3.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/204

tat-28 ta’ Ottubru 2022

li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi, standards u proċeduri għas-sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea skont ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(10), 6(4), 11(3), 14(4), 15(4) u 16(6) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat tat-Trasport Diġitali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ,

Billi:

(1)

Is-single windows nazzjonali marittimi jenħtieġ li jipprovdu lid-dikjaranti interfaċċi grafiċi tal-utenti bil-funzjonalitajiet kollha meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ rapportar elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/1239. Sabiex tiġi żgurata esperjenza simili tal-utenti, jenħtieġ li tiġi ddefinita lista komuni ta’ funzjonalitajiet u jenħtieġ li dawk il-funzjonalitajiet ikunu disponibbli għad-dikjaranti fl-Istati Membri kollha. Madankollu, sabiex jiġu minimizzati l-kostijiet u sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-interfaċċi eżistenti, l-Istati Membri jistgħu joffru funzjonalitajiet addizzjonali fl-interfaċċa grafika tal-utent tagħhom.

(2)

L-ispreadsheets diġitali jintużaw b’mod wiesa’ fis-settur marittimu. Dawn jgħinu lid-dikjaranti bl-input manwali tad-data u biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li d-dikjaranti jkunu jistgħu jużaw mill-ġdid il-mudelli tal-ispreadsheets f’single windows nazzjonali marittimi differenti, jenħtieġ li jiġu armonizzati l-karatteristiċi tal-ispreadsheets, u jenħtieġ li l-verżjonijiet tal-ispreadsheets jiġu ġestiti b’mod ċentrali mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, meta l-mudelli tal-ispreadsheets ikunu konformi mal-karatteristiċi armonizzati u mar-rekwiżiti tas-sett ta’ data tal-EMSWe, jenħtieġ li dawn jiġu aċċettati mill-interfaċċi grafiċi tal-utent kollha, irrispettivament mil-lingwa użata.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex il-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri jsiru disponibbli jenħtieġ li jkopru kemm il-komunikazzjoni bejn l-utent u s-sistema kif ukoll bejn sistema u oħra. Dan se jippermetti lill-utenti tul il-katina loġistika jibbenefikaw mill-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri (li jsiru pubbliċi f’format elettroniku) kif ukoll biex tiġi ggarantita l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE.

(4)

Jenħtieġ li tiġi ddefinita struttura komuni għas-siti web ta’ appoġġ, inklużi l-funzjonalitajiet tagħha. Dan se jiżgura esperjenza simili tal-utenti fis-single windows nazzjonali marittimi kollha. Struttura komuni se tgħin ukoll biex tipprovdi l-appoġġ u l-informazzjoni xierqa dwar il-proċessi u r-rekwiżiti tekniċi għas-single windows nazzjonali marittimi u l-interfaċċi tagħhom.

(5)

L-indirizzi tal-Internet tas-single windows nazzjonali marittimi jenħtieġ li jużaw format komuni ta’ dominji u sottodominji li jibqa’ validu fil-futur biex jgħinu lill-utenti jinnavigaw, filwaqt li jitqiesu l-indirizzi eżistenti tal-Internet użati fl-Istati Membri. Sabiex tiġi ffaċilitata l-aċċessibbiltà tas-single windows nazzjonali marittimi, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi u żżomm lista ta’ indirizzi tal-Internet.

(6)

Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament xieraq u d-disponibbiltà fil-pront tal-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-bażi tad-data komuni dwar il-post u l-bażi tad-data komuni dwar il-hazmat, il-miżuri tas-sigurtà tas-sistema u r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tas-sistema.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni u d-dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri jkunu jistgħu jinġabru, jinħażnu, jiġu aġġornati, u jsiru disponibbli malajr, jenħtieġ li l-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe tkun tista’ tikkomunika mas-single windows nazzjonali marittimi, bl-użu ta’ komunikazzjoni bejn sistema u oħra u bejn l-utent u s-sistema. Kwalunkwe bidla fl-informazzjoni u fid-dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri, abbażi tad-data ppreżentata mid-dikjaranti lis-single window nazzjonali marittima, jenħtieġ li tiġi riflessa fil-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe.

(8)

L-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri jinħarġu mill-awtoritajiet rilevanti u ma humiex mitluba mid-dikjaranti matul waqfa f’port. Billi din l-informazzjoni hija diġà disponibbli fis-sistema SafeSeaNet (2), il-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe jenħtieġ li tkun tista’ tikkonnettja magħha, tirkupra din l-informazzjoni awtomatikament, u tagħmilha disponibbli għas-single windows nazzjonali marittimi.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-kodiċijiet tal-post u l-kodiċijiet tal-faċilitajiet tal-port ikunu jistgħu jinġabru, jinħażnu, jiġu aġġornati u jsiru disponibbli malajr, jenħtieġ li l-bażi tad-data komuni dwar il-post tkun tista’ tibgħat informazzjoni lis-single windows nazzjonali marittimi, bl-użu ta’ komunikazzjoni bejn sistema u oħra u bejn l-utent u s-sistema. Il-bażi tad-data komuni dwar il-post jenħtieġ li tkun sinkronizzata ma’ sorsi rilevanti oħra ta’ informazzjoni.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni ta’ referenza dwar il-hazmat tkun tista’ tinġabar, tinħażen, tiġi aġġornata u ssir disponibbli malajr, jenħtieġ li l-bażi tad-data komuni dwar il-hazmat tkun tista’ tibgħat informazzjoni lis-single windows nazzjonali marittimi, bl-użu ta’ komunikazzjoni bejn sistema u oħra u bejn l-utent u s-sistema. Il-bażi tad-data komuni dwar il-hazmat jenħtieġ li tkun sinkronizzata ma’ sorsi rilevanti oħra ta’ informazzjoni, inkluża l-bażi tad-data MAR-CIS (3) żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA).

(11)

L-EMSA jenħtieġ li tassisti lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe, il-bażi tad-data komuni dwar il-post u l-bażi tad-data komuni dwar il-hazmat, filwaqt li tqis is-sinerġiji mal-bażijiet tad-data eżistenti ġestiti mill-EMSA u l-objettiv tagħha li tikkontribwixxi għall-effiċjenza ġenerali tat-trasport marittimu kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(12)

Ir-Regolament dwar l-EMSWe jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi lista ta’ informazzjoni rilevanti fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li għandha ssir disponibbli għas-single windows nazzjonali marittimi. Peress li r-Regolament dwar l-EMSWe huwa speċifikament limitat għall-qasam marittimu, huma biss id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul iddefiniti fil-kolonni F10, F11, F12 u F13 tal-Anness B tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (6) ippreżentati minn trasportaturi tal-baħar jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-intestatura tad-dikjarazzjoni u fil-livell tal-kunsinna prinċipali, inkluża l-informazzjoni dwar l-oġġett tal-merkanzija tal-kunsinna prinċipali, li jenħtieġ li jitqiesu rilevanti. Dan ifisser li d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul ippreżentati minn atturi għajr dawk imsemmija hawn fuq jew l-informazzjoni fil-livell tal-kunsinna domestika jenħtieġ li ma jitqisux rilevanti.

(13)

L-informazzjoni fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul li għandha ssir disponibbli għas-single windows nazzjonali marittimi jenħtieġ li tiġi biss mid-dokumenti kummerċjali u tat-trasport, maħruġa mit-trasportatur tal-baħar, li jistgħu jintalbu f’obbligi oħra ta’ rapportar b’rabta ma’ dik il-waqfa f’port. Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tad-data skambjata, din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi mmappjata mal-elementi tad-data fis-sett ta’ data tal-EMSWe previst skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1239.

