|
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 25/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “'il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (2) tal-Kummissjoni kif ikkoreġut mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3, għandu jiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi sabiex tadattaha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li tistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (3), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 281, għandha tiddaħħal fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3, u d-Direttiva 2006/121/KE, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 281, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, jew, jekk ikun suċċessiv għal din id-data, fil-jum wara dak li fih issir l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154. 12.6.2008, p. 15.
(2) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850.
(*1) Obbligi kostituzzjonali huma indikati.
ANNESS
Il-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1) |
Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12zb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/565/KE):
|
|
2) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE):
|
|
3) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 12r (id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
4) |
It-test ta' punt 10 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE:) għandu jitħassar. It-test tas-16-il inċiż (id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/105/KEE) u tat-22 inċiż (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/21/KEE) tal-Punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 67/584/KEE), il-punti 12e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 793/93) u 12f (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1488/94) għandu jitneħħa b'effett mill-1 ta' Ġuju 2008. Il-punt 12d (id-Direttiva tal-Kunsill 93/67/KEE:) għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Awissu 2008. Il-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) għandu jiġi mħassar b'effett mill-1 ta' Ġunju 2009. |