7.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 52/2022

tat-18 ta’ Marzu 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1120]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 51 (ir-Regolament (UE) Nru 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“51a.

32020 R 0683: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.