(14)

Billi r-Regolament (UE) 2019/1239 japplika mill-15 ta’ Awwissu 2025, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1239. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

—

“formalità” tfisser sett koerenti ta’ elementi tad-data li għandhom jiġu rrapportati minn dikjarant fis-single window nazzjonali marittima sabiex jissodisfa obbligu wieħed jew aktar ta’ rapportar;

—

“desktop tal-utent” tfisser żona fl-interfaċċa grafika tal-utent tas-single window nazzjonali marittima li tirrikjedi li persuna fiżika twettaq awtentikazzjoni billi ddaħħal kredenzjali ta’ login;

—

“spreadsheet” tfisser dokument elettroniku li fih id-data hija organizzata f’ringieli u f’kolonni u li jista’ jiġi mmanipulat u użat fil-kalkoli;

—

“fajl tal-ispreadsheet” tfisser fajl elettroniku li fih spreadsheet waħda jew aktar;

—

“ċellola tad-data ” tfisser intersezzjoni ta’ ringiela u kolonna fi spreadsheet b’indirizz uniku magħmul mill-ittra tal-kolonna u min-numru tar-ringiela tagħha għall-fini tal-input tad-data;

—

“rekord tal-vapur” tfisser ġabra ta’ elementi tad-data dwar l-istess vapur maħżuna fil-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet għall-interfaċċi armonizzati

Il-funzjonalitajiet komuni tal-interfaċċa grafika tal-utent u l-kontenut tal-mudelli tal-ispreadsheets diġitali armonizzati msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2019/1239 huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet għas-single windows nazzjonali marittimi

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà ta’ ħinijiet tal-wasla u tat-tluq imsemmija fl-Artikolu 5(10) tar-Regolament (UE) 2019/1239 huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

L-istruttura armonizzata għas-sit web ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 5(10) tar-Regolament (UE) 2019/1239 hija stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Il-format uniformi għall-indirizzi tal-Internet imsemmi fl-Artikolu 5(10) tar-Regolament (UE) 2019/1239 huwa stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Servizzi komuni oħra

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri għall-istabbiliment tal-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe msemmija fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1239 fir-rigward tal-ġbir, il-ħżin, l-aġġornament u l-għoti ta’ informazzjoni u dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri, kif ukoll ir-rekords dwar l-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri huma stabbiliti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri għall-istabbiliment tal-bażi tad-data komuni dwar il-post imsemmija fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1239 fir-rigward tal-ġbir, il-ħżin u l-għoti ta’ kodiċijiet tal-post u tal-faċilitajiet tal-port huma stabbiliti fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri għall-istabbiliment tal-bażi tad-data komuni dwar il-hazmat imsemmija fl-Artikolu 16(6) tar-Regolament (UE) 2019/1239 fir-rigward tal-ġbir, il-ħżin u l-għoti ta’ informazzjoni ta’ referenza dwar il-hazmat huma stabbiliti fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Lista ta’ informazzjoni rilevanti fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

L-informazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul elenkata fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament hija limitata għad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul definiti fil-kolonni F10, F11, F12 u F13 tal-Anness B tar-Regolament (UE) 2015/2446 fl-intestatura tad-dikjarazzjoni u fil-livell tal-kunsinna prinċipali, inkluża l-informazzjoni dwar l-oġġett tal-merkanzija tal-kunsinna prinċipali, li jiġu ppreżentati direttament mit-trasportatur tal-baħar jew mir-rappreżentant tiegħu. L-informazzjoni li jifdal tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma għandhiex titqiegħed għad-dispożizzjoni tas-single window nazzjonali marittima.

Il-lista ta’ informazzjoni rilevanti fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li għandha ssir disponibbli għas-single window nazzjonali marittima skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/1239 hija stabbilita fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-15 ta’ Awwissu 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64.

(2)  https://www.emsa.europa.eu/ssn-main.html

(3)  https://www.emsa.europa.eu/mar-ice-network/mar-cis-infosheets.html

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).


ANNESS I

FUNZJONALITAJIET KOMUNI TAL-INTERFAĊĊA GRAFIKA TAL-UTENT U L-KONTENUT TAL-MUDELLI TAL-ISPREADSHEETS DIĠITALI ARMONIZZATI

L-interfaċċa grafika tal-utent tas-Single Window Nazzjonali marittima għandha tipprovdi “paġna tad-dħul” u “desktop tal-utent”.

Il-paġna “tad-dħul” għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u għandha tinkludi:

—

informazzjoni dwar is-Single Window Nazzjonali marittima;

—

link għas-sit web ta’ appoġġ online u għall-ħinijiet stmati u reali tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri;

—

taqsima tal-login għall-awtentikazzjoni tal-utent biex jaċċessa d-“desktop tal-utent”.

Wara awtentikazzjoni b’suċċess, id-“desktop tal-utent” għandu jkun disponibbli għad-dikjaranti bil-funzjonalitajiet komuni li ġejjin:

Lista ta’ vapuri

Din il-funzjonalità għandha tippermetti l-konsultazzjoni ta’:

—

lista ta’ vapuri meta tinħoloq waqfa ġdida f’port;

—

l-informazzjoni u d-dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri, inklużi l-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri, li għandhom ikunu disponibbli mill-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe, jew inkella minn bażi tad-data rilevanti oħra.

Għandu jiġi pprovdut filtru biex isir it-tiftix fil-lista bil-kriterji li ġejjin:

—

Numru tal-IMO tal-vapur,

—

Sinjal tas-sejħa tal-vapur,

—

Numru tal-MMSI,

—

Isem il-vapur.

Lista ta’ waqfiet f’port

Il-lista ta’ waqfiet f’port għandha tkun aċċessibbli għal ċertu perjodu ta’ żmien kif speċifikat fir-regoli nazzjonali dwar iż-żamma tad-data. L-informazzjoni li ġejja għandha mill-inqas tkun disponibbli: port tal-waqfa, ID taż-żjara, identifikazzjoni tal-vapur, ħin stmat u reali tal-wasla u tat-tluq tal-vapur. Bl-użu ta’ dawn il-kriterji għandu jiġi pprovdut filtru biex isir it-tiftix fil-lista.

Ħarsa ġenerali lejn il-waqfa f’port

Il-waqfa f’port magħżula għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar l-istatus tal-formalitajiet u t-tweġibiet mill-awtoritajiet relatati ma’ dik il-waqfa f’port inkluż il-mudell tal-awtorizzazzjoni (sistematiku jew silenzjuż) applikat mis-Single Window Nazzjonali marittima.

Ħolqien ta’ waqfa f’port

Din il-funzjonalità għandha tippermetti l-ħolqien ta’ waqfa f’port billi jintgħażel vapur mill-funzjonalità “lista ta’ vapuri” jew billi timtela manwalment l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-vapur u l-port tal-waqfa mill-informazzjoni miksuba mis-single window nazzjonali marittima mill-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post. Bil-ħolqien tal-waqfa f’port, għandha tiġi pprovduta ID taż-Żjara marbuta mal-vapur magħżul u mal-port tal-waqfa.

Provvediment ta’ formalità ġdida

Din il-funzjonalità għandha tippermetti lid-dikjaranti jipprovdu formalità ġdida għall-waqfa f’port magħżula mil-lista ta’ waqfiet f’port.

Fil-każ li l-informazzjoni u d-dettalji ta’ identifikazzjoni ta’ bastiment jew ir-rekords dwar l-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar, is-Single Window Nazzjonali marittima għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti mill-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe, jew inkella minn bażi tad-data rilevanti oħra fl-interfaċċa grafika tal-utent permezz ta’ mili minn qabel tal-oqsma rilevanti.

F’każ li jkun meħtieġ kodiċi tal-post jew tal-faċilità tal-port għat-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar, is-Single Window Nazzjonali marittima għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti mill-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post fl-interfaċċa grafika tal-utent.

Fil-każ li tkun meħtieġa informazzjoni dwar merkanzija perikoluża u niġġiesa għat-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar, is-Single Window Nazzjonali marittima għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti mill-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat f’interfaċċa grafika tal-utent permezz tal-:

—

mili minn qabel tal-informazzjoni meħtieġa dwar merkanzija perikoluża u niġġiesa abbażi tan-numru tan-NU jew tar-referenza testwali ta’ oġġett tad-DPG imdaħħal mid-dikjarant;

—

għoti ta’ lista ta’ merkanzija perikoluża u niġġiesa abbażi tal-mod ta’ trasport u t-tip ta’ prodott imdaħħal mid-dikjarant.

Applowdjar ta’ informazzjoni minn spreadsheets

Meta jipprovdu jew jaġġornaw formalità waħda jew aktar, id-dikjaranti għandhom ikunu jistgħu jtellgħu informazzjoni minn spreadsheets diġitali.

Is-Single Window Nazzjonali marittima għandha tiżgura li l-verżjoni tal-mudell tal-ispreadsheet tkun konformi mal-aħħar verżjoni disponibbli jew, matul perjodu ta’ tranżizzjoni meta tinħareġ verżjoni ġdida tal-mudelli, għal waħda miż-żewġ verżjonijiet konsekuttivi l-aktar reċenti tal-mudelli tal-ispreadsheet. B’konsegwenza ta’ dan, verżjoni tal-mudelli titneħħa gradwalment fid-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Wara li jiġi applowdjat il-fajl tal-ispreadsheet, is-Single Window Nazzjonali marittima għandha tivverifika li l-format, il-kardinalità u r-regoli tan-negozju tal-elementi tad-data jikkonformaw ma’ dawk definiti fis-sett ta’ data tal-EMSWe.

Jekk spreadsheet ma tkunx konformi mar-regoli dwar il-versioning jew mar-rekwiżiti tas-sett ta’ data tal-EMSWe, is-Single Window Nazzjonali marittima għandha tirrifjuta l-informazzjoni tal-ispreadsheet u għandha tipprovdi messaġġ ta’ żball b’indikazzjoni ċara tar-raġunijiet tal-falliment tal-verifika.

