European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1213

28.11.2023

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(C/2023/1213)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

Dunántúli / Dunántúl

PGI-HU-A1351-AM03

Data tal-applikazzjoni: 20.5.2020

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Il-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Etyek-Buda

Il-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Etyek-Buda (Etyek-Budai Borvidék Hegyközségi Tanácsa), li qiegħed jissottometti l-applikazzjoni għal emenda, issottometta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-IĠP Dunántúl.

Il-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun ta’ Etyek-Buda qiegħed jirrappreżenta l-komunitajiet tal-inbid u l-kunsilli tal-komunitajiet tal-inbid li ġejjin, li appoġġaw it-talba għal emenda b’mod unanimu: Badacsonyi Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Badacsony); Balatonboglári Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Balatonboglár); Balatonfelvidéki Hegyközségi Tanács (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tal-Balatonfelvidék); Balatonfüred-Csopaki Borvidék Hegyközségi Tanács (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Balatonfüred-Csopak); Etyek-Budai Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Etyek-Buda); Móri Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Mór); Nagy-Somlói Borvidék Hegyközsége (il-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Nagy-Somló); Neszmélyi Borvidék Hegyközségi Tanács (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Neszmély); Pannonhalmi Borvidék Hegyközsége (il-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Pannonhalma); Pécsi Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Pécs); Pécsi Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Pécs); Hegyközségi Tanács Szekszárd (il-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid ta’ Szekszárd); Tolnai Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Tolna); Villányi Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Villány); Zalai Borvidék Hegyközségi Tanácsa (il-Kunsill Reġjonali tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Zala).

2.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i

☐

Isem il-prodott

☒

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

☒

Rabta

☐

Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

3.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

Inklużjoni tal-kategorija tal-prodott ta’ inbid semifrizzanti bil-gass (Dokument Uniku, it-taqsima 3: Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli)

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tippermetti t-tqegħid fis-suq tal-prodott skont il-kategorija tal-prodott għall-IĠP Dunántúl / Dunántúli wkoll.

Il-fabbriki tal-inbid bdew jagħmlu l-inbid semifizzanti bil-gass fiż-żona demarkata għexieren ta’ snin ilu. Maż-żmien, il-konsumaturi bdew jassoċjaw mill-qrib lil dan l-inbid mar-reġjun Dunántúl (Transdanubia), u l-kwalità eċċezzjonali tiegħu kisbitlu reputazzjoni u rikonoxximent speċjali. Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura żvilupp ulterjuri tar-reputazzjoni tal-prodott, u li tarmonizza l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-fabbriki tal-inbid fiż-żona demarkata. Fi snin reċenti, id-domanda tas-suq inbidlet dejjem aktar għall-inbid frizzanti bil-gass.

Intestaturi affettwati:

Intestatura II

:

Deskrizzjoni tal-inbejjed (Dokument Uniku, punt 4: Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Intestatura III

:

Prattiki enoloġiċi speċifiċi (Dokument Uniku, il-punt 5.1.2.: Prattiki enoloġiċi obbligatorji; il-punt 5.2.: Rendimenti massimi)

Intestatura V

:

Rendiment massimu (Dokument Uniku, il-punt 5.2: Rendimenti massimi)

Intestatura VI

:

Varjetajiet ta’ dwieli permessi (Dokument Uniku, il-punt 7: Varjetà tad-dielja prinċipali (varjetajiet))

Intestatura VII

:

Rabta maż-żona ġeografika (Dokument Uniku, punt 8.2: Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Intestatura VIII

:

Rekwiżiti oħra (Dokument Uniku, punt 9: Rekwiżiti oħra essenzjali (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali).

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Dunántúli/ Dunántúl

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

9.

