaċità għax-xogħol, bħalma ġew enfasizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari fis-sentenza tagħha Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften, l-imsemmi ħaddiem ma jistax jitlef id-dritt għal-leave annwali mħallas li huwa kiseb fir-rigward ta’ dan il-perijodu ta’ riferiment? Dawn huma, essenzjalment, il-kwistjonijiet fiċ-ċentru ta’ dawn il-kawżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fl-iżviluppi li ġejjin, ser nesponi r-raġunijiet li għalihom nikkunsidra li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bl-applikazzjoni tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem miksub fir-rigward ta’ perijodu ta’ riferiment, li matulu seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li ppersista sa minn dakinhar, jista’ jintemm, kemm jekk dan iseħħ fi tmiem perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali jew anki sussegwentement, minkejja li l-persuna li timpjegah ma qegħditux f’pożizzjoni fi żmien xieraq li jeżerċita dan id-dritt qabel il-bidu ta’ din l-invalidità totali jew ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-Bundesurlaubsgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Leave)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>BGBl, 1963, p. 2.</P></NOTE>, tat‑8 ta’ Jannar 1963, fil-verżjoni tagħha tas‑7 ta’ Mejju 2002 applikabbli għar-relazzjoni ta’ xogħol bejn il-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>BGBl, 2002 I, p. 1592, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>BUrlG<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></NOTE>, huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Data, posponiment u allowance kumpensatorja ta’ leave<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Waqt id-determinazzjoni tad-dati tal-leave, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni x-xewqat tal-ħaddiem fil-qasam, sakemm dan it-teħid inkunsiderazzjoni ma jmurx kontra l-interessi imperattivi tal-impriża jew ix-xewqat ta’ ħaddiema oħra li, minħabba kunsiderazzjonijiet soċjali, jistħoqqilhom il-prijorità. Il-leave għandu jingħata meta l-ħaddiem jitolbu wara miżura ta’ mediċina preventiva jew riabilitazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-leave għandu jingħata f’perijodu wieħed, sakemm raġunijiet imperattivi li jirrigwardaw l-impriża jew raġunijiet li jirrigwardaw il-persuna tal-ħaddiem ma jirrendux neċessarju qsim tal-leave. Jekk, għal tali raġunijiet, il-leave ma jistax jingħata f’perijodu wieħed u jekk il-ħaddiem għandu dritt għal leave ta’ iktar minn tnax-il jum ta’ xogħol, allura waħda mill-frazzjonijiet tal-leave għandha tinkludi tal-inqas tnax-il jum ta’ xogħol konsekuttivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-leave għandu jingħata u jittieħed matul is-sena kalendarja attwali. Posponiment tal-leave għas-sena kalendarja suċċessiva huwa awtorizzat biss jekk dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi li jirrigwardaw l-impriża jew raġunijiet li jirrigwardaw il-persuna tal-ħaddiem. F’każ ta’ posponiment, il-leave għandu jingħata u jittieħed matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kalendarja suċċessiva. Madankollu, fuq talba tal-ħaddiem, il-leave parzjali miksub skont l-Artikolu 5(1)(a) għandu jiġi pospost għas-sena kalendarja suċċessiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minħabba t-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, il-leave ma għadux jista’ jingħata totalment jew parzjalment, għandu jkun hemm dritt għal allowance kumpensatorja.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti tal‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑518/20</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Sa mis-sena 2000, XP, irrikonoxxut bħala persuna serjament diżabbli, huwa impjegat minn Fraport bħala xufier għat-trasport ta’ merkanzija. Sa mill‑1 ta’ Diċembru 2014, huwa beda jirċievi pensjoni minħabba invalidità totali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Rente wegen voller Erwerbsminderung<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li kienet estiża fl-aħħar lok sal‑31 ta’ Awwissu 2022. Mill-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din ma hijiex invalidità permanenti, peress li din l-invalidità hija suġġetta għal evalwazzjoni mill-ġdid mill-organu tal-pensjoni kull tliet snin, u li r-relazzjoni ta’ xogħol bejn iż-żewġ partijiet, minkejja li hija sospiża, ma ntemmitx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>XP jargumenta li Fraport għad għandha tagħtih leave li jammonta għal 34 jum ta’ xogħol fir-rigward tas-sena 2014. Fil-fehma tiegħu, dawn id-drittijiet ma ntilfux peress li Fraport ma wettqitx l-obbligu tagħha li tikkontribwixxi fl-għoti u t-teħid tal-leave. Għall-kuntrarju, Fraport tqis li l-leave li ma ttiħidx mir-rikorrent fl‑2014 intemm fil‑31 ta’ Marzu 2016 f’nofsillejl, fi tmiem il-perijodu ta’ posponiment. Fil-fatt, fil-fehma tagħha, ħaddiem li jkun f’inkapaċità, għal raġunijiet ta’ saħħa, li jieħu l-leave tiegħu matul perijodu twil – bħal XP minħabba l-invalidità totali tiegħu – jitlef id-dritt tiegħu għal leave ħmistax-il xahar wara tmiem is-sena ta’ riferiment għal dan il-leave, u dan indipendentement mit-twettiq mill-persuna li timpjega tal-obbligi tagħha sabiex tippermetti lil dan il-ħaddiem jieħu l-imsemmi leave.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-kawża prinċipali tirrigwarda l-eżistenza ta’ drittijiet għal-leave ta’ XP fir-rigward tas-snin 2010, 2011 u 2014, iżda li l-leave fir-rigward ta’ din l-aħħar sena biss huwa rilevanti għall-finijiet ta’ din il-proċedura preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Għal dak li jirrigwarda d-drittijiet għal-leave fir-rigward tas-snin 2010 u 2011, il-qorti tar-rinviju tindika li l-appell għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għandu jiġi miċħud, u dan peress li fin-nuqqas ta’ motivazzjoni skont ir-rekwiżiti legali, l-appell tar-rikorrent kien inammissibbli dwar dan il-punt, u li konsegwentement, kwistjonijiet dwar id-dritt tal-Unjoni ma humiex rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima f’dan ir-rigward.