Wara s-suċċess tal-kontrolli tas-Single Window Nazzjonali marittima, l-elementi tad-data estratti mill-ispreadsheet għandhom jissostitwixxu l-elementi tad-data li jkunu diġà mtlew fl-interfaċċa grafika tal-utent. Qabel is-sottomissjoni, l-interfaċċa grafika tal-utent għandha tipprovdi l-possibbiltà li l-informazzjoni estratta minn dik l-ispreadsheet tinqara, tiġi rieżaminata u kkoreġuta.

Użu mill-ġdid tal-formalitajiet eżistenti

Meta jkunu qed iħejju formalitajiet ġodda għal waqfa f’port, id-dikjaranti għandhom ikunu jistgħu jużaw mill-ġdid il-kontenut disponibbli tal-formalitajiet relatati mal-istess vapur li jkunu ssottomettew preċedentement lill-istess Single Window Nazzjonali marittima.

Tissejvja abbozzi ta’ formalitajiet

Id-dikjaranti għandhom ikunu jistgħu jissejvjaw abbozzi ta’ formalitajiet qabel is-sottomissjoni.

Sottomissjoni tal-formalitajiet

Id-dikjaranti għandhom ikunu jistgħu jissottomettu formalitajiet lis-Single Window Nazzjonali marittima. Wara s-sottomissjoni tal-informazzjoni, is-single window nazzjonali marittima għandha turi r-riżultati tal-kontrolli semantiċi mwettqa fil-livell tal-Istati Membri.

Ġestjoni tal-formalitajiet

Din il-funzjonalità għandha tippermetti lid-dikjaranti jikkonsultaw u jaġġornaw il-formalitajiet sottomessi preċedentement jew l-abbozzi tagħhom. Meta jkunu permessi, dawn għandhom ikunu jistgħu jirtiraw jew jinvalidaw il-formalitajiet individwali tagħhom.

Il-formalitajiet kollha li jkunu ġew sottomessi bl-użu tal-modulu tal-interfaċċa armonizzata tar-rapportar għandhom ikunu disponibbli wkoll fl-interfaċċa grafika tal-utent. L-interfaċċa grafika tal-utent għandha turi l-informazzjoni (id-data u l-ħin tas-sottomissjoni) ta’ dawn il-formalitajiet kollha, inklużi t-tweġibiet mill-awtoritajiet.

Kanċellazzjoni ta’ waqfa f’port

Id-dikjaranti għandhom ikunu jistgħu jikkanċellaw il-waqfa f’port li tkun inħolqot preċedentement u jirtiraw jew jinvalidaw il-formalitajiet sottomessi qabel assoċjati ma’ dik il-waqfa f’port.

Konfigurazzjoni ta’ settings personali

Id-dikjaranti għandhom ikunu jistgħu jikkonfiguraw informazzjoni personali addizzjonali stabbilita fil-livell nazzjonali li ma tkunx ġestita mir-reġistru tal-utenti tal-EMSWe u mis-sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess.

L-interfaċċa grafika tal-utent tas-Single Window Nazzjonali marittima għandha tippermetti lid-dikjaranti jaqilbu l-verżjoni lingwistika tal-interfaċċa grafika tal-utent. L-Ingliż dejjem għandu jkun appoġġat.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu funzjonalitajiet addizzjonali fl-interfaċċa grafika tal-utent tagħhom.

Kontenut tal-mudelli tal-ispreadsheet

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli t-tipi ta’ mudelli tal-ispreadsheet li ġejjin:

—

Notifika ta’ qabel il-wasla,

—

Notifika ta’ qabel it-tluq,

—

Notifika ta’ qabel il-wasla għall-vapuri soġġetti għal spezzjoni estiża,

—

Notifika ta’ sigurtà,

—

Notifika dwar l-iskart,

—

Riċevuta tal-kunsinna tal-iskart,

—

Lista tal-ekwipaġġ u l-affarijiet personali tal-ekwipaġġ,

—

Lista tal-passiġġieri,

—

Ħażniet tal-vapur,

—

Dikjarazzjoni ġenerali tal-merkanzija,

—

Merkanzija perikoluża u niġġiesa,

—

Dikjarazzjoni marittima tas-saħħa,

—

Itinerarju tal-bastiment tal-kruċiera,

—

Informazzjoni dwar il-bunker.

Il-mudelli tal-ispreadsheet għandhom jikkonformaw mal-ismijiet, il-formati u r-regoli tan-negozju tal-elementi tas-sett ta’ data tal-EMSWe.

Is-sett ta’ mudelli tal-ispreadsheet għandu jkun disponibbli flimkien u għandu jingħata numru tal-verżjoni li għandu jiġi indikat fl-ispreadsheet. Kull verżjoni tas-sett ta’ mudelli tal-ispreadsheet tikkorrispondi għal verżjoni tas-sett ta’ data tal-EMSWe.

Kull ċellola tad-data jew grupp ta’ ċelloli tad-data għandu jkun assoċjat ma’ element tas-sett ta’data tal-EMSWe u identifikat b’kodiċi, format u isem (tikketta) bil-lingwa Ingliża. L-Istati Membri jistgħu jittraduċu l-mudelli tal-ispreadsheet b’tikketti b’lingwi oħra minbarra l-Ingliż. Il-valuri li jinsabu fiċ-ċelloli li ma humiex imfassla għall-input ma għandhomx jinbidlu.

Il-mudelli tal-ispreadsheet għandhom jinkludu l-kontroll bażiku tad-data fuq il-valuri taċ-ċelloli tad-data. Il-mudell tal-ispreadsheet għandu jippermetti l-possibbiltà li wieħed jikkopja u jippejstja l-kontenut miċ-ċelloli tad-data u għal ġo fihom.

Meta ċ-ċellola tad-data tkun teħtieġ valur minn lista ta’ kodiċijiet, fejn rilevanti, il-valur għandu jkun jista’ jintgħażel minn menu li jinżel.

Meta l-elementi tad-data għandhom jiġu rrapportati f’rekords multipli, l-ewwel kolonna għandha tindika n-numru tas-sekwenza ta’ kull rekord.

Kull mudell tal-ispreadsheet għandu jinkludi l-indikazzjoni tat-tip tiegħu.

Il-format tal-fajl tal-ispreadsheet għandu jiġi kkodifikat fil-format tal-fajl Office Open XML (“estensjoni XLSX”). Il-fajl tal-ispreadsheet għandu jinkludi biss karatteristiċi li huma appoġġati mill-ispeċifikazzjonijiet uffiċjali tal-Office Open XML. Il-fajl tal-ispreadsheet ma għandux ikun fih kitbiet jew kodiċijiet eżegwibbli.

L-interfaċċa grafika tal-utent tas-Single Window Nazzjonali marittima għandha toffri l-possibbiltà li jiġu rrapportati l-ispreadsheets kollha meħtieġa f’fajl wieħed tal-ispreadsheet jew li tiġi rrapportata spreadsheet individwali għal kull fajl tal-ispreadsheet.


ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI BIEX IL-ĦINIJIET TAL-WASLA U TAT-TLUQ ISIRU DISPONIBBLI GĦALL-PUBBLIKU

1.   Rekwiżiti tal-interfaċċa

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ħinijiet stmati u reali tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri disponibbli għall-pubbliku f’sit web aċċessibbli mill-paġna tad-dħul tal-interfaċċa grafika tal-utent tas-Single Window Nazzjonali marittima tagħhom f’format li jinqara kif ukoll f’format minn sistema għal sistema.

2.   Sett ta’ data li għandu jsir disponibbli għall-pubbliku

Il-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapurigħandhom jinkludu l-kategoriji li ġejjin u s-sett minimu ta’ elementi tad-data:

Kategorija

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta

Informazzjoni dwar il-bastiment

Numru tal-IMO tal-vapur

Isem il-vapuri

Informazzjoni dwar il-Vjaġġ

Port tal-waqfa, ikkodifikat

Data u ħin tal-wasla – stmati f’ħin lokali

Data u ħin tat-tluq – stmati f’ħin lokali

Dettalji tan-Notifika tal-Wasla

Data u ħin tal-wasla – reali f’ħin lokali

Dettalji tan-Notifika tat-Tluq

Data u ħin tat-tluq – reali f’ħin lokali

Status tal-waqfa f’port

Status tal-waqfa f’port (b’valuri: Wasla Mistennija, Wasla, Tluq, Ikkanċellata)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali tul is-sett minimu ta’ elementi tad-data elenkati hawn fuq

Jekk informazzjoni tkun għadha ma hijiex disponibbli, il-kamp tad-data korrispondenti jista’ jitħalla vojt.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-perjodu li fih l-informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

L-Istati Membri jistgħu jżidu dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda għall-ħinijiet ippubblikati tal-wasla u tat-tluq biex jiċċaraw is-sors, il-puntwalità jew l-iskop tal-ħinijiet disponibbli stmati jew reali tal-vapuri.

Skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) 2019/1239, id-dispożizzjonijiet dwar is-sett ta’data li għandu jsir disponibbli għall-pubbliku ma japplikawx għall-vapuri li jġorru merkanzija sensittiva.

3.   Speċifikazzjonijiet għall-interazzjoni bejn l-utent u s-sistema

Is-sit web tal-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri jinkludi l-elementi tad-data u jipprovdi l-funzjonalitajiet li ġejjin:

3.1.   Funzjoni tat-tiftix

Għandha tkun disponibbli magna tat-tiftix u għandha tinkludi l-filtri li ġejjin sabiex jitnaqqsu r-riżultati murija:

—

Port tal-Waqfa – li għandu jintgħażel jew minn lista predefinita jew jiddaħħal il-port tal-waqfa f’kamp tal-input;

—

Medda ta’ Dati u Ħinijiet – li għandha tintgħażel minn medda ta’ dati u ħinijiet;

—

Isem il-Vapur – li għandu jiddaħħal f’kamp tal-input;

—

Numru tal-IMO tal-vapur – li għandu jiddaħħal f’kamp tal-input;

—

Status tal-waqfa f’port – li għandu jintgħażel minn lista ta’ valuri predefiniti.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinkludu filtri addizzjonali għall-magna tat-tiftix.

3.2.   Sorting tal-kolonni

Għal-listi tal-wasla u tat-tluq, għandha tkun disponibbli funzjonalità ta’ sorting tal-kolonni għal kull element tad-data ddefinit fil-punt 2. Is-sorting għandu jkun disponibbli kemm alfabetiku kif ukoll bid-data u l-ħin f’ordni axxendenti u dixxendenti. B’mod awtomatiku, il-listi għandhom jiġu ordnati skont il-ħin tal-wasla jew tat-tluq f’ordni axxendenti (stmata jew reali – skont liema tkun dik attwali).

4.   Interazzjoni bejn sistema u oħra

L-interazzjoni bejn sistema u oħra għandha tkun ibbażata fuq API tal-web HTTP RESTful bil-payload ifformattjata f’format JSON.

5.   Rekwiżiti mhux funzjonali

5.1.   Disinn tal-web

Il-paġni web tal-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq disponibbli għall-pubbliku għandhom jadottaw it-tqassim u d-dehra tagħhom biex jakkomodaw daqsijiet tal-iskrin u viewports differenti. Għandhom jintwerew messaġġi ta’ “nuqqas ta’ appoġġ” meta jintuża browser mhux kompatibbli.

5.2.   Lingwi

Il-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fil-lingwi użati mill-interfaċċa grafika tal-utent tas-Single Window Nazzjonali marittima.


ANNESS III

STRUTTURA ARMONIZZATA GĦAS-SIT WEB TA’ APPOĠĠ TAS-SINGLE WINDOW NAZZJONALI MARITTIMA

1.   Funzjonalitajiet komuni tas-sit web ta’ appoġġ online

Is-sit web ta’ appoġġ online tas-Single Window Nazzjonali marittima għandu jinkludi s-sett ta’ funzjonalitajiet komuni li ġej:

1.1.   Għażla tal-lingwa

L-utenti għandhom ikunu jistgħu jibdlu l-lingwa fi kwalunkwe paġna fit-tree map tas-sit web ta’ appoġġ. Il-kontenut kollu, ħlief ir-referenzi għal-liġijiet nazzjonali u reġjonali tal-obbligi ta’ rapportar u informazzjoni oħra minn sorsi esterni, għandu jkun disponibbli biex jippermetti lill-utent jagħżel il-lingwa.

1.2.   Funzjoni tat-tiftix

Is-sit web ta’ appoġġ għandu jkollu funzjoni tat-tiftix għall-fini tat-tiftix ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti disponibbli fuq is-sit web ta’ appoġġ.

2.   Struttura tal-informazzjoni tas-sit web ta’ appoġġ online

Is-sit web ta’ appoġġ tas-Single Window Nazzjonali marittima għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-użu tas-Single Window Nazzjonali marittima. Dik l-informazzjoni għandha tiġi raggruppata skont l-istruttura li ġejja:

 

Is-sit web ta’ appoġġ: għandu jkun fih informazzjoni introduttorja dwar is-Single Window Nazzjonali marittima u menù bil-links għat-taqsimiet li ġejjin:

 

Gwida dwar l-użu tal-MNSW: din it-taqsima għandha tipprovdi struzzjonijiet u gwida dwar il-kanali ta’ rapportar disponibbli għal waqfa f’port, inkluża l-gwida dwar l-użu li ġejja:

—

L-użu ta’ Interfaċċa Grafika tal-Utent, inklużi l-kundizzjonijiet tal-użu (informazzjoni dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni), il-manwali u l-links għal sorsi ta’ informazzjoni rilevanti oħra u għal spreadsheets diġitali armonizzati u spjegazzjoni tal-użu tagħhom;

—

L-użu tal-Modulu tal-Interfaċċa tar-Rapportar, inklużi l-kundizzjonijiet tal-użu (informazzjoni dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni), informazzjoni mhux sensittiva dwar il-messaġġi meħtieġa u, bħala minimu, informazzjoni dwar fejn għandhom jinkisbu aktar dettalji dwar il-proċessi biex jintbagħtu l-messaġġi;

—

L-użu ta’ kanali oħra ta’ rapportar – inklużi gwida u informazzjoni dwar kanali oħra ta’ rapportar, jekk ikun hemm, il-portijiet li fihom ikunu disponibbli kanali oħra ta’ rapportar u links għall-informazzjoni rilevanti ta’ tali kanali oħra ta’ rapportar u tali sistemi tal-komunità tal-portijiet.

 

Mistoqsijiet frekwenti: din it-taqsima għandha tipprovdi informazzjoni lill-utenti dwar is-servizzi, l-informazzjoni kummerċjali jew sabiex jiksbu assistenza biex isolvu kwistjonijiet magħrufa. Din it-taqsima għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

—

Il-mistoqsijiet għandhom jitqassmu skont l-oqsma tematiċi;

—

Għandha tingħata tweġiba għal kull mistoqsija;

—

Fejn rilevanti, it-tweġibiet ipprovduti għall-mistoqsijiet għandhom jinkludu wkoll links għal mistoqsijiet, riżorsi jew fajls relatati oħrajn.

 

Dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet: din it-taqsima għandha tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet involuti fil-proċessi jew fil-gateways tal-waqfa f’port:

—

L-isem tal-awtorità u deskrizzjoni fil-qosor tal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tagħha;

—

Sit tal-Internet.

 

Kuntatti tal-helpdesk tal-MNSW: Din it-taqsima għandha tipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt tal-punt ta’ appoġġ tal-helpdesk nazzjonali għal kwalunkwe utent biex jipprovdi għajnuna, fil-forma ta’ indirizzi tal-posta elettronika, numri tat-telefown jew formola tal-web.

 

Leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti: Din it-taqsima għandha tipprovdi referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u lokali rilevanti u rekwiżiti oħra li jistabbilixxu relazzjoni mal-obbligi ta’ rapportar matul il-waqfiet f’port fl-Istat Membru.

3.   Aċċessibbiltà

Is-sit web ta’ appoġġ online tas-Single Window Nazzjonali marittima għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku bl-indirizz tal-Internet tiegħu stess. Il-paġna tad-dħul tal-interfaċċa grafika tal-utent tas-Single Window Nazzjonali marittima għandha tipprovdi l-link għal dak l-indirizz tal-Internet.


ANNESS IV

FORMAT UNIFORMI GĦALL-INDIRIZZI TAL-INTERNET

L-indirizz tal-Internet ta’ kull Single Window Nazzjonali marittima għandu jkun magħmul minn dominju tal-ogħla livell speċifiku għall-pajjiż (ccTLD), dominju ristrett fil-livell nazzjonali tat-tieni livell {xyz} u isem tad-dominju armonizzat tat-tielet livell “ mnsw ” li jifforma l-format uniformi li ġej:

mnsw.{xyz}.{ccTLD}

L-utenti jistgħu jiġu ridiretti mill-mnsw.{xyz}.{ccTLD} għal indirizzi oħra tal-Internet tas-Single Window Nazzjonali marittima bl-użu ta’ format differenti minn dak definit f’dan l-Anness.