Inbid semifrizzanti bil-gass

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid – abjad

Inbejjed bojod ħfief, li jvarjaw fil-kulur minn isfar ħadrani għal isfar dehbi, b’aroma ta’ intensità medja u aċidi bbilanċjati.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid – aħmar

L-inbejjed ħomor ivarjaw fil-kulur minn aħmar krimżi għal aħmar rubin, u għandhom aroma ta’ frott, livell medju ta’ tannini, u aċidi armonjużi bbilanċjati.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid – rożè

L-inbejjed rożè jvarjaw fil-kulur minn lewn is-salamun għal aħmar ċar, b’aroma ta’ intensità medja u aċidi bbilanċjati.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid semifrizzanti bil-gass — abjad

Dawn l-inbejjed ivarjaw minn abjad jagħti fl-aħdar għal isfar dehbi. Dawn għandhom riħa ta’ frott, prinċipalment ta’ frott taċ-ċitru, lanġas u tuffieħ aħdar. Dawn huma nbejjed ħfief b’togħma ħafifa, minbarra aċidi friski. It-togħmiet u l-aromi tal-inbid huma mtejba mid-diossidu tal-karbonju maħlul miżjud mal-inbid.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid semifrizzanti bil-gass — rożè

L-inbejjed jistgħu jvarjaw minn lewn il-qoxra tal-basal ċara għal aħmar ċar. Għandhom riħa ta’ frott (l-iżjed taċ-ċirasa u tal-frawli), u karattru vivaċi u frisk. It-togħmiet u l-aromi tal-inbid huma mtejba mid-diossidu tal-karbonju maħlul miżjud mal-inbid.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid semifrizzanti bil-gass — aħmar

L-inbejjed jistgħu jvarjaw minn lewn il-qoxra tal-basal ċara għal aħmar ċar. Għandhom riħa ta’ frott (l-iżjed tal-għanbaqar, taċ-ċirasa u taċ-ċirasa qarsa), u karattru vivaċi u frisk. It-togħmiet u l-aromi tal-inbid huma mtejba mid-diossidu tal-karbonju maħlul miżjud mal-inbid.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Regoli dwar il-metodu ta’ tħarriġ tad-dwieli

Prattika ta’ tħarriġ tad-dwieli

Fil-każ ta’ vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: tħarriġ umbrella, Moser, Sylvos, b’zokk wieħed baxx, medju-għoli u għoli, Guyot, forma ta’ purtiera waħda, bil-kuruna, gobelet u Lyra

Densità tat-tħawwil: minimu ta’ 3 300 dielja għal kull ettaru.

Fil-każ ta’ vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, jistgħu jintużaw vinji li jużaw kwalunkwe metodu approvat minn qabel ta’ kultivazzjoni u densità tat-tħawwil dment li l-vinja tkun qed tintuża.

Kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb espress bħala l-qawwa alkoħolika naturali u l-grad tal-most Ungeriż (MM)

Prattika ta’ tħarriġ tad-dwieli

Fil-każ ta’ nbid u nbid semifrizzanti bil-gass: 8 % vol, 13,4 MM

Metodu u data tal-ħsad

Prattika ta’ tħarriġ tad-dwieli

Metodu ta’ ħsad: huma permessi kemm il-ħsad manwali kif ukoll dak mekkaniku

Iffissar tad-data tal-ħsad: L-iktar data kmieni tal-ħsad hija l-1 ta’ Awwissu kull sena.

Prattiki enoloġiċi mhux permessi

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb użat biex jiġi prodott l-inbid Dunántúli / Dunántúl jiġi pproċessat skont il-metodi ta’ pproċessar ġenerali. Il-prattiki enoloġiċi elenkati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (2), it-Tabella 2, ir-ringieli 11.1 u 11.3, ma humiex permessi.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Inbejjed u nbejjed semifrizzanti bil-gass