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Peress li l-qrati li jiddeċiedu dwar il-mertu ċaħdu t-talba tiegħu, XP itenni l-pretensjonijiet tiegħu fil-kuntest tal-appell għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑727/20</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>AR li hija impjegata minn St. Vincenz‑Krankenhaus, ilha f’inkapaċità li taħdem b’mod kontinwu minn meta mardet matul is-sena 2017<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, St. Vincenz‑Krankenhaus tippreċiża li AR ilha f’inkapaċità li taħdem b’mod kontinwu sa mix-xahar ta’ Settembru 2017.</P></NOTE>. Mill-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li AR ma hijiex f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali u li din tal-aħħar ressqet ilment kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ talba għal pensjoni ta’ invalidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>AR ma ħaditx il-leave legali tagħha kollu fir-rigward tas-sena 2017. St. Vincenz‑Krankenhaus ma inċentivathiex biex tieħu l-leave tagħha u lanqas ma informatha bil-fatt li l-leave mhux mitlub seta’ jintilef fi tmiem is-sena kalendarja jew tal-perijodu ta’ posponiment. AR titlob li jiġi kkonstatat li hija għad għandha dritt għall-erbatax-il jum ta’ leave li baqa’ fir-rigward tas-sena kalendarja 2017. Hija tqis li dan il-leave ma ntilifx peress li l-persuna li timpjegaha ma informathiex fi żmien xieraq dwar ir-riskju li titilfu. St. Vincenz‑Krankenhaus argumentat li d-dritt għal-leave fir-rigward tas-sena 2017 kien intemm fil‑31 ta’ Marzu 2019 f’nofsillejl.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tilwima bejn il-partijiet tirrigwarda biss l-eżistenza ta’ drittijiet għal-leave ta’ AR fir-rigward tas-sena 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Peress li l-qrati li jiddeċiedu dwar il-mertu ċaħdu t-talba tagħha, XP itenni l-pretensjonijiet tagħha fil-kuntest tal-appell għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑domandi preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija interpretat l-Artikolu 7 tal-BUrlG b’mod konformi mad-Direttiva 2003/88 minn żewġ aspetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, hija applikat il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften billi ddeċidiet li d-dritt għal-leave minimu legali jintemm, bħala prinċipju, fi tmiem is-sena kalendarja (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(3) tal-BUrlG) jew ta’ perijodu ta’ posponiment awtorizzat (it-tieni u r-raba’ sentenza tal-Artikolu 7(3) tal-BUrlG) biss jekk il-persuna li timpjega tkun qiegħdet minn qabel lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave, u jekk minkejja dan, dan il-ħaddiem ma ħax dan il-leave b’mod volontarju. Skont interpretazzjoni konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tal-BUrlG, hija l-persuna li timpjega li għandha tieħu l-inizjattiva għall-finijiet tal-konkretizzazzjoni ta’ dan id-dritt. Il-limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-imsemmi dritt, previst fl-Artikolu 7(3) tal-BUrlG, jippreżupponi, bħala prinċipju, li din il-persuna li timpjega tiżgura, b’mod konkret u bi trasparenza sħiħa, li l-imsemmi ħaddiem ikun effettivament f’pożizzjoni li jieħu l-leave annwali mħallas tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Jekk il-persuna li timpjega ma tkunx ikkonformat ruħha mal-obbligi tagħha ta’ kollaborazzjoni, il-leave li jkunx skada fil‑31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ riferiment jiżdied mad-dritt għal-leave li jibda fl‑1 ta’ Jannar tas-sena suċċessiva. Bħad-dritt għal-leave l-ġdid huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) u (3) tal-BUrlG. Din il-persuna li timpjega tista’ għalhekk tevita l-kumulu illimitat tad-drittijiet għal-leave li jirriżultaw minn diversi snin billi twettaq, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, matul is-sena ta’ riferiment attwali, l-obbligi ta’ kollaborazzjoni tagħha għal dak li jirrigwarda l-leave fir-rigward tas-snin ta’ riferiment preċedenti. Jekk, f’dan il-każ, il-ħaddiem ma jeżerċitax id-dritt għal-leave akkumulat matul is-sena ta’ riferiment attwali, minkejja li kellu l-possibbiltà li jagħmel dan, huwa jitlef dan il-leave fi tmiem is-sena kalendarja jew perijodu ta’ posponiment. Id-deċiżjonijiet tal-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali) kienu jirrigwardaw sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema ma kellhomx invalidità totali jew ma kinux qegħdin isofru minn mard fuq perijodu ta’ żmien twil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u KHS, li l-leave legali ma jintilifx bis-saħħa l-Artikolu 7(3) tal-BUrlG jekk il-ħaddiem ikun f’inkapaċità li jaħdem minħabba mard sa tmiem is-sena ta’ riferiment u/jew tal-perijodu ta’ posponiment u għalhekk ma jkunx possibbli li jieħdu. F’dan il-każ, id-dritt għal-leave li jkun inżamm jiżdied mad-dritt għal-leave miksub is-sena suċċessiva u għalhekk huwa mill-ġdid limitat <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> bis-saħħa tal-Artikolu 7(3) tal-BUrlG. Madankollu, jekk l-inkapaċità għax-xogħol tippersisti, huwa jintemm ħmistax-il xahar wara tmiem is-sena ta’ riferiment. Il-qorti tar-rinviju applikat ukoll din il-ġurisprudenza fil-każijiet fejn il-ħaddiem kien jirċievi pensjoni tal-invalidità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li, wara s-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften, hija għadha ma ntalbitx tiddeċiedi dwar jekk, u f’liema każijiet, id-drittijiet għal-leave ta’ ħaddiema li għandhom invalidità totali jew isofru minn mard fuq perijodu ta’ żmien twil jintemmux ħmistax-il xahar wara tmiem is-sena ta’ riferiment f’każ ta’ persistenza tal-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Bħall-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija qorti tikkunsidra li terminazzjoni tad-drittijiet għal-leave fil-każijiet fejn il-ħaddiem kien f’impossibbiltà li jieħu l-leave tiegħu