L-utenti li jaċċessaw l-mnsw.{xyz}.{ccTLD} permezz ta’ browser tal-web għandhom jiġu nnavigati fil-paġna tad-dħul tal-Interfaċċa Grafika tal-Utent ta’ dik is-Single Window Nazzjonali marittima.

Kull Modulu tal-Interfaċċa tar-Rapportar armonizzat tas-Single Window Nazzjonali marittima għandu juża l-format li ġej tal-indirizz tal-Internet:

rim.mnsw.{xyz}.{ccTLD}

Is-sit web ta’ appoġġ online msemmi fl-Anness III u s-sit web għall-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri msemmi fl-Anness II għandhom isegwu l-format tal-indirizz tal-Internet li ġej:

 

Sit web ta’ appoġġ online: mnsw.{xyz}.{ccTLD}/info

 

Sit web għall-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri: mnsw.{xyz}.{ccTLD}/arrivals_departures


ANNESS V

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI, STANDARDS U PROĊEDURI GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-BAŻI TAD-DATA DWAR IL-VAPURI TAL-EMSWe

1.   Ħarsa ġenerali lejn il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe

Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tippermetti l-ġbir, il-ħżin, l-aġġornament u l-forniment ta’ dawn li ġejjin:

—

informazzjoni u dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri, magħmula minn elementi tas-sett ta’ data tal-EMSWe relatati ma’ vapur li huma statiċi jew soġġetti għal bidliet limitati maż-żmien;

—

informazzjoni dwar l-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri maħruġa mill-Istati Membri u rrapportati fis-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Marittima (SafeSeaNet) imsemmija fid-Direttiva 2002/59/KE.

Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament u d-disponibbiltà xierqa tal-informazzjoni, il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tirrispetta r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tas-sistema elenkati fil-punt 4 u l-miżuri minimi tas-sigurtà tas-sistema elenkati fil-punt 5.

Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, għandha:

—

tiżgura li tiġi stabbilita l-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe, l-interfaċċi, is-servizzi u l-ġestjoni tal-utenti tagħha;

—

tiżgura li s-Single Windows Nazzjonali marittimi jkunu jistgħu jistabbilixxu l-konnessjoni mal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe;

—

tikkoordina l-eżekuzzjoni tat-testijiet ta’ kummissjonar;

—

tiżgura li d-dokumentazzjoni operazzjonali u teknika tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe tkun disponibbli għall-Koordinaturi Nazzjonali u tinżamm aġġornata.

2.   Interfaċċi u servizzi tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe

Sabiex jiġu skambjati l-informazzjoni u d-dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri u l-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri, il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tipprovdi interfaċċa bejn sistema u oħra u interfaċċa tal-web deskritti fil-punti 2.1 u 2.2.

Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Koordinaturi Nazzjonali, għandha toħroġ Gwida dwar l-Interfaċċa tas-Sistema (SIG) li tiddefinixxi l-messaġġi bejn sistema u oħra, tikkummissjona miżuri u proċeduri għall-istabbiliment ta’ konnessjoni mal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe, inklużi l-politiki dwar id-drittijiet ta’ aċċess tal-utenti u l-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-utenti.

2.1.   Interfaċċa bejn sistema u oħra

(1)

L-interfaċċa bejn Sistema u Oħra għandha tkun disponibbli għas-Single Windows Nazzjonali marittimi għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mod awtomatizzat bl-użu ta’ sett ta’ messaġġi predefiniti. L-interfaċċa bejn sistema u oħra għandha tappoġġa s-servizz ta’ avviż u s-servizz ta’ notifika ta’ informazzjoni dwar il-vapuri deskritti fil-punti 2.1.1 u 2.1.2.

(2)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu konnessjoni bejn sistema u oħra bejn is-Single Window Nazzjonali marittima u l-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe f’konformità mal-Gwida dwar l-Interfaċċa tas-Sistema.

2.1.1.   Servizz ta’ avviż

Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tuża s-servizz ta’ avviż biex tagħti lis-Single Windows Nazzjonali marittimi, li preċedentement kienu sottoskritti għas-servizz, l-aktar dettalji reċenti f’kull modifika (ħolqien, aġġornament jew tħassir) tal-informazzjoni u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-vapuri u l-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri. Il-lista sħiħa tal-informazzjoni u d-dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri u l-eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri għandha titqassam lis-Single Window Nazzjonali marittima mal-abbonament għas-servizz.

2.1.2.   Servizz ta’ Notifika ta’ Informazzjoni dwar il-Vapuri

Is-servizz ta’ Notifika ta’ Informazzjoni dwar il-Vapuri għandu jintuża mis-Single Windows Nazzjonali marittimi biex jipprovdi lill-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe bl-informazzjoni u d-dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri abbażi tad-data ppreżentata mid-dikjaranti meta jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ rapportar.

Alternattivament għas-servizz ta’ Notifika ta’ Informazzjoni dwar il-Vapuri, l-informazzjoni u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-vapuri jistgħu jiġu pprovduti lill-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe permezz ta’ SafeSeaNet, dment li SafeSeaNet tippermetti għall-iskambju ta’ tali informazzjoni.

2.2.   Interfaċċa tal-web

L-interfaċċa tal-Web għandha tkun aċċessibbli għall-utenti awtorizzati għal:

—

konsultazzjoni tal-kontenut tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe;

—

dawnlowdjar ta’ informazzjoni dwar il-vapuri abbażi ta’ kriterji differenti f’formati differenti;

L-aċċess għall-interfaċċa tal-web tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandu jingħata lill-koordinaturi nazzjonali fuq talba.

3.   Proċeduri għall-aġġornament tal-informazzjoni tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe

Il-proċeduri li ġejjin għandhom jiġu segwiti:

Informazzjoni u dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapur

Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tivverifika l-konformità tad-data li tirċievi mis-Single Windows Nazzjonali marittimi skont id-definizzjonijiet u r-regoli tas-sett ta’ data tal-EMSWe. Id-data mhux konformi għandha tiġi miċħuda mill-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe u għandha tintbagħat lura notifika tal-iżball lis-Single Window Nazzjonali marittima rilevanti.

Meta r-rekord tal-vapur jiġi aċċettat mill-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe, l-informazzjoni u d-dettalji eżistenti korrispondenti dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri għandhom jiġu aġġornati fil-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe. Jekk ma jkun hemm l-ebda rekord korrispondenti tal-vapur, il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha toħloq rekord ġdid tal-vapur. Ir-rekord tal-vapur għandu juża bħala identifikatur in-numru tal-IMO tal-Vapur jew, inkella, in-numru tal-MMSI u s-sinjal tas-sejħa. Jekk l-identifikaturi ma jiġux ipprovduti, il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tinjora l-informazzjoni li tirċievi u tibgħat messaġġ ta’ żball lis-Single Window Nazzjonali marittima rilevanti.

Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tqabbel l-elementi tad-data tal-identifikazzjoni u d-dettalji tal-vapur riċevuti mal-elementi tad-data eżistenti tar-rekord tal-vapur korrispondenti fil-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe. Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha taġġorna kull element tad-data li tkun irċeviet b’valur differenti mill-valur fil-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe. L-elementi tad-data tal-identifikazzjoni u d-dettalji tal-vapur li ma jiġux riċevuti għandhom jinżammu mhux modifikati fil-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe.

Ir-rekord tal-vapur jista’ jkun fih informazzjoni li tkun ġejja minn dikjaranti differenti.

Informazzjoni dwar l-eżenzjoni mir-rapportar tal-vapuri

Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tirkupra kwalunkwe aġġornament tal-informazzjoni dwar l-eżenzjoni mir-rapportar tal-vapuri rrapportata mill-Istati Membri minn SafeSeaNet.

4.   Rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tas-sistema

Perjodi ta’ żmien għad-Disponibbiltà tad-Data: Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tkun appoġġata minn links u networks ta’ komunikazzjoni tad-data li jippermettulhom jittrasferixxu l-informazzjoni bejn iż-żewġ sistemi fi żmien minuta.

Perjodi ta’ żmien għall-Ħżin tad-Data: Il-lista ta’ informazzjoni u dettalji dwar l-identifikazzjoni tal-vapuri u ta’ eżenzjonijiet mir-rapportar tal-vapuri għandha tkun disponibbli fil-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe mingħajr ebda limitazzjoni ta’ żmien.

Rekwiżiti tad-Disponibbiltà tas-Sistema: Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tinżamm operattiva f’minimu ta’ 99 % fuq perjodu ta’ sena, b’perjodu massimu permissibbli ta’ interruzzjoni ta’ 12-il siegħa.

L-informazzjoni tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tkun tista’ tiġi rkuprata sa fejn ikun l-aktar possibbli wara perjodu ta’ qtugħ.

L-Istati Membri għandhom jiġu infurmati fil-każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament jew interruzzjoni skedata.