160 hl/ha

Inbejjed u nbejjed semifrizzanti bil-gass – ħsad manwali

22 700 kg għeneb għal kull ettaru

Inbejjed u nbejjed semifrizzanti bil-gass – ħsad mekkaniku

21 700 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona lejn il-lemin tal-fergħa prinċipali tax-Xmara Danubju fil-Kontej Baranya, Budapest u Pest, u ż-żoni tal-Kontej Fejér, Győr-Moson-Sopron, Komárom-Esztergom, Somogy, Tolna, Vas, Veszprém u Zala li huma kklassifikati bħal Klassi I u II tal-katast tar-reġjuni li jipproduċu l-inbid.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

aletta

 

alibernet

 

alicante boushet

 

bacchus

 

bianca

 

blauburger

 

blauer frühburgunder

 

blauer silvaner

 

budai - budai zöld

 

budai - zöld budai

 

budai - zöldfehér

 

budai - zöldszőlő

 

bíbor kadarka

 

cabernet franc - cabernet

 

cabernet franc - carbonet

 

cabernet franc - carmenet

 

cabernet franc - gros cabernet

 

cabernet franc - gros vidur

 

cabernet franc - kaberne fran

 

cabernet sauvignon

 

chardonnay - chardonnay blanc

 

chardonnay - kereklevelű

 

chardonnay - morillon blanc

 

chardonnay - ronci bilé

 

chasselas - chasselas blanc

 

chasselas - chasselas dorato

 

chasselas - chasselas doré

 

chasselas - chrupka belia

 

chasselas - fehér fábiánszőlő

 

chasselas - fehér gyöngyszőlő

 

chasselas - fendant blanc

 

chasselas - saszla belaja

 

chasselas - weisser gutedel

 

csabagyöngye - pearl of csaba

 

csabagyöngye - perla czabanska

 

csabagyöngye - perla di csaba

 

csabagyöngye - perle di csaba

 

csabagyöngye - perle von csaba

 

csabagyöngye - vengerskii muskatnii rannüj

 

csabagyöngye - zsemcsug szaba

 

cserszegi fűszeres

 

csomorika - csomor

 

csomorika - gyüdi fehér

 

csomorika - szederkényi fehér

 

csókaszőlő

 

domina

 

dornfelder

 

ezerfürtű

 

ezerjó - kolmreifler

 

ezerjó - korponai

 

ezerjó - szadocsina

 

ezerjó - tausendachtgute

 

ezerjó - tausendgute

 

ezerjó - trummertraube

 

furmint - furmint bianco

 

furmint - moslavac bijeli

 

furmint - mosler

 

furmint - posipel

 

furmint - som

 

furmint - szigeti

 

furmint - zapfner

 

generosa

 

hamburgi muskotály - miszket hamburgszki

 

hamburgi muskotály - moscato d’Amburgo

 

hamburgi muskotály - muscat de hambourg

 

hamburgi muskotály - muscat de hamburg

 

hamburgi muskotály - muszkat gamburgszkij

 

hárslevelű - feuilles de tilleul

 

hárslevelű - garszleveljü

 

hárslevelű - lindeblättrige

 

hárslevelű - lipovina

 

irsai olivér - irsai

 

irsai olivér - muskat olivér

 

irsai olivér - zolotis

 

irsai olivér - zolotisztüj rannüj

 

juhfark - fehérboros

 

juhfark - lämmerschwantz

 

juhfark - mohácsi

 

juhfark - tarpai

 

kadarka - csetereska

 

kadarka - fekete budai

 

kadarka - gamza

 

kadarka - jenei fekete

 

kadarka - kadar

 

kadarka - kadarka negra

 

kadarka - negru moale

 

kadarka - szkadarka

 

kadarka - törökszőlő

 

karát

 

királyleányka - dánosi leányka

 

királyleányka - erdei sárga

 

királyleányka - feteasca regale

 

királyleányka - galbena de ardeal

 

királyleányka - königliche mädchentraube

 

királyleányka - königstochter

 

királyleányka - little princess

 

korai piros veltelini - crvena babovina

 

korai piros veltelini - eper szőlő

 

korai piros veltelini - frühroter velteliner

 

korai piros veltelini - kis veltelini

 

korai piros veltelini - malvasia rossa

 

korai piros veltelini - piros malvazia

 

korai piros veltelini - velteliner rouge précoce

 

korai piros veltelini - veltlinske cervené skoré

 

korona

 

kék bakator

 

kékfrankos - blauer lemberger

 

kékfrankos - blauer limberger

 