hija prevista biss f’każijiet eċċezzjonali, fil-preżenza ta’ ċirkustanzi partikolari li jiġġustifikaw it-telf ta’ dan il-leave<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>F’dan ir-rigward, hija tirreferi għas-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. Issa, skont il-ġurisprudenza tal-istess qorti, il-preżenza ta’ tali ċirkustanzi partikolari hija, bħala prinċipju, eskluża meta dan il-ħaddiem ma kienx f’pożizzjoni li jieħu l-leave tiegħu għax il-persuna li timpjegah ma wettqitx l-obbligi tagħha li tfakkar u tinforma, jew jekk b’mod ieħor, ipprekludiet lill-imsemmi ħaddiem milli jimplimenta d-dritt għal-leave tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk din il-ġurisprudenza tapplikax ukoll fir-rigward ta’ ħaddiema li għandhom invalidità totali jew li jsofru minn mard fuq perijodu ta’ żmien twil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tikkunsidra li jekk il-persuna li timpjega ssodisfat l-obbligi tagħha ta’ kollaborazzjoni fi żmien xieraq, l-Artikolu 7(3) tal-BUrlG għandu jiġi interpretat, b’konformità mad-Direttiva 2003/88, fis-sens li ħaddiem li jsofri minn mard li jwassal għal inkapaċità għax-xogħol sa mill-bidu tas-sena ta’ riferiment jew li jkun inħakem minn tali mard matul din is-sena ta’ riferiment jitlef id-dritt għal-leave legali tiegħu ħmistax-il xahar wara tmiem l-imsemmija sena ta’ riferiment jekk l-inkapaċità għax-xogħol tippersisti b’mod kontinwu. Meta din l-inkapaċità għax-xogħol testendi sal‑31 ta’ Marzu tat-tieni sena suċċessiva għas-sena ta’ riferiment, din tikkostitwixxi ċirkustanza partikolari li tiġġustifika l-limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-dritt għal-leave sabiex jiġi ssalvagwardjat interess superjuri tal-persuna li timpjega li jiġi evitat il-kumulu illimitat ta’ drittijiet għal-leave minkejja l-fatt li l-ħaddiem marid ma kellux il-possibbiltà li jikkonkretizza d-dritt għal-leave tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ikun neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċċara l-punt dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jawtorizzax ukoll it-telf tad-dritt għal-leave ħmistax-il xahar wara l-iskadenza tas-sena ta’ riferiment, jew jekk ikun il-każ, wara żmien itwal, f’każ ta’ persistenza ta’ invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard, meta l-persuna li timpjega ma tkunx osservat l-obbligi tagħha li tfakkar u tinforma u meta l-ħaddiem kien għadu jista’, tal-inqas parzjalment, jieħu dan il-leave matul din is-sena ta’ riferiment qabel ma seħħet din l-invalidità totali jew din l-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dritt għal leave annwali mħallas miksub matul sena ta’ riferiment jistax jintemm fi tmiem perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali meta l-persuna li timpjega ma tkunx qiegħdet lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt qabel il-bidu tal-inkapaċità għax-xogħol li seħħet matul din is-sena ta’ riferiment. B’mod partikolari, fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sentenzi KHS u Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften, tqum il-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tal-iskop ta’ mistrieħ mogħti lil-leave annwali mħallas, il-prinċipju li t-terminazzjoni tad-dritt għal tali leave huwa suġġett għat-twettiq mill-persuna li timpjega tal-obbligi tagħha li tfakkar u tinforma japplikax biss f’ċerti limiti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li, kieku l-persuna li timpjega wettqet l-obbligi tagħha li tfakkar u tinforma fi żmien xieraq, il-ħaddiem xorta kien għadu jista’ jieħu l-leave annwali mħallas tiegħu qabel il-bidu tal-invalidità totali tiegħu jew tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu. Fin-nuqqas li tfakkar u li tinforma lil dan il-ħaddiem skont id-dritt applikabbli, din il-persuna li timpjega jkollha ssostni r-riskju li d-dritt għal-leave ma jintilifx totalment, anki jekk l-invalidità totali jew l-inkapaċità għax-xogħol tal-imsemmi ħaddiem testendi lil hinn mill‑31 ta’ Marzu tat-tieni sena suċċessiva għas-sena ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-imsemmija qorti tosserva, billi tistrieħ fuq il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza KHS, li l-leave annwali mħallas jista’ jissodisfa l-iskop ta’ mistrieħ tiegħu biss jekk il-posponiment ma jmurx lil hinn minn ċertu limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, b’tali mod li leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprovdi tali limitu f’każ ta’ mard fuq perijodu ta’ żmien twil tal-ħaddiema sabiex jiġi evitat kumulu illimitat tad-drittijiet għal tali leave.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, li kieku dawn il-prinċipji kienu japplikaw ukoll għas-sena ta’ riferiment li matulha seħħet l-invalidità totali jew l-inkapaċità għax-xogħol tal-ħaddiem, li ppersistiet sa minn dik id-data, id-dritt għal-leave annwali mħallas marbut ma’ din is-sena jkun jista’ jintilef ħmistax-il xahar wara t-tmiem tagħha, u dan minkejja li l-persuna li timpjega ma tkunx osservat l-obbligi tagħha li tfakkar u tinforma. Għalhekk, il-leave miksub fir-rigward tas-sena ta’ riferiment qabel din l-invalidità totali jew din l-inkapaċità għax-xogħol jintemm, minkejja l-fatt li dan il-ħaddiem kien għadu seta’ jieħu dan il-leave qabel l-imsemmija invalidità totali jew l-imsemmija inkapaċità għax-xogħol li kieku din il-persuna li timpjega wettqet fi żmien xieraq l-obbligi tagħha li tfakkar u tinforma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika wkoll li l-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx dwar jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta jistabbilixxux id-data, matul is-sena ta’ riferiment, li fiha l-persuna li timpjega għandha twettaq l-obbligi tagħha li tfakkar u tinforma, sabiex dawn ikunu twettqu fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>żmien xieraq<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi preċedenti, il-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Peress li dawn id-domandi huma kważi identiċi fiż-żewġ kawżi, ser nirriproduċihom darba waħda biss filwaqt li nindika fil-parenteżi d-differenzi ta’ formulazzjoni minimi.