2004R1002 — MT — 17.04.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1002/2004 tat-18 ta' Mejju 2004 (ĠU L 183, 20.5.2004, p.16) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 588/2005 tal-15 ta' April 2005 |
L 98 |
11 |
16.4.2005 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1002/2004
tat-18 ta' Mejju 2004
li jaċċetta garanziji mogħtija in konnessjoni ma’ proċeduri anti-dumping dwar l-importazzjoni tal-kloridu tal-potassju li joriġina mir-Repubblika tal-Belarus, mill-federazzjoni Russa jew mill-Ukraina u li ssir importazzjoni tal-kloridu tal-potassju li joriġina mir-Repubblika tal-Belarus, mill-federazzjoni Russa soġġetta għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 ħarsien mid-dumped imports minn pajjiżi li m’humiex membri tal-Komunità Ewropea ( 1 ), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 ( 2 ) (ir-Regolament bażiku), u partikolarment l-Artikoli 8, 11 (3), 21 u 22 (c) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:PROĊEDURAMiżuri fis-seħħ|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 969/2000 ( 3 ) il-Kunsill emenda u estenda l-miżuri u imposti mir-Regolament (KE) Nru 3068/92 ( 4 ), kif emendat mir-Regolamenti (KE) Nri 643/94 ( 5 ) u (KE) 449/98 ( 6 ), fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-kloridu tal-potassju (“il-prodott kkonċernat”) li joriġina fir-Repubblika tal-Belarus (Belarus), il-Federazzjoni Russa (Russja) u l-Ukraina. Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru XXXX ( 7 ) il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 969/2000. |
|
(2) |
Il-miżuri huma ammonti fissi ta’ dazju, stabbiliti skond il-kategorija u grad tal-prodott, li jvarjaw minn 19.51 EUR/tunellata sa 48.19 EUR/tunnellata fil-każ tal-Belarus, 19.61 EUR/tunnellata sa 40.63 EUR/tunnellata fil-każ tar-Russja u 19.61 EUR/tunnellata sa 48.19 EUR/tunnellata fil-każ ta’ l-Ukraina. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Marzu 2004 il-Kummissjoni ħabbret permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż fil-Ġurnal Uffuċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ( 8 ) l-bidu ta’ reviżjoni parzjali temporanja tal-miżuri fis-seħħ (“il-miżuri”) in segwitu ta’ l-Artikoli 11 (3) u 22 (c) tar-Regolament bażiku. |
|
(4) |
Ir-reviżjoni nbdiet fuq inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex teżamina jekk, b’ konsegwenza tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 (“It-tkabbir”) u, jekk wieħed jiffoka fuq l-aspett ta’ l-interess Komunitarju, hemm ħtieġa li l-miżuri jiġu adottati sabiex jiġi evitat effett mhux mistenni u eċċessivament negattiv fuq il-partijiet kollha interessati inklużi dawk li jużaw, distributuri u konsumaturi. |
|
(5) |
Il-partijiet kollha interessati li l-Kummissjoni taf bihom, inklużi l-industrija tal-Komunità, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi jew persuni fil-Komunità li jagħmlu użu, esportaturi/produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi kkonċernati kif ukoll partijiet interessati fl-għaxar Stati Membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 (“l-UE10”) ġew infurmati dwar il-bidu ta’ l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-ħsieb tagħhom bil-miktub, li jissottomettu informazzjoni u jippovdu evidenza ulterjuri fiż-żmien stabbilit fl-avviz ta’ inizjazzjoni. Il-partijiet kollha interessati li għamlu rikjesta u wrew li kien hemm raġunijiet ’il għaliex għandhom jinstemgħu ngħataw smigħ. |
|
(6) |
Kif jirriżulta mir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 992/2004, l-investigazzjoni kkonkludiet li huwa fl-interess Komunitarju li jiġu adattati l-miżuri eżistenti, jekk tali adattazzjoni ma tnaqasx b’mod sinjifikanti l-livell mixtieq ta’ difiża tal-kummerċ. |
|
(7) |