kékfrankos - blaufränkisch

 

kékfrankos - limberger

 

kékfrankos - moravka

 

kéknyelű - blaustängler

 

kékoportó - blauer portugieser

 

kékoportó - modry portugal

 

kékoportó - portugais bleu

 

kékoportó - portugalske modré

 

kékoportó - portugizer

 

kövidinka - a dinka crvena

 

kövidinka - a dinka mala

 

kövidinka - a dinka rossa

 

kövidinka - a kamena dinka

 

kövidinka - a ruzsica

 

kövidinka - steinschiller

 

kövérszőlő - grasa

 

kövérszőlő - grasa de cotnari

 

leányka - dievcenske hrozno

 

leányka - feteasca alba

 

leányka - leányszőlő

 

leányka - mädchentraube

 

menoire

 

merlot

 

nektár

 

nero

 

olasz rizling - grasevina

 

olasz rizling - nemes rizling

 

olasz rizling - olaszrizling

 

olasz rizling - riesling italien

 

olasz rizling - risling vlassky

 

olasz rizling - taljanska grasevina

 

olasz rizling - welschriesling

 

ottonel muskotály - miszket otonel

 

ottonel muskotály - muscat ottonel

 

ottonel muskotály - muskat ottonel

 

pinot blanc - fehér burgundi

 

pinot blanc - pinot beluj

 

pinot blanc - pinot bianco

 

pinot blanc - weissburgunder

 

pinot noir - blauer burgunder

 

pinot noir - kisburgundi kék

 

pinot noir - kék burgundi

 

pinot noir - kék rulandi

 

pinot noir - pignula

 

pinot noir - pino csernüj

 

pinot noir - pinot cernii

 

pinot noir - pinot nero

 

pinot noir - pinot tinto

 

pinot noir - rulandski modre

 

pinot noir - savagnin noir

 

pinot noir - spätburgunder

 

pintes

 

piros bakator - bakar rózsa

 

piros bakator - bakator rouge

 

piros bakator - bakatortraube

 

piros veltelini - nagyságos

 

piros veltelíni - fleischtraube

 

piros veltelíni - somszőlő

 

piros veltelíni - velteliner rouge

 

piros veltelíni - veltlinské cervené

 

piros veltelíni - veltlinszki rozovij

 

pátria

 

pölöskei muskotály

 

rajnai rizling - johannisberger

 

rajnai rizling - rheinriesling

 

rajnai rizling - rhine riesling

 

rajnai rizling - riesling

 

rajnai rizling - riesling blanc

 

rajnai rizling - weisser riesling

 

rizlingszilváni - müller thurgau

 

rizlingszilváni - müller thurgau bijeli

 

rizlingszilváni - müller thurgau blanc

 

rizlingszilváni - rivaner

 

rizlingszilváni - rizvanac

 

rozália

 

rubintos

 

rózsakő

 

sagrantino

 

sauvignon - sauvignon bianco

 

sauvignon - sauvignon bijeli

 

sauvignon - sauvignon blanc

 

sauvignon - sovinjon

 

semillon - petit semillon

 

semillon - semillon bianco

 

semillon - semillon blanc

 

semillon - semillon weisser

 

syrah - blauer syrah

 

syrah - marsanne noir

 

syrah - serine noir

 

syrah - shiraz

 

syrah - sirac

 

szürkebarát - auvergans gris

 

szürkebarát - grauburgunder

 

szürkebarát - graumönch

 

szürkebarát - pinot grigio

 

szürkebarát - pinot gris

 

szürkebarát - ruländer

 

sárfehér

 

sárga muskotály - moscato bianco

 

sárga muskotály - muscat blanc

 

sárga muskotály - muscat bélüj

 

sárga muskotály - muscat de frontignan

 

sárga muskotály - muscat de lunel

 

sárga muskotály - muscat lunel

 

sárga muskotály - muscat sylvaner

 

sárga muskotály - muscat zlty

 

sárga muskotály - muskat weisser

 

sárga muskotály - weiler

 

sárga muskotály - weisser

 