</P></NOTE>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-[Direttiva 2003/88] u l-Artikolu 31(2) tal-[Karta] jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 7(3) tal-[BUrlG], li skontha d-dritt għal-leave annwali mħallas, li jkun għadu ma tteħidx, ta’ ħaddiem li jsofri, matul is-sena ta’ riferiment għal-leave, minn inkapaċità għax-xogħol sħiħa minħabba raġunijiet ta’ saħħa (invalidità) [jew li nħakem, matul din l-istess sena ta’ riferiment, minn mard li kkawża inkapaċità għax-xogħol], iżda li kien għadu seta’ jieħu – tal-inqas parzjalment – dan il-leave qabel il-bidu tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu matul is-sena ta’ riferiment, jintemm ħmistax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ riferiment f’każ ta’ persistenza, mingħajr interruzzjoni, tal-inkapaċità għax-xogħol, inkluż meta l-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qiegħdet lill-ħaddiem fil-pożizzjoni li jeżerċita d-dritt għal-leave tiegħu billi tistiednu jagħmel hekk u tipprovdilu informazzjoni korrispondenti dwar dan?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tmiem f’data sussegwenti huwa wkoll eskluż f’każ ta’ persistenza ta’ inkapaċità għax-xogħol totali [jew ta’ inkapaċità għax-xogħol]?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-Kawża C‑518/20, ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub minn XP, Fraport u mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-Kawża C‑727/20, ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub minn AR, St. Vincenz‑Krankenhaus u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li fil-fehma tiegħi għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li b’applikazzjoni tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem miksub fir-rigward ta’ perijodu ta’ riferiment, li matulu seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li ppersista sa minn dakinhar, jistax jintemm, sew jekk fi tmiem ta’ perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali jew anki sussegwentement, meta l-persuna li timpjegah ma qegħditux f’pożizzjoni fi żmien xieraq li jeżerċita dan id-dritt qabel il-bidu ta’ din l-invalidità totali jew ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kienet mitluba tiddeċiedi dwar kwistjonijiet relatati mad-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem li ma kienx f’pożizzjoni li jeżerċita, sa tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, id-dritt tiegħu għal dan il-leave minħabba raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu – u b’mod iktar partikolari minħabba mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fis-sentenza tagħha Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, hija telqet mill-konstatazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>id-Direttiva 2003/88 ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn il-ħaddiema li huma assenti mix-xogħol minħabba leave tal-mard, għal terminu qasir jew twil, matul il-perijodu ta’ referenza u dawk li effettivament ħadmu matul l-imsemmi perijodu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 40).</P></NOTE>. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, minn dan isegwi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>fir-rigward ta’ ħaddiema bil-leave tal-mard li ngħatalhom kif suppost, id-dritt għal-leave annwali bil-ħlas mogħti mid-Direttiva 2003/88 stess lill-ħaddiema kollha […] ma jistax jiġi suġġettat minn Stat Membru għall-obbligu li huma jkunu effettivament ħadmu matul il-perijodu ta’ referenza stabbilit mill-imsemmi Stat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Schultz Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 41).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’din l-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 ma jipprekludix, fil-prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li jipprevedi modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt tal-leave annwali bil-ħlas espressament mogħti minn din id-direttiva, inkluż ukoll it-telf tal-imsemmi dritt fl-aħħar tal-perijodu ta’ referenza jew ta’ perijodu għall-ġarr tal-leave, sakemm, madankollu, il-ħaddiem li tilef id-dritt tal-leave annwali bil-ħlas tiegħu, kellu effettivament il-possibbiltà li jeżerċita d-dritt mogħti lilu mid-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 43).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Issa leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 7(3) tal-BUrlG, taqa’ fil-qasam tal-modalitajiet tal-eżerċizzju tal-leave annwali mħallas, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 36).</P></NOTE>. Leġiżlazzjoni ta’ dan it-tip tagħmel parti mir-regoli u mill-proċeduri tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-iffissar tal-leave tal-ħaddiema, filwaqt li jitqiesu l-interessi differenti inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, f’kull sitwazzjoni għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jiġi żgurat li l-applikazzjoni ta’ tali regoli nazzjonali ma tkunx tista’ ġġib magħha t-telf tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksuba mill-ħaddiem, minkejja li dan ma kellux effettivament il-possibbiltà li jeżerċita dawn id-drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 38).</P></NOTE>. Għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>telf awtomatiku tad-dritt għal-leave annwali mħallas, li ma huwiex suġġett għal verifika minn qabel li l-ħaddiem kien effettivament imqiegħed f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt, jinjora l-limiti […] imposti b’mod imperattiv fuq l-Istati Membri meta dawn jippreċiżaw il-modalitajiet ta’ eżerċizzju tal-imsemmi dritt<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 40).