(1) F’ konformità mal-konklużjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 992/2004, il-Kummissjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 8 (2) tar-regolament bażiku, issuġġeriet garanziji lill-kumpaniji kkonċernati. B’riżultat ta’ dan, sussegwentement ġew offruti garanziji minn (i) produttur wieħed li jesporta l-prodott ikkonċernat fil-Belarus (Republican Unitary Enterprise Production Amalgamantion Belaruskali) flimkien mal-kumpaniji relatati tagħha fir-Russja (JSC International Potash Company), fl-Awstrija (Belurs Handelsgesellchaft m.b.H.) u fil-Litwanja (UAB Baltkalis), (ii) produttur-esportatur fir-Russja (JSC Silvinit) li jesporta flimkien ma’ kumpaniji relatati tiegħu fir-Russja (JSC International Potash Company) u fl-Awstrija (Belurs Handelsgesellschaft m.b.H.) u (iii) produttur-esportatur fir-Russja (JSC Uralkali) flimkien ma’ kumpanija f’ Ċipru (Fertexim Ltd). |
|
(8) |
Wieħed għandu jiftakar li, b’ riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 22 (c) tar-Regolament bażiku, dawn il-garanziji huma kkunsidrati bħala miżuri speċjali peress li skond il-konklużjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 992/2004, m’humiex direttament ekwivalenti għal dazju kontra d-dumping. |
|
(9) |
Minkejja dan, f’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 992/2004, il-garanziji jobbligaw lil kull produttur individwali li jesporta sabiex jirrispetta l-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni fil-qafas tal-kwoti ta’ importazzjoni u, sabiex il-garanziji jkunu jistgħu jiġu mmonitorati, il-produtturi kkonċernati li jesportaw qablu li jirrispettaw b’ mod wiesa’ l-prezzijiet tradizzjonali tagħhom tal-bejgħ lil klijienti individwali fl-UE10. Il-produtturi li jesportaw huma wkoll konxji li jekk jinstab li dawn il-bixriet tradizzjonali ta’ bejgħ jinbiddlu b’ mod sinjifikanti, jew jekk isir aktar diffiċli jew impossibbli sabiex jiġu mmonitorati dawn il-garanziji, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tirrevoka l-aċċettazzjoni tal-garanzija tal-kumpanija li tirriżulta f’ dazji definittivi kontra d-dumping li jiġu imposti minflokha, jew tista’ taġġusta l-livell tal-kwota, jew tista’ tieħu azzjoni oħra ta’ rimedju. |
|
(10) |
Hija wkoll kundizzjoni għall-garanziji li jekk dawn jinkisru fi kwalunkwe mod, il-Kummissjoni tkun intitolata li tirrevoka l-aċċettazzjoni tagħha li tirriżulta f’ dazji definittivi kontra d-dumping li qed jiġu imposti minflokhom. |
|
(11) |
Il-kumpaniji jridu jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b’ informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjonijiet tagħhom fil-Komunità, jiġifieri li l-garanziji jistgħu jiġu monitorati b’ mod effettiv mill-Kummissjoni. |
|
(12) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja b’ mod effettiv il-konformità tal-kumpanija mal-garanziji, meta tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali rilevanti rikjesta għar-rilaxx taċ-ċirkolazzjoni ħielsa in segwitu ta’ garanzija, eżenzjoni mid-dazju tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura li tikkontjeni għall-inqas l-oġġetti ta’ informazzjoni elenkata fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/2004. Dan il-livell ta’ informazzjoni huwa wkoll neċessarju sabiex jagħmilha possibbli għall-awtoritajiet doganali sabiex jistabbilixxu b’ preċiżjoni suffiċjenti li l-kunsinna tikkorrispondi mad-dokumenti kummerċjali. Fejn l-ebda fattura ta’ dan it-tip ma tiġi ppreżentata, jew meta ma tikkorispondiex mal-prodott ippreżentat lid-dwana, minflok tkun pagabbli d-dwana ta’ kontra d-dumping. |
|
(13) |
In vista ta’ dak li ssemma hawn fuq, l-offerti għall-garanziji huma kkunsidrati aċċettabli. |
|
(14) |
L-aċċettazzjoni tal-garanziji hija limitata għall-perjodu inizzjali ta’ tnax-il xahar mingħajr preġudizzju għat-tul tal-miżuri. Iżda, sitt xhur wara l-aċċettazzjoni tal-garanziji, l-aċċettazzjoni kontinwa tagħhom tkun suġġetta għal evalwazzjoni mill-Kummissjoni sabiex tivverifika jekk għadhomx jeżistu l-kundizzjonijiet eċċezzjonali u negattivi għall-persuni li jagħmlu użu minnha fl-UE10 li wasslu għall-aċċettazzjoni tal-garanziji. |