tannat

 

tramini - gewürtztraminer

 

tramini - roter traminer

 

tramini - savagnin rose

 

tramini - tramin cervené

 

tramini - traminer

 

tramini - traminer rosso

 

turán

 

viktória gyöngye

 

viognier

 

vulcanus

 

zalagyöngye

 

zefír

 

zengő

 

zenit

 

zeus

 

zweigelt - blauer zweigeltrebe

 

zweigelt - rotburger

 

zweigelt - zweigeltrebe

 

zöld szagos - decsi szagos

 

zöld szagos - zöld muskotály

 

zöld szilváni - grüner sylvaner

 

zöld szilváni - silvanec zeleni

 

zöld szilváni - sylvánske zelené

 

zöld veltelíni - grüner muskateller

 

zöld veltelíni - grüner veltliner

 

zöld veltelíni - veltlinské zelené

 

zöld veltelíni - zöldveltelíni

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Deskrizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni demarkata għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Dunántúli / Dunántúl tinkludi r-reġjun Transdanubia tal-Ungerija (bl-Ungeriż Dunántúl). Żewġ fatturi jżidu karattru sub-Mediterranju mal-klima kontinentali tar-reġjun: mill-Punent, il-flussi tal-arja jwasslu arja friska u umduża minn fuq l-oċean u l-muntanji, u min-Nofsinhar, l-arja tal-Mediterran twassal arja xotta u sħuna mill-Baħar Mediterran għal Transdanubia. Minħabba f'hekk, is-sajf huwa aktar umduż u inqas sħun milli fir-reġjun tal-Mediterran, filwaqt li l-ħarifa tkun aktar xemxija u xotta minn f’reġjuni oħra bi klima kontinentali.

It-temperatura medja annwali hija ta’ 9-11 °C, u jkun hemm madwar 1 900 siegħa ta’ xemx fis-sena. L-ammont annwali ta’ xita jvarja bejn 600 u 800 mm. Il-pajsaġġ ta’ Transdanubia huwa karatterizzat minn għoljiet u sriebet ta’ muntanji medji u għoljin. Karatteristika importanti ta’ dan il-pajsaġġ hija li hemm xmajriet, xmajjar, u xi ftit lagi viċin tal-maġġoranza tal-insedjamenti. Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni demarkata hija ħamrija tal-foresta kannella tat-tip Rhamann b’illuvjazzjoni tat-tafal.

Deskrizzjoni tal-inbejjed

It-tipi kollha tal-inbejjed Dunántúli / Dunántúl huma karatterizzati minn aroma diskreta ta’ intensità medja, aċidi bbilanċjati, u huma ħfief u friski.

Il-vitikultura wkoll kellha rwol ewlieni fil-ħajja tal-ewwel abitanti Ungeriżi fi Transdanubia u kienet sors prinċipali ta’ introjtu għall-abitanti lokali: bħala prodott ta’ esportazzjoni importanti, l-inbid kien ittrasportat fi kwantitajiet kbar lejn pajjiżi ġirien.

Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Minħabba l-flussi tal-arja mill-Punent li jinfluwenzaw il-klima ta’ Transdanubia, hemm biżżejjed xita anke fil-perjodu tas-sajf, u għalhekk l-għadd ta’ jiem niexfa huwa relattivament baxx meta mqabbel ma’ reġjuni kontinentali oħra fuq l-istess latitudni. Bis-saħħa tal-kapaċità ta’ żamma tal-ilma tal-ħamrija tal-foresta kannella, id-dwieli għandhom provvista suffiċjenti ta’ ilma, anke fis-sħana tas-sajf.