</P></NOTE>. Fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>it-telf tad-dritt miksub ta’ ħaddiem għal-leave annwali mħallas jew għad-dritt tiegħu korrelattiv għall-ħlas ta’ kumpens għal leave mhux meħud f’każ tat-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg, mingħajr ma l-persuna kkonċernata effettivament kellha l-possibbiltà li teżerċita dan id-dritt għal-leave annwali mħallas, jippreġudika s-sustanza stess ta’ dan id-dritt<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li ħaddiem fuq leave tal-mard matul il-perijodu ta’ riferiment kollu u li jippersisti wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu u/jew ta’ perijodu ta’ posponiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>huwa mċaħħad minn kull perijodu li jagħtih il-possibbiltà li jibbenefika mil-leave annwali bil-ħlas tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 44).</P></NOTE>. Minn dan hija ddeduċiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jipprevedu li d-dritt għal-leave annwali bil-ħlas jiġi estint mat-terminazzjoni tal-perijodu ta’ referenza u/jew ta’ perijodu għall-ġarr tal-leave stabbilit mid-dritt nazzjonali anki meta l-ħaddiem kien bil-leave tal-mard matul il-perijodu kollu ta’ referenza u li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol ippersistiet sat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu, raġuni li għaliha hu ma setax jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali bil-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 49).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Huwa interessanti li jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja siltet l-istess konklużjoni fir-rigward ta’ ħaddiem li, bħal XP u AR fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, ħadem matul parti mill-perijodu ta’ riferiment qabel ma tqiegħed fuq leave tal-mard li ppersista sal-iskadenza ta’ dan il-perijodu jew ta’ perijodu ta’ posponiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, ħaddiem li jkun fuq leave tal-mard fuq żmien twil matul il-perijodu ta’ riferiment kollu jew anki matul parti minnu biss ikun fiż-żewġ każijiet fl-istess sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sa fejn l-inkapaċità għax-xogħol minħabba mard mhijiex prevedibbli<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 51).</P></NOTE>. Għalhekk, f’kull każ, jista’ jeżerċita l-pretensjoni għall-benefiċċju tad-dritt għal-leave miksub matul il-perijodu ta’ riferiment inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ estensjoni ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol fuq żmien twil, tali interpretazzjoni setgħet madankollu twassal b’mod mekkaniku għal kumulu illimitat tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksuba matul il-perijodi suċċessivi ta’ assenza mix-xogħol minħabba mard. Huwa għalhekk li fis-sentenza tagħha KHS, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li s-soluzzjoni li hija kkonstatat fis-sentenza tagħha Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kellha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ikkwalifikata<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ċirkustanzi speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza KHS (punt 28).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kuntest partikolari ta’ ħaddiema preklużi milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-leave annwali mħallas minħabba l-assenza tagħhom mix-xogħol minħabba mard, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li minkejja li ħaddiem f’inkapaċità għax-xogħol matul diversi perijodi ta’ riferiment konsekuttivi kellu d-dritt li jakkumula, b’mod illimitat, id-drittijiet kollha għal-leave annwali mħallas miksuba matul il-perijodu tal-assenza tiegħu mix-xogħol, tali kumulu illimitat ma jibqax jissodisfa l-għan innifsu tad-dritt għal-leave annwali mħallas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenza KHS (punti 29 u 30). Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għal-leave annwali mħallas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>għandu għan doppju, jiġifieri, li jippermetti lill-ħaddiem jistrieħ fil-konfront tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu, minn naħa, u li jkollu perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji, min-naħa l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (punt 31 ta’ din is-sentenza). Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>d-dritt għal-leave annwali mħallas għal ħaddiem li huwa inkapaċi biex jaħdem waqt diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi ma jistax jissodisfa ż-żewġ aspetti tal-għan tiegħu […] ħlief fil-każ fejn it-trasferiment tal-leave ma jaqbiżx ċertu limitu ta’ żmien. Fil-fatt, meta jinqabeż tali limitu, il-leave annwali jkun nieqes mill-effett pożittiv għall-ħaddiem fil-kwalità tiegħu ta’ żmien ta’ mistrieħ, u jżomm biss il-kwalità ta’ perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (punt 33 tal-imsemmija sentenza).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk, fiċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom jinsab ħaddiem f’inkapaċità għax-xogħol matul diversi perijodi ta’ riferiment konsekuttivi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fir-rigward mhux biss tal-protezzjoni tal-ħaddiem intiża mid-Direttiva 2003/88 iżda wkoll dik tal-persuna li timpjega, quddiem ir-riskju ta’ kumulu eċċessivament kbir ta’ perijodi ta’ assenza tal-ħaddiem u mad-diffikultajiet li dan jista’ jimplika għall-organizzazzjoni tax-xogħol, l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jillimitaw il-kumulu tad-drittijiet tal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem f’inkapaċità għax-xogħol matul diversi perijodi ta’ riferiment konsekuttivi, għal perijodu ta’ posponiment ta’ ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal dan il-leave jintemm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenza KHS (punti 38, 39 u 44).