|
(15) |
In vista taċ-ċirkostanzi mhux tas-soltu ta’ dan il-każ u r-riskju probabbli tal-ksur tal-garanziji kkawżati mid-differenzi fil-prezz bejn il-UE10 u l-UE15 u n-natura tagħhom ta’ żmien qasir, huwa meqjus li hemm raġunijiet biżżejjed sabiex ċerti importazzjonjiet tal-prodott ikkonċernat ikun soġġett għal reġistrazzjoni għal perjodu massimu ta’ disa’ xuhur skond l-Artikolu 14 (5) tar-Regolament bażiku. |
|
(16) |
Għalhekk l-awtoritajiet doganali huma mitluba li jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-Belarus u mir-Russja esportati mill-kumpaniji li offrew garanziji aċċettabli u li qed jippruvaw jibbenifikaw mill-eżenzjoni ta’ kontra d-dumping mid-dazji ta’ l-anti-dumping. |
|
(17) |
Fil-każ li jinstab ksur tal-garanziji, jistgħu jiġu imposti retroattivament dazji fuq oġġetti li jkunu f’ ċirkolazzjoni libera fil-Komunità mid-data tal-ksur tal-garanzija. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu I
L-offerta ta' l-impenji mill-produtturi esportaturi mniżżla hawn taħt, li hija marbuta mal-proċediment kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ klorur tal-potassju li joriġina mir-Repubblika tal-Belarus u l-Federazzjoni Russa hija hawnhekk aċċettata.
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi Taric Addizjonali |
|
Ir-Repubblika tal-Belarus |
Prodott minn Republican Unitary Enterprise Production Amalgamation Belaruskali, Soligorsk, il-Belarus u mibjugħ minn JSC International Potash Company, Moska, ir-Russja, jew Belurs Handelsgesellschaft m.b. H, Vienna, Austria, jew UAB Baltkalis, Vilnius, il-Litwanja, lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità li jopera bħala importatur |
A518 |
|
Il-Federazzjoni Russa |
Prodott minn JSC Silvinit, Solikamsk, Russja u mibjugħ minn JSC International Potash Company, Moska, ir-Russja, jew Belurs Handelsgesellschaft m.b. H, Vienna, l-Awstrija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità li jopera bħala importatur |
A519 |
|
Il-Federazzjoni Russa |
Prodott u mibjugħ minn JSC Uralkali, Berezniki, ir-Russja jew prodott minn JSC Uralkali, Berezniki, ir-Russja u mibjugħ minn Uralkali Trading SA, Geneva, l-Iżvizzera lill-ewwel konsumatur fil-Komunità li jopera bħala importatur |
A520 |
Artikolu 2
Bil-preżenti, l-awtoritajiet doganali qegħdin jingħataw l-istruzzjoni in segwitu għall-Artikolu 14 (5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 sabiex jieħdu l-passi xierqa sabiex jIrreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-kloridu tal-potassju li joriġina mir-Repubblika tal-Belarus u l-Federazzjoni Russa li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3104 20 10 (kodiċi TARIC 3104201010 u 3104201090), 3104 20 50 (kodiċi TARIC 3104205010 u 3104205090), 3104 20 90 (kodiċi TARIC 3104209000), ex310520 10 (kodiċi TARIC 3105201010 u 3105201020), ex310520 90 (kodiċi TARIC 3105209010 u 3105209020), ex310560 90 (kodiċi TARIC 3105609010 u 3105609020), ex310590 91 (kodiċi TARIC 3105909110 u 3105909120), ex 3105 90 99 (kodiċi TARIC 3105909910 u 3105909920) prodotti u mibjugħa jew prodotti u esportati mill-kumpaniji elenkati fl-Artikolu 1 li għaliha qed jippruvaw jirrikorru għal eżenzjoni għad-dazji kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/2004.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u jibqa’ fis-seħħ għal perjodu ta’ tnax-il xahar.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 56, 6.3.1996, p.1.
( 2 ) ĠU L 77, 13.3.2004, p.12.
( 3 ) ĠU L 112, 11.5.2000, p.4.
( 4 ) ĠU L 308, 24.10.1992, p.41.
( 5 ) ĠU L 80, 24.3.1994, p. 1
( 6 ) ĠU L 58, 27.2.1998, p. 15
( 7 ) ĠU L 182, 19.5.2004, p.23.
( 8 ) ĠU C 70, 20.3.2004, p.15.