B’mod tipiku, il-produtturi taż-żona tal-produzzjoni jħawlu l-varjetajiet ta’ għeneb karatteristiċi, medji tardivi (eż. Kadarka, Kékoportó) u ta’ tisjir tardiv (eż. Olaszrizling, Kékfrankos, Szürkebarát) tal-IĠP Dunántúli / Dunántúl fuq l-inklinazzjonijiet li jħarsu lejn in-Nofsinhar, ix-Xlokk u l-Lbiċ. Ir-raġġi tax-xemx li jiġu riflessi mill-wiċċ tal-ilma tax-xmajriet, tax-xmajjar jew tal-lagi fuq l-għoljiet il-baxxi ta’ dawn l-inklinazzjonijiet jgħinu biex l-għeneb isir fil-ħarifa twila u xemxija li hija attribwibbli għall-antiċikluni Mediterranji, li jagħti lill-inbejjed Dunántúli / Dunántúl l-aċidità bbilanċjata u matura, kif ukoll ir-rikkezza tat-togħma tagħhom, u lill-inbejjed rożè u ħomor it-tannini bellusin u eleganti.

8.2.   Inbid semifrizzanti bil-gass

Deskrizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni demarkata għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Dunántúli / Dunántúl tinkludi r-reġjun Transdanubia tal-Ungerija (bl-Ungeriż Dunántúl). Żewġ fatturi jżidu karattru sub-Mediterranju mal-klima kontinentali tar-reġjun: mill-Punent, il-flussi tal-arja jwasslu arja friska u umduża minn fuq l-oċean u l-muntanji, u min-Nofsinhar, l-arja tal-Mediterran twassal arja xotta u sħuna mill-Baħar Mediterran għal Transdanubia. Minħabba f'hekk, is-sajf huwa aktar umduż u inqas sħun milli fir-reġjun tal-Mediterran, filwaqt li l-ħarifa tkun aktar xemxija u xotta minn f’reġjuni oħra bi klima kontinentali.

It-temperatura medja annwali hija ta’ 9-11 °C, u jkun hemm madwar 1 900 siegħa ta’ xemx fis-sena. L-ammont annwali ta’ xita jvarja bejn 600 u 800 mm. Il-pajsaġġ ta’ Transdanubia huwa karatterizzat minn għoljiet u sriebet ta’ muntanji medji u għoljin. Karatteristika importanti ta’ dan il-pajsaġġ hija li hemm xmajriet, xmajjar, u xi ftit lagi viċin tal-maġġoranza tal-insedjamenti. Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni demarkata hija ħamrija tal-foresta kannella tat-tip Rhamann b’illuvjazzjoni tat-tafal.

Deskrizzjoni tal-inbejjed

Karatteristika speċifika tal-inbejjed semifrizzanti bil-gass hija li d-diossidu tal-karbonju miżjud jagħmel l-inbejjed ħfief u l-aċidi friski aktar intensi fi kwalunkwe lott partikolari, li jtejjeb is-sensazzjoni friska u armonjuża ta’ frott.

L-inbejjed semifrizzanti bil-gass Dunántúli / Dunántúl għandhom livell ta’ aċidità armonjuż tal-inqas medju, u freskezza, b’noti li jfakkru fil-frott taċ-ċitru, fit-tuffieħ u anke fil-lanġas frisk.

Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Il-klima tar-reġjun ta’ Transdanubia huwa adatt għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod ħfief u friski, inbejjed rożè rikki u nbejjed ħomor ħfief, li jiffurmaw bażi eċċellenti għall-produzzjoni ta’ nbejjed semifrizzanti bil-gass.

Billi mmonitorjaw b’mod kontinwu id-domanda tas-suq u grazzi għall-avvanzi fit-teknoloġija kompetittiva, il-fabbriki tal-inbid bdew jagħmlu nbid semifrizzanti bil-gass fiż-żona demarkata bosta deċennji ilu. Matul iż-żmien, il-konsumaturi bdew jassoċjaw mill-qrib lil dan l-inbid mar-reġjun ta’ Transdanubia, u l-kwalità eċċezzjonali tiegħu kisbitlu reputazzjoni u rikonoxximent speċjali.