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat jekk ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza KHS, b’tali mod li jkunu ta’ natura li tiġġustifika deroga mill-prinċipju stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 kif ukoll mill-Artikolu 31(2) tal-Karta, li skontu dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jintemm fi tmiem il-perijodu ta’ riferiment u/jew ta’ perijodu ta’ posponiment stabbilit mid-dritt nazzjonali, meta l-ħaddiem ma jkunx f’pożizzjoni li jieħu l-leave tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara s-sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>King</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:914">EU:C:2017:914</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li tali ċirkustanzi speċifiċi jistgħu jiġu kkonstatati f’dawn il-kawżi. Fil-fatt, nirrileva li għalkemm, kif kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza KHS, tqum il-kwistjoni ta’ limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-dritt għal-leave annwali mħallas f’każ ta’ assenza estiża tal-ħaddiem minħabba mard jew invalidità, teżisti differenza importanti bejn din il-kawża u dawk taħt eżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kawża li tat lok għas-sentenza KHS, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk is-soluzzjoni li hija kienet tat fis-sentenza tagħha Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kinitx tfisser li ħaddiem fuq leave tal-mard matul perijodu ta’ żmien twil kellu d-dritt li jakkumula b’mod illimitat id-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksuba matul perijodi ta’ riferiment suċċessivi. Din il-kwistjoni setgħet tqum b’mod leġittimu għaliex, matul l-assenza tiegħu mix-xogħol minħabba mard, il-ħaddiem ikkonċernat kien f’impossibbiltà li jeżerċita d-dritt tiegħu għal tali leave, b’tali mod li, kieku s-soluzzjoni sostnuta fis-sentenza Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kellha tiġi segwita litteralment, dan id-dritt ma setax jintemm. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet perfettament konxja tal-eċċessi li setgħet tinvolvi din is-soluzzjoni u kien sabiex tevitahom li rrikonoxxiet lill-Istati Membri l-possibbiltà li jipprovdu limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-dritt għal-leave annwali mħallas miksub matul perijodu ta’ assenza estiża mix-xogħol minħabba mard.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, is-sitwazzjoni inkwistjoni f’dawn il-kawżi hija differenti peress li l-ħaddiema kkonċernati ma jitolbux iż-żamma tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas kollu miksub matul il-perijodu tagħhom ta’ assenza estiża mix-xogħol, iżda sempliċement id-drittijiet għal tali leave miksub fir-rigward tal-perijodu ta’ riferiment li matulu huma ħadmu parzjalment u parzjalment kienu f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali jew ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, nosserva li, kif indikajt preċedentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fis-sentenza tagħha Schultz‑Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, fir-rigward ta’ perijodu ta’ riferiment li matulu persuna ħadmet f’parti minn dan il-perijodu qabel ma tqiegħdet fuq leave tal-mard, li d-dritt għal-leave annwali mħallas ma setax jintemm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mis-sentenza KHS niddeduċi li huwa biss sabiex tevita l-konsegwenzi negattivi ta’ kumulu illimitat tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksuba matul perijodu ta’ assenza estiża mix-xogħol minħabba mard fuq perijodu ta’ żmien twil li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li għandha ssir deroga mill-prinċipju li tali drittijiet ma jistgħux jintemmu u, f’dan il-kuntest, aċċettat il-possibbiltà ta’ limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> sa fejn jirrigwardahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Inqis li tali deroga għandha tingħata interpretazzjoni stretta u għalhekk għandha tkun limitata għar-riskju li hija intiża li tevita, jiġifieri dak ta’ kumulu illimitat tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas matul perijodu ta’ assenza estiża mix-xogħol minħabba mard fuq perijodu ta’ żmien twil. Fi kliem ieħor, meta ma jkunx hemm tali riskju, għandu jipprevali l-prinċipju stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 li dritt għal-leave annwali mħallas miksub ma jistax jintemm fit-tmiem tal-perijodu ta’ riferiment u/jew ta’ perijodu ta’ posponiment stabbilit mid-dritt nazzjonali meta l-ħaddiem ma jkunx tqiegħed f’pożizzjoni li jieħu l-leave tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara b’analoġija, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jinsisti fuq il-fatt li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑25 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>job‑medium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑233/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:960">EU:C:2021:960</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Minn dan isegwi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kull deroga mis-sistema tal-Unjoni fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol prevista mid-Direttiva 2003/88 għandha tingħata interpretazzjoni li tillimita l-portata tagħha għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi li din id-deroga tippermetti li jiġu protetti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minkejja li l-limitu <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> aċċettata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha KHS jipprekludi ċertament, sa fejn ikun previst mid-dritt nazzjonali, li ħaddiema bħal XP u AR jitolbu li jżommu d-drittijiet għal-leave annwali mħallas kollha miksuba matul l-assenza estiża tagħhom mix-xogħol fir-rigward ta’ diversi perijodi ta’ riferiment konsekuttivi, niddubita li jista’ jiġu aċċettat li tali limitu huwa intiż ukoll sabiex tapplika b’mod sistematiku għad-dritt għal-leave annwali mħallas miksub fir-rigward tal-perijodu ta’ riferiment li matulu seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol. Fil-fatt, in-natura mħallta ta’ dan il-perijodu, li matulu l-ħaddiem ikkonċernat ħadem qabel ma sab ruħu f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali jew ta’ inkapaċità għax-xogħol, jistieden lil wieħed jistaqsi dwar l-osservanza mill-persuna li timpjegah tal-obbligi ta’ inċentiv u informazzjoni li hija għandha fir-rigward tat-teħid tal-leave u tal-konsegwenzi li jkunu jistgħu jinsiltu min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn l-obbligi minn din il-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hija l-persuna li timpjega li għandha tiżgura li tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑6 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kreuziger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:872">EU:C:2018:872</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-persuna li timpjega hija obbligata, partikolarment fid-dawl tan-natura imperattiva tad-dritt għal-leave annwali mħallas u sabiex jiġi żgurat l-effett utli tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, li tiżgura b’mod konkret u trasparenti li l-ħaddiem ikun effettivament imqiegħed f’pożizzjoni li jieħu l-leave annwali mħallas tiegħu, billi tinċentivah, formalment, fejn meħtieġ, li jagħmel dan, filwaqt li tinformah, b’mod preċiż u fi żmien xieraq, sabiex tiżgura li l-imsemmi leave jkun għadu jista’ jiżgura l-mistrieħ u r-rilassament li huwa mistenni li jikkontribwixxi lill-persuna kkonċernata, li, jekk din ma tiħdux, dan il-leave jintilef fi tmiem il-perijodu ta’ referenza jew il-perijodu ta’ rrimandar [posponiment] awtorizzat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenzi tas‑6 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kreuziger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:872">EU:C:2018:872</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 45).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward jaqa’ fuq il-persuna li timpjega […]. Jekk din ma tkunx tista’ turi li tat prova ta’ kull diliġenza meħtieġa li l-ħaddiem ikun effettivament imqiegħed f’pożizzjoni li jieħu l-leave annwali mħallas li għalih huwa kellu dritt, hemm lok li jiġi kkunsidrat li t-telf tad-dritt għall-imsemmi leave fit-tmiem tal-perijodu ta’ referenza jew ta’ rrimandar [posponiment] awtorizzat u, f’każ tat-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg, l-assenza korrelattiva ta’ ħlas ta’ kumpens finanzjarju għal-leave annwali mhux meħud, jiksru, rispettivament, l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenzi tas‑6 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kreuziger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:872">EU:C:2018:872</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 46).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, minn din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li meta ħaddiem f’inkapaċità għax-xogħol għal żmien twil jitlob il-benefiċċju ta’ leave annwali mħallas miksub fir-rigward ta’ perijodu ta’ riferiment li matulu huwa ħadem parzjalment u kien parzjalment f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali jew ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard, il-qorti nazzjonali adita għandha tivverifika jekk il-persuna li timpjega wettqitx l-obbligi tagħha li tinċentiva u tinforma fir-rigward tat-teħid tal-leave qabel ma seħħet din l-invalidità totali jew din l-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, il-ħaddiem ikkonċernat ħadem effettivament matul parti mill-perijodu ta’ riferiment u kiseb dritt għal-leave annwali mħallas li parti minnu kien għadu ma ntużax meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol tiegħu. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li tali dritt seta’ jintemm, jew tal-inqas, jintuża fil-parti l-kbira tiegħu qabel ma seħħet din l-inkapaċità għax-xogħol kieku l-persuna li timpjegah qegħditu f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt fi żmien xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Ċertament, jista’ jiġi kkunsidrat li meta invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard isseħħ matul perijodu ta’ riferiment, ir-raġunijiet għall-assenza ta’ teħid ta’ leave annwali mħallas mill-ħaddiem huma potenzjalment tnejn. Minn naħa, dan il-ħaddiem ma setax juża l-leave tiegħu peress li marad. Min-naħa l-oħra, ma setax juża l-leave tiegħu għax il-persuna li timpjegah ma qegħditux f’pożizzjoni li jagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, f’din it-tip ta’ sitwazzjoni, jiena tal-fehma li l-persuna li timpjega ma għandhiex tkun tista’ teżonera ruħha mill-osservanza tal-obbligi tagħha billi ssostni li huwa biss minħabba avveniment imprevedibbli, bħall-mard tal-ħaddiem, li dan tal-aħħar ma setax juża d-dritt<?PAGE NO="13"?> għal-leave tiegħu. Fil-fehma tiegħi, għandha tipprevali l-idea li kieku dan il-ħaddiem tqiegħed f’pożizzjoni mill-persuna li timpjegah li jieħu l-leave tiegħu, probabbilment ma kienx ikollu għalfejn jitlob il-benefiċċju ta’ dan tal-aħħar diversi snin wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għalhekk, inqis, sabiex nuża l-kliem użat mill-Qorti tal-Ġustizzja li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-persuna li timpjega li ma tqigħedx ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas għandha tassumi l-konsegwenzi ta’ dan<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fil-fehma tiegħi, jekk jiġi aċċettat li minħabba li seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard, il-persuna impjegata kienet meħlusa mill-obbligu tagħha li tqiegħed lill-ħaddiem f’pożizzjoni li jieħu l-leave tiegħu sad-data li minnha dan il-ħaddiem ma jistax ikompli jaħdem, iwassal sabiex joħloq żbilanċ għall-benefiċċju ta’ din il-persuna li timpjega u għad-detriment tal-ħaddiem, li għandu jitqies bħala l-parti dgħajfa fir-relazzjoni ta’ xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 41).</P></NOTE>. Fil-fatt, il-persuna li timpjega tkun qed tingħata possibbiltà li teżonera ruħha mill-osservanza tal-obbligi tagħha bil-pretest li l-fatt li seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard jikkostitwixxi avveniment imprevedibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Dwar l-impossibbiltà li l-persuna li timpjega teżonera ruħha mill-osservanza tal-obbligi tagħha, ara s-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften (punt 43).