5.   Miżuri minimi ta’ sigurtà tas-sistema

Identifikazzjoni: Għandu jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni affidabbli biex jidentifika b’mod uniku l-utenti tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe b’ID tal-utent uniku.

Awtentikazzjoni: Il-proċess ta’ awtentikazzjoni għall-interfaċċa bejn sistema u oħra tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandu jkun ibbażat fuq metodi ta’ awtentikazzjoni rikonoxxuti permezz tal-implimentazzjoni ta’ SSL bidirezzjonali. Għall-interfaċċa tal-utent tal-web, l-utenti għandhom jawtentikaw b’sett ta’ kredenzjali.

Awtorizzazzjoni: L-utenti għandhom jiġu awtorizzati billi jiġu applikati miżuri ta’ kontroll tal-aċċess għall-aċċess għall-interfaċċi tal-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe. Kull aċċess għandu jiġi rreġistrat. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rieżaminati fuq bażi regolari.

Traċċabbiltà u responsabbiltà: Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha tiżgura n-nonripudju tal-azzjonijiet imwettqa mill-utenti permezz tal-interfaċċi tagħha. Għal dan il-għan, il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha żżomm kont ta’ kwalunkwe aċċess, avveniment u modifika tad-data tagħha. L-identifikazzjoni tal-utent, it-timbru tal-ħin u l-azzjoni mwettqa għandhom jiġu rreġistrati għal kull avveniment.

Integrità: Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe għandha twettaq kontrolli tal-integrità tas-sistema li jipprevjenu avvenimenti malizzjużi li jistgħu jikkompromettu l-funzjonalitajiet tagħha.


ANNESS VI

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI, STANDARDS U PROĊEDURI GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-BAŻI TAD-DATA KOMUNI DWAR IL-POST

1.   Ħarsa ġenerali lejn il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tippermetti l-ġbir, il-ħżin, l-aġġornament u l-forniment tat-tipi ta’ kodiċijiet tal-post u tal-faċilità tal-port li ġejjin:

(a)

Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Postijiet tal-Kummerċ u tat-Trasport (UN/LOCODE) (1);

(b)

Faċilitajiet tal-port tal-GISIS tal-IMO;

(c)

Kodiċijiet speċifiċi tas-SafeSeaNet.

Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament u d-disponibbiltà xierqa tal-informazzjoni, il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tirrispetta r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tas-sistema elenkati fil-punt 4 u l-miżuri minimi tas-sigurtà tas-sistema elenkati fil-punt 5.

Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, għandha:

—

tiżgura li jiġu stabbiliti l-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post, l-interfaċċi, is-servizzi u l-ġestjoni tal-utenti tagħha;

—

tiżgura li s-single windows nazzjonali marittimi jkunu jistgħu jistabbilixxu l-konnessjoni mal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post;

—

tikkoordina l-eżekuzzjoni tat-testijiet ta’ kummissjonar;

—

tiżgura li d-dokumentazzjoni operazzjonali u teknika tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post tkun disponibbli għall-Koordinaturi Nazzjonali u tinżamm aġġornata.

2.   Interfaċċi u servizzi tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tipprovdi kodiċijiet tal-post u tal-faċilitajiet tal-port permezz ta’ interfaċċa ta’ sistema ma’ oħra u interfaċċa tal-web deskritti fil-punti 2.1 u 2.2.

Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Koordinaturi Nazzjonali, għandha toħroġ Gwida dwar l-Interfaċċa tas-Sistema (SIG) li tiddefinixxi l-messaġġi bejn sistema u oħra, tikkummissjona miżuri u proċeduri għall-istabbiliment ta’ konnessjoni mal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post, inklużi l-politiki dwar id-drittijiet tal-aċċess tal-utenti u l-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-utenti.

2.1.   Interfaċċa bejn sistema u oħra

L-interfaċċa ta’ Sistema ma’ Oħra għandha tkun disponibbli għas-Single Windows Nazzjonali marittimi għall-għoti ta’ informazzjoni b’mod awtomatizzat bl-użu ta’ sett ta’ messaġġi predefiniti. L-interfaċċa ta’ sistema ma’ oħra għandha tappoġġa s-servizz ta’ avviż deskritt fil-punt 2.1.1.

2.1.1.   Servizz ta’ avviż

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tuża s-servizz ta’ avviż biex tagħti lis-Single Windows Nazzjonali marittimi, li preċedentement kienu abbonati għas-servizz, l-aħħar dettalji f’kull modifika (ħolqien, aġġornament jew tħassir) ta’ informazzjoni dwar il-post jew il-faċilitajiet tal-port. Il-lista sħiħa tal-kodiċijiet tal-post u tal-faċilità tal-port għandha titqassam lis-Single Windows Nazzjonali marittimi mal-abbonament għas-servizz.

Interfaċċa tal-web

L-interfaċċa tal-web għandha tkun aċċessibbli għall-utenti awtorizzati għal:

—

konsultazzjoni tal-kontenut tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post;

—

dawnlowdjar tal-lista tal-kodiċijiet tal-post u tal-faċilitajiet tal-port abbażi ta’ kriterji differenti f’formati differenti.

L-aċċess għall-interfaċċa tal-web tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandu jingħata lill-koordinaturi nazzjonali fuq talba.

3.   Proċeduri għall-aġġornament tal-informazzjoni tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tiġi aġġornata permezz tas-sinkronizzazzjoni tagħha mal-aktar listi reċenti ta’ kodiċijiet tal-post u tal-faċilitajiet tal-port li jirrispettaw il-proċeduri li ġejjin għal kull tip ta’ kodiċi:

UN/LOCODE: is-sinkronizzazzjoni tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post mal-UN/LOCODE għandha ssir mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-lista aġġornata ta’ LOCODES għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri minn qabel għall-konsultazzjoni.

Faċilitajiet tal-port tal-GISIS tal-IMO: għandha tiġi stabbilita rabta awtomatika bejn il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post u l-GISIS tal-IMO f’konformità mal-gwida għat-trasferiment elettroniku ta’ informazzjoni lill-modulu tas-Sigurtà Marittima tal-GISIS u minnu. Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha titlob lista ta’ bidliet fil-modulu tas-Sigurtà Marittima tal-GISIS tal-IMO darbtejn kuljum, u għandha tirrifletti dawn kif xieraq fil-bażi tad-data.

Kodiċijiet speċifiċi tas-SafeSeaNet: l-aġġornament tal-kodiċijiet speċifiċi ta’ SafeSeaNet għandu jkun disponibbli fil-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post immedjatament wara kwalunkwe aġġornament fil-Bażi tad-Data Ċentrali dwar il-Post ta’ SafeSeaNet.

4.   Rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tas-sistema

Perjodi ta’ żmien għad-Disponibbiltà tad-Data: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tkun appoġġata minn links u networks ta’ komunikazzjoni tad-data li jippermettulhom jittrasferixxu l-informazzjoni bejn iż-żewġ sistemi fi żmien minuta.

Perjodi ta’ żmien għall-Ħżin tad-Data: Il-kodiċijiet attivi tal-post u tal-faċilitajiet tal-port għandhom ikunu disponibbli fil-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post mingħajr ebda limitazzjoni ta’ żmien. Il-kodiċijiet diżattivati tal-post u tal-faċilitajiet tal-port għandhom jiġu arkivjati fil-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għal mill-inqas 5 snin.

Rekwiżiti tad-Disponibbiltà tas-Sistema: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tinżamm operattiva f’minimu ta’ 99 % fuq perjodu ta’ sena, b’perjodu massimu permissibbli ta’ interruzzjoni ta’ 12-il siegħa.

L-informazzjoni tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tkun tista’ tiġi rkuprata sa fejn ikun l-aktar possibbli wara perjodu ta’ qtugħ.

L-Istati Membri għandhom jiġu infurmati fil-każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament jew interruzzjoni skedata.

5.   Miżuri minimi ta’ sigurtà tas-sistema

Identifikazzjoni: Għandu jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni affidabbli biex jidentifika b’mod uniku l-utenti tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post b’ID unika tal-utent.

Awtentikazzjoni: Il-proċess ta’ awtentikazzjoni għall-interfaċċa ta’ sistema ma’ oħra tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandu jkun ibbażat fuq metodi ta’ awtentikazzjoni rikonoxxuti permezz tal-implimentazzjoni ta’ SSL bidirezzjonali. Għall-interfaċċa tal-utent tal-web, l-utenti għandhom jawtentikaw b’sett ta’ kredenzjali.

Awtorizzazzjoni: L-utenti għandhom ikunu awtorizzati billi japplikaw miżuri ta’ kontroll tal-aċċess biex jaċċessaw l-interfaċċi tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post. Kull aċċess għandu jiġi rreġistrat. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rieżaminati fuq bażi regolari.