Kif huwa spjegat fil-każ tal-inbejjed, minħabba l-flussi tal-arja mill-Punent li jinfluwenzaw il-klima ta’ Transdanubia, hemm ammont suffiċjenti ta’ xita anke fil-perjodu tas-sajf, u l-għadd ta’ jiem niexfa huwa relattivament baxx meta mqabbel ma’ reġjuni kontinentali oħra fuq l-istess latitudni. Bis-saħħa tal-kapaċità tat-tipi ta’ ħamrija forestali kannella li jżommu l-ilma, id-dwieli għandhom provvista suffiċjenti ta’ ilma anke fis-sħana tas-sajf. Dan il-fenomenu naturali jiżgura li l-varjetajiet ta’ dwieli mkabbra f’din iż-żona għandhom kompożizzjoni ta’ aċidu delikata u armonjuża u jżommu l-aromi ta’ frott primarji tagħhom. Il-freskezza u t-togħma ta’ frott karatteristiċi tal-inbejjed semifrizzanti bil-gass Dunántúli / Dunántúl huma dovuti għal dan il-fenomenu naturali partikolari u għall-varjetajiet ta’ dwieli mkabbra hemm.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Regoli dwar id-denominazzjoni tal-protezzjoni tal-kategorija ta’ oriġini

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Regoli dwar l-indikazzjonijiet:

L-espressjoni “oltalom alatt álló földrajzi jelzés” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] tista’ tiġi sostitwita bl-espressjoni tradizzjonali “tájbor” [inbid lokali].

It-traduzzjoni bl-Ingliż “Transdanubia” tista’ tidher fl-istess kamp viżiv bħall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Dunántúli / Dunántúl.

Regoli dwar l-espressjonijiet li jistgħu jiġu indikati

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Inbid – abjad:

—

“Vendemmja verġni” jew “első szüret” [l-ewwel ħsad]

—

“Muskotály” [Muscat]

—

“Cuvée” jew “küvé”

—

“Szűretlen” [Mhux iffiltrat]

—

“Primőr” [Primeur] jew “Újbor” [Inbid ġdid]:

—

“barrique”, jew “barrique-ban erjesztett” [iffermentat fil-barrique], jew “...hordóban erjesztett” [... iffermentat fil-bettija], jew “barrique-ban érlelt” [imqaddem fil-barrique] jew “...hordóban érlelt” [imqaddem fil-bettija]

 

Inbid – rożè:

—

“Vendemmja verġni” jew “első szüret” [l-ewwel ħsad]

—

“Cuvée” jew “küvé”

—

“Szűretlen” [Mhux iffiltrat]

—

“Primőr” [Primeur] jew “Újbor” [Inbid ġdid]:

 

Inbid – aħmar:

—

“Siller”

—

“Vendemmja verġni” jew “első szüret” [l-ewwel ħsad]

—

“Cuvée” jew “küvé”

—

“Szűretlen” [Mhux iffiltrat]

—

“Primőr” [Primeur] jew “Újbor” [Inbid ġdid]:

—

“barrique”, jew “barrique-ban erjesztett” [iffermentat fil-barrique], jew “...hordóban erjesztett” [... iffermentat fil-bettija], jew “barrique-ban érlelt” [imqaddem fil-barrique] jew “...hordóban érlelt” [imqaddem fil-bettija]

 

Inbid semifrizzanti bil-gass - abjad:

—

“Vendemmja verġni” jew “első szüret” [l-ewwel ħsad]

—

“Muskotály” [Muscat]

—

“Cuvée” jew “küvé”

—

“Primőr” [Primeur] jew “Újbor” [Inbid ġdid]:

 

Inbid semifrizzanti bil-gass – rożè:

—

“Vendemmja verġni” jew “első szüret” [l-ewwel ħsad]

—

“Cuvée” jew “küvé”

—

“Primőr” [Primeur] jew “Újbor” [Inbid ġdid]:

 

Inbid semifrizzanti bil-gass – aħmar:

—

“Vendemmja verġni” jew “első szüret” [l-ewwel ħsad]

—

“Cuvée” jew “küvé”

—

“Primőr” [Primeur] jew “Újbor” [Inbid ġdid]:

Regoli dwar l-espressjoni “muskotály”