</P></NOTE>. Billi nuża, għal darb’oħra, il-kliem użat mill-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>il-fatt li jiġi aċċettat, f’dawn iċ-ċirkustanżi, li d-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksuba mill-ħaddiem jiġu estinti jkun ifisser li jiġi approvat aġir li jwassal għal arrikkiment illegali tal-persuna li timpjega bi ħsara tal-għan innifsu [tad-Direttiva 2003/88] intiż għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tad‑29 ta’ Novembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>King</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑214/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:914">EU:C:2017:914</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, isegwi li kif inhu l-każ, skont il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften, li tirrigwarda perijodu ta’ riferiment li matulu ħaddiem ħadem effettivament mingħajr ma seħħet inkapaċità għax-xogħol jew invalidità totali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Immaġinaw li l-kawżi prinċipali kienu jirrigwardaw ukoll id-dritt għal-leave annwali mħallas miksub fir-rigward ta’ snin preċedenti għal dik li fiha seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol, u li matul dawn is-snin preċedenti, il-persuna li timpjega ma wettqitx l-obbligi tagħha li tinċentiva u tinforma dwar it-teħid tal-leave. B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften, dan id-dritt ma jistax jiġi kkunsidrat li ntemm.</P></NOTE>, ħaddiem li ħadem matul parti minn perijodu ta’ riferiment qabel ma seħħet inkapaċità għax-xogħol jew invalidità totali ma jitlifx, fi tmiem perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali, id-dritt għal-leave annwali mħallas li huwa kiseb fir-rigward ta’ dan il-perijodu ta’ riferiment meta l-persuna li timpjegah ma tkunx qegħditu f’pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt. Konsegwentement, f’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li d-dritt hekk miksub mill-ħaddiem għandu jiġi pospost wara d-data li fih jerġa’ lura għax-xogħol jew, f’każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, għandu jagħti lok għal kumpens finanzjarju fir-rigward tal-leave mhux meħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-fatt li mogħdija ta’ żmien bejn il-kostituzzjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas waqt il-perijodu ta’ riferiment li matulu seħħet inkapaċità għax-xogħol jew invalidità totali u l-benefiċċju ta’ dan id-dritt, ma jikkostitwixxix, fil-fehma tiegħi, ostakolu għal applikazzjoni stretta tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Max‑Planck‑Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften. Għal darb’oħra, hija l-persuna li timpjega li għandha tassumi l-konsegwenzi tal-konstatazzjoni li ma wettqitx fi żmien xieraq l-obbligi tagħha li tinċentiva u tinforma dwar it-teħid tal-leave. F’dan ir-rigward, inżid li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>filwaqt li l-effett pożittiv ta’ dan il-leave annwali mħallas għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem jinħass b’mod sħiħ<?PAGE NO="14"?> jekk jittieħed fis-sena prevista għal dan il-għan, jiġifieri matul is-sena kurrenti, l-importanza ta’ dan iż-żmien ta’ mistrieħ f’dan ir-rigward ma tintilifx jekk jittieħed matul perijodu sussegwenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tat‑30 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sobczyszyn</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:502">EU:C:2016:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għalhekk, filwaqt li l-pożizzjoni tiegħi hija differenti minn dik sostnuta mill-Kummissjoni, li essenzjalment tiddefendi applikazzjoni stretta tas-sentenza KHS f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, madankollu nirrikonoxxi li, kif tindika din l-istituzzjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, huwa biss jekk il-persuna li timpjega kellha effettivament il-possibbiltà li tqiegħed il-ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave li wieħed jista’ jikkontesta dan l-obbligu. Huwa biss f’tali sitwazzjoni li nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-persuna li timpjega jista’ jwassal għal konsegwenzi legali negattivi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nikkunsidra li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, f’kull każ, jekk, skont il-mument li fih tkun seħħet inkapaċità għax-xogħol jew invalidità totali matul il-perijodu ta’ riferiment inkwistjoni, il-persuna li timpjega kellhiex effettivament iż-żmien sabiex twettaq l-obbligi tagħha li tinċentiva u tinforma dwar it-teħid tal-leave.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’din l-evalwazzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li meta invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard tkun seħħet fi tmiem perijodu ta’ riferiment inkwistjoni, kif inhu l-każ fiż-żewġ kawżi taħt eżami, wieħed jista’ jippreżupponi li l-persuna li timpjega kellha ż-żmien neċessarju biex twettaq l-obbligi tagħha li tinċentiva u tinforma dwar it-teħid tal-leave.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li r-risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Industrijali Federali, il-Ġermanja) tkun kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li b’applikazzjoni tagħha d-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem miksub fir-rigward ta’ perijodu ta’ riferiment, li matulu seħħet invalidità totali jew inkapaċità għax-xogħol minħabba mard li ppersista sa minn dakinhar, jista’ jintemm, kemm fi tmiem perijodu ta’ posponiment awtorizzat mid-dritt nazzjonali jew anki sussegwentement, minkejja li l-persuna li timpjegah ma qegħditux f’pożizzjoni fi żmien xieraq li jeżerċita dan id-dritt qabel il-bidu ta’ din l-invalidità totali jew ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>