Traċċabbiltà u responsabbiltà: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha tiżgura n-nonripudju tal-azzjonijiet imwettqa mill-utenti permezz tal-interfaċċi tagħha. Għal dan il-għan, il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha żżomm kont ta’ kwalunkwe aċċess, avveniment u modifika tad-data tagħha. L-identifikazzjoni tal-utent, it-timbru tal-ħin u l-azzjoni mwettqa għandhom jiġu rreġistrati għal kull avveniment.

Integrità: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Post għandha twettaq kontrolli tal-integrità tas-sistema li jipprevjenu avvenimenti malizzjużi li jistgħu jikkompromettu l-funzjonalitajiet tagħha.


(1)  https://unece.org/trade/cefact/unlocode-code-list-country-and-territory


ANNESS VII

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI, STANDARDS U PROĊEDURI GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-BAŻI TAD-DATA KOMUNI DWAR IL-HAZMAT

1.   Ħarsa ġenerali lejn il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tippermetti l-ġbir, il-ħżin, l-aġġornament u l-għoti ta’ informazzjoni dwar merkanzija perikoluża u niġġiesa li tirriżulta mill-konvenzjonijiet u l-ftehimiet li ġejjin, inklużi verżjonijiet volontarji (fejn applikabbli):

—

Merkanzija Marittima Internazzjonali Perikoluża (IMDG);

—

Merkanzija Marittima Internazzjonali Xotta bl-Ingrossa (IMSBC);

—

Kodiċi Internazzjonali dwar il-Kostruzzjoni u t-Tagħmir ta’ Bastimenti li Jġorru Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa (IGC);

—

Kodiċi Internazzjonali għall-Kostruzzjoni u t-Tagħmir ta’ Bastimenti li Jġorru Sustanzi Kimiċi Perikolużi bl-Ingrossa (IBC);

—

Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL, l-Anness I);

—

Ftehimiet Tripartitiċi (MEPC.2/Ċirkolari).

Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament u d-disponibbiltà xierqa tal-informazzjoni, il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tirrispetta r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tas-sistema elenkati fil-punt 4 u l-miżuri minimi ta’ sigurtà tas-sistema elenkati fil-punt 5.

Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, għandha:

—

tiżgura li tiġi stabbilita l-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat, flimkien mal-interfaċċi, is-servizzi u l-ġestjoni tal-utenti tagħha;

—

tiżgura li s-single windows nazzjonali marittimi jkunu jistgħu jistabbilixxu l-konnessjoni mal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat;

—

tikkoordina l-eżekuzzjoni tat-testijiet ta’ kummissjonar;

—

tiżgura li d-dokumentazzjoni operazzjonali u teknika tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat tkun disponibbli għall-Koordinaturi Nazzjonali u tinżamm aġġornata.

2.   Interfaċċi tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-merkanzija perikoluża u niġġiesa permezz ta’ interfaċċa ta’ sistema ma’ oħra u interfaċċa tal-web deskritti fil-punti 2.1 u 2.2.

Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-Koordinaturi Nazzjonali, għandha toħroġ Gwida dwar l-Interfaċċa tas-Sistema (SIG) li tiddefinixxi l-messaġġi bejn sistema u oħra, tikkummissjona miżuri u proċeduri biex tiġi stabbilita konnessjoni mal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat, inklużi politiki dwar id-drittijiet ta’ aċċess tal-utenti u proċess ta’ reġistrazzjoni tal-utenti.

2.1.   Interfaċċa bejn sistema u oħra

L-interfaċċa bejn Sistema u Oħra għandha tkun disponibbli għas-Single Windows Nazzjonali marittimi għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mod awtomatizzat bl-użu ta’ sett ta’ messaġġi predefiniti. L-interfaċċa ta’ sistema ma’ oħra għandha tappoġġa s-servizz ta’ avviż deskritt fil-punt 2.1.1.

2.1.1.   Servizz ta’ avviż

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tuża s-servizz ta’ avviż biex tagħti lis-Single Windows Nazzjonali Marittimi, li preċedentement kienu sottoskritti għas-servizz, l-aktar dettalji reċenti f’kull modifika (ħolqien, aġġornament jew tħassir) tal-informazzjoni dwar merkanzija perikoluża u niġġiesa. Il-lista sħiħa ta’ informazzjoni dwar merkanzija perikoluża u niġġiesa għandha titqassam lis-Single Window Nazzjonali Marittima mal-abbonament għas-servizz.

2.2.   Interfaċċa tal-web

L-interfaċċa tal-Web għandha tkun aċċessibbli għall-utenti awtorizzati għal:

—

konsultazzjoni tal-lista ta’ merkanzija perikoluża u niġġiesa;

—

konsultazzjoni ta’ informazzjoni mill-bażi tad-data MAR-CIS dwar perikli u riskji assoċjati ta’ merkanzija perikoluża u niġġiesa;

—

dawnlowdjar tal-lista ta’ merkanzija perikoluża u niġġiesa abbażi ta’ kriterji differenti f’formati differenti.

L-aċċess għall-interfaċċa tal-web tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandu jingħata lill-koordinaturi nazzjonali fuq talba.

3.   Proċeduri għall-aġġornament tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat

Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tiġi aġġornata permezz tas-sinkronizzazzjoni tagħha ma’:

—

l-aktar verżjoni reċenti tal-Kodiċijiet u l-Konvenzjonijiet tal-IMO (IMDG, IMSBC, IGC, IBC, MARPOL, l-Anness I) disponibbli f’Rulecheck (1);

—

l-aktar lista reċenti ppubblikata ta’ Ftehimiet Tripartitiċi (MEPC.2/Ċirkolari), minbarra l-Ftehimiet Tripartitiċi Provviżorji.

4.   Rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tas-sistema

Perjodi ta’ żmien għad-Disponibbiltà tad-Data: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tkun appoġġata minn links u networks ta’ komunikazzjoni tad-data li jippermettulhom jittrasferixxu l-informazzjoni bejn iż-żewġ sistemi fi żmien minuta.

Perjodi ta’ żmien għall-Ħżin tad-Data: L-informazzjoni dwar merkanzija perikoluża u niġġiesa għandha tkun disponibbli fil-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat mingħajr ebda limitazzjoni ta’ żmien.

Rekwiżiti tad-Disponibbiltà tas-Sistema: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tinżamm operattiva f’minimu ta’ 99 % fuq perjodu ta’ sena, b’perjodu massimu permissibbli ta’ interruzzjoni ta’ 12-il siegħa.

L-informazzjoni tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tkun tista’ tiġi rkuprata sa fejn ikun possibbli wara perjodu ta’ qtugħ.

L-Istati Membri għandhom jiġu infurmati fil-każ ta’ nuqqas ta’ funzjonament jew interruzzjoni skedata.

5.   Miżuri minimi ta’ sigurtà tas-sistema

Identifikazzjoni: Għandu jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni affidabbli biex jidentifika b’mod uniku l-utenti tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat b’ID unika tal-utent.

Awtentikazzjoni: Il-proċess ta’ awtentikazzjoni għall-interfaċċa ta’ sistema ma’ oħra tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandu jkun ibbażat fuq metodi ta’ awtentikazzjoni rikonoxxuti permezz tal-implimentazzjoni ta’ SSL bidirezzjonali. Għall-interfaċċa tal-utent tal-web, l-utenti għandhom jawtentikaw b’sett ta’ kredenzjali.

Awtorizzazzjoni: L-utenti għandhom jiġu awtorizzati billi jiġu applikati miżuri ta’ kontroll tal-aċċess għall-aċċess għall-interfaċċi tal-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat. Kull aċċess għandu jiġi rreġistrat. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rieżaminati fuq bażi regolari.

Traċċabbiltà u responsabbiltà: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha tiżgura n-nonripudju ta’ azzjonijiet imwettqa mill-utenti permezz tal-interfaċċi tagħha. Għal dan il-għan, il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha żżomm kont ta’ kwalunkwe aċċess, avveniment u modifika tad-data tagħha. L-identifikazzjoni tal-utent, it-timbru tal-ħin u l-azzjoni mwettqa għandhom jiġu rreġistrati għal kull avveniment.

Integrità: Il-Bażi tad-Data Komuni dwar il-Hazmat għandha twettaq kontrolli tal-integrità tas-sistema li jipprevjenu avvenimenti malizzjużi li jistgħu jikkompromettu l-funzjonalitajiet tagħha.