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Bħala espressjoni ristretta, “muskotály” tista’ tidher biss fuq it-tikkettar tal-inbejjed bil-kompożizzjoni varjetali li ġejja:

i)

mill-inqas 85 % (eskluża l-kwantità ta’ prodotti użati għat-taħlil) irid ikun Csabagyöngye, Hamburgi muskotály, Mátrai muskotály, Cserszegi fűszeres, Irsai Olivér, Nektár, Ottonel muskotály, Pölöskei muskotály, Sárga muskotály, jew Zefír;

ii)

sa 15 % irid ikun Bacchus, Piros Bakator, Bianca, Blauer Silvaner, Budai, Chardonnay, Chasselas, Csomorika, Ezerfürtű, Ezerjó, Furmint, Generosa, Hárslevelű, Juhfark, Karát, Kéknyelű, Királyleányka, Korai piros veltelíni, Korona, Kövérszőlő, Kövidinka, Leányka, Olasz rizling, Pátria, Pinot blanc, Pintes, Piros veltelíni, Rajnai rizling, Rizlingszilváni, Rozália, Rózsakő, Sárfehér, Sauvignon, Semillon, Szürkebarát, Tramini, Viktória gyöngye, Vulcanus, Zala gyöngye, Zengő, Zenit, Zeus, Zöld veltelíni, Zöld szagos, Zöld szilváni, jew Viognier.

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata:

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Il-prodotti tal-inbid Dunántúli / Dunántúl jistgħu jiġu prodotti biss fiż-żona demarkata jew, minħabba tradizzjonijiet storiċi, u f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/33, l-Artikolu 5(1a), fil-muniċipalitajiet li ġejjin ta’ żewġ kontej li jinsabu fil-viċinanza taż-żona demarkata:

—

Il-Kontea ta’ Bács-Kiskun:

Akasztó, Apostag, Ágasegyháza, Baja, Ballószög, Balotaszállás, Bácsalmás, Bácsszőlős, Bátmonostor, Bócsa, Borota, Bugac, Császártöltés, Csátalja, Csávoly, Csengőd, Csikéria, Csólyospálos, Dávod, Dunapataj, Dunavecse, Dusnok, Érsekcsanád, Érsekhalma, Felsőlajos, Fülöpháza, Fülöpjakab, Fülöpszállás, Hajós, Harkakötöny, Harta, Helvécia, Imrehegy, Izsák, Jakabszállás, Jánoshalma, Jászszentlászló, Kaskantyú, Kecel, Kecskemét, Kelebia, Kéleshalom, Kerekegyháza, Kiskőrös, Kiskunfélegyháza, Kiskunhalas, Kiskunmajsa, Kisszállás, Kunbaja, Kunbaracs, Kunfehértó, Kunszállás, Kunszentmiklós, Ladánybene, Lajosmizse, Lakitelek, Mélykút, Móricgát, Nagybaracska, Nemesnádudvar, Nyárlőrinc, Orgovány, Páhi, Pirtó, Rém, Solt, Soltszentimre, Soltvadkert, Sükösd, Szabadszállás, Szank, Szentkirály, Tabdi, Tázlár, Tiszaalpár, Tiszakécske, Tiszazug, Tompa, Vaskút, Zsana.

u

—

Il-Kontea ta’ Pest:

Abony, Albertirsa, Budapest-Rákosliget, Cegléd, Ceglédbercel, Csemő, Dány, Dömsöd, Gomba, Hernád, Inárcs, Kakucs, Kerepes, Kisnémedi, Kocsér, Kóka, Mogyoród, Monor, Monori erdő, Nagykőrös, Nyársapát, Ócsa, Őrbottyán, Örkény, Pilis, Ráckeve, Szada, Szigetcsép, Szigetszentmárton, Szigetújfalu, Tápiószele, Tápiószentmárton, Tóalmás, Tököl, Újlengyel, Vác, Vácegres, Vácrátót, Veresegyház,

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/download/4/4c/e2000/DUNANTUL_OFJ_termekleiras%20v3_boraszat_220405.pdf


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1213/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)