21999D0171



Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0030 - 0030


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 171/1999

tas-26 ta' Novembru 1999

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/97 tat-30 ta' April 1997 [1].

(2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/569/KE tat-28 ta' Lulju 1999 dwar parametri bażiċi għas-subsistema ta' kmand-u-kontroll u sinjalar fir-rigward ta' sistema tal-farrovija ta' veloċità għolja trans-Ewropea [2], għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37a (Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

399 D 0569 : : Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/569/KE tat-28 ta' Lulju 1999 dwar parametri bażiċi għas-subsistema ta' kmand-u-kontroll u sinjalar fir-rigward ta' sistema tal-farrovija ta' veloċità għolja trans-Ewropea, (ĠU L 216, ta' l-14.8.1999, p. 23), kif ikkoreġuta bi ĠU L 236, tas-7.9.1999, p. 38."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/569/KE kif ikkoreġuta bil-ĠU L 236, tas-7.9.1999, fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 242, ta' l-4.9.1997, p. 74.

[2] ĠU L 216, ta' l-14.8.1999, p. 23, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 236, tas-7.9.1999, p. 38.

--------------------------------------------------