(1)  http://www.emsa.europa.eu/rulecheck.html


ANNESS VIII

INFORMAZZJONI FID-DIKJARAZZJONI FIL-QOSOR TAD-DĦUL LI GĦANDHA TKUN DISPONIBBLI GĦAS-SINGLE WINDOW NAZZJONALI MARITTIMA

Dan l-Anness huwa relatat mal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul definiti fil-kolonni F10, F11, F12 u F13 tal-Anness B tar-Regolament (UE) 2015/2446 fl-intestatura tad-dikjarazzjoni u fil-livell tal-kunsinna prinċipali, inkluża l-informazzjoni dwar l-oġġett tal-merkanzija tal-kunsinna prinċipali ppreżentata mit-trasportatur marittimu jew mir-rappreżentant tiegħu biss. L-informazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fil-livell tal-kunsinna domestika jew ippreżentata minn partijiet oħra ma hijiex applikabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/1239.

Biex jiġi żgurat li d-dikjarant jintalab jipprovdi l-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1239 darba biss għal kull waqfa f’port, l-informazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ippreżentata mit-trasportatur tal-baħar jew mir-rappreżentant tiegħu u elenkata f’dan l-Anness għandha tkun disponibbli għas-Single Window Nazzjonali marittima biss fil-każ li din l-informazzjoni tkun tista’ terġa’ tintuża għal obbligi oħra ta’ rapportar b’rabta mal-istess waqfa f’port. Tali informazzjoni għandha tiġi kondiviża mal-awtoritajiet rilevanti f’konformità mal-leġiżlazzjoni Doganali tal-Unjoni u tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali u informazzjoni sensittiva oħra skambjata.

Nru DE tal-KDU

Isem tal-element/klassi tad-data Isem tas-sottoelement/sottoklassi tad-data

Nru tas-Sett ta’ Data tal-EMSWe

11 03 000 000

Numru tal-partita tal-merkanzija

DE-048-01

12 02 008 000

Informazzjoni addizzjonali, Kodiċi

DE-048-12

12 02 009 000

Informazzjoni addizzjonali, Test

DE-048-13

12 03 001 000

Dokument ta’ appoġġ, Numru ta’ referenza

DE-048-14

12 03 002 000

Dokument ta’ appoġġ, Tip

DE-048-15

12 05 001 000

Dokument tat-trasport, Numru ta’ referenza

DE-056-02

12 05 002 000

Dokument tat-trasport, Tip

DE-056-03

12 08 000 000

Numru ta’ referenza/UCR

DE-047-14

13 02 016 000

Konsenjatur, Isem

DE-058-01

13 02 017 000

Konsenjatur, Numru ta’ identifikazzjoni

DE-058-02

13 02 028 000

Konsenjatur, Tip ta’ persuna

DE-058-03

13 02 018 023

Konsenjatur, Indirizz, Triq

DE-058-05

13 02 018 024

Konsenjatur, Indirizz, Linja addizzjonali għat-triq

DE-058-06

13 02 018 025

Konsenjatur, Indirizz, Numru

DE-058-07

13 02 018 026

Konsenjatur, Indirizz, Kaxxa Postali

DE-058-08

13 02 018 027

Konsenjatur, Indirizz, Subdiviżjoni

DE-058-11

13 02 018 020

Konsenjatur, Indirizz, Pajjiż

DE-058-12

13 02 018 021

Konsenjatur, Indirizz, Kodiċi postali

DE-058-09

13 02 018 022

Konsenjatur, Indirizz, Belt

DE-058-10

13 02 029 015

Konsenjatur, Komunikazzjoni, Identifikatur

DE-058-13

13 02 029 002

Konsenjatur, Komunikazzjoni, Tip

DE-058-14

13 03 016 000

Konsenjatarju, Isem

DE-059-01

13 03 017 000

Konsenjatarju, Numru ta’ identifikazzjoni

DE-059-02

13 03 028 000

Konsenjatarju, Tip ta’ persuna

DE-059-03

13 03 018 023

Konsenjatarju, Indirizz, Triq

DE-059-05

13 03 018 024

Konsenjatarju, Indirizz, Linja addizzjonali għat-triq

DE-059-06

13 03 018 025

Konsenjatarju, Indirizz, Numru

DE-059-07

13 03 018 026

Konsenjatarju, Indirizz, Kaxxa Postali

DE-059-08

13 03 018 027

Konsenjatarju, Indirizz, Subdiviżjoni

DE-059-11

13 03 018 020

Konsenjatarju, Indirizz, Pajjiż

DE-059-12

13 03 018 021

Konsenjatarju, Indirizz, Kodiċi postali

DE-059-09

13 03 018 022

Konsenjatarju, Indirizz, Belt

DE-059-10

13 03 029 015

Konsenjatarju, Komunikazzjoni, Identifikatur

DE-059-13

13 03 029 002

Konsenjatarju, Komunikazzjoni, Tip

DE-059-14

13 13 016 000

Parti li trid tiġi nnotifikata, Isem

DE-062-01

13 13 017 000

Parti li trid tiġi nnotifikata, Numru ta’ identifikazzjoni

DE-062-02

13 13 028 000

Parti li trid tiġi nnotifikata, Tip ta’ persuna

DE-062-03

13 13 018 023

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Triq

DE-062-04

13 13 018 024

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Linja addizzjonali għat-triq

DE-062-05

13 13 018 025

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Numru

DE-062-06

13 13 018 026

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Kaxxa Postali

DE-062-07

13 13 018 027

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Subdiviżjoni

DE-062-10

13 13 018 020

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Pajjiż

DE-062-11

13 13 018 021

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Kodiċi postali

DE-062-08

13 13 018 022

Parti li trid tiġi nnotifikata, Indirizz, Belt

DE-062-09

13 13 029 015

Parti li trid tiġi nnotifikata, Komunikazzjoni, Identifikatur

DE-062-12

13 13 029 002

Parti li trid tiġi nnotifikata, Komunikazzjoni, Tip

DE-062-13

13 14 031 000

Attur addizzjonali fil-katina tal-provvista, Rwol

DE-057-01

13 14 017 000

Attur addizzjonali fil-katina tal-provvista, Numru ta’ identifikazzjoni

DE-057-02

15 03 000 000

Data u ħin stmati tal-wasla  (1)

DE-022-03

16 05 020 000

Post tal-konsenja, Pajjiż

DE-047-08

16 05 037 000

Post tal-konsenja, Post

DE-047-09

16 13 036 000

Post tat-tagħbija, UN/LOCODE

DE-047-01

16 13 020 000

Post tat-tagħbija, Pajjiż

DE-047-02

16 13 037 000

Post tat-tagħbija, Post

DE-047-03

16 14 036 000

Post tal-ħatt, UN/LOCODE

DE-047-04

16 14 020 000

Post tal-ħatt, Pajjiż

DE-047-05

16 14 037 000

Post tal-ħatt, Post

DE-047-06

16 16 037 000

Post ta’ aċċettazzjoni, Post

DE-047-11

18 03 000 000

Massa grossa totali

DE-047-16

18 04 000 000

Massa grossa

DE-048-03

18 05 000 000

Deskrizzjoni tal-merkanzija

DE-048-04

18 06 003 000

Imballaġġ, Tip ta’ pakketti

DE-048-10

18 06 004 000

Imballaġġ, Numru ta’ pakketti

DE-048-09

18 06 054 000

Imballaġġ, Marki tat-Tbaħħir

DE-048-08

18 07 055 000

Merkanzija perikoluża, Numru tan-NU

DE-049-03

18 08 000 000

Kodiċi CUS

DE-048-07

18 09 056 000

Kodiċi tal-komodità, Kodiċi tas-subintestatura tas-Sistema Armonizzata

DE-048-05

18 09 057 000

Kodiċi tal-komodità, Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

DE-048-06

19 01 000 000

Indikatur tal-kontejner

DE-047-15

19 03 000 000

Mezz tat-trasport fil-fruntiera

DE-014-03

19 07 063 000

Tagħmir tat-trasport, Numru ta’ identifikazzjoni tal-kontejner

DE-051-01

19 07 064 000

Tagħmir tat-trasport, Daqs tal-kontejner u identifikazzjoni tat-tip

DE-051-13

19 07 065 000

Tagħmir tat-trasport, Status tal-ippakkjar tal-kontejner

DE-051-03

19 08 017 000

Mezzi attivi tat-trasport fuq il-fruntiera, Numru ta’ identifikazzjoni

DE-005-03

19 08 067 000

Mezzi attivi tat-trasport fuq il-fruntiera, Tip ta’ mezz tat-trasport

DE-005-16

19 09 017 000

Mezzi passivi tat-trasport fuq il-fruntiera, Numru ta’ identifikazzjoni

DE-065-04

19 09 067 000

Mezzi passivi tat-trasport fuq il-fruntiera, Tip ta’ mezz tat-trasport

DE-048-11

19 10 068 000

Siġill, Numru ta’ siġilli

DE-051-04

19 10 015 000

Siġill, Identifikatur

DE-051-05


(1)  Tista’ terġa’ tintuża biss għan-notifika tal-wasla (l-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013).