|
8.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 163/15 |
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi
(2018/C 163/02)
SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR U L-ESPLORAZZJONI TA' DEPOŻITI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS NATURALI U L-ESTRAZZJONI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS NATURALI FIŻ-ŻONA “SUCHA BESKIDZKA - WIŚNIOWA”.
TAQSIMA I: BAŻI LEGALI
|
1. |
L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni (Dziennik Ustaw (Il-Ġurnal tal-Liġijiet) 2017, il-punt 2126) |
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u l-konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171) |
|
3. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262) |
TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI
Isem: Ministerstwo Środowiska
Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warszawa, Poland
Tel. +48 22 3692449, +48 22 3692447; Faks: +48 22 3692460
Sit web: www.mos.gov.pl
TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
(1) It-tip ta' attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata
Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Sucha Beskidzka - Wiśniowa”, partijiet mill-blokok tal-konċessjoni Nri 412, 413, 432 u 433.
(2) Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu
Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:
|
Punt Nru |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
|
1 |
237 088,562 |
543 233,918 |
|
2 |
230 254,640 |
543 416,610 |
|
3 |
218 462,260 |
543 731,870 |
|
4 |
218 661,710 |
552 238,180 |
|
5 |
219 634,170 |
553 786,280 |
|
6 |
218 677,070 |
553 795,860 |
|
7 |
218 918,270 |
574 085,440 |
|
8 |
221 028,900 |
577 051,280 |
|
9 |
221 144,840 |
580 743,360 |
|
10 |
219 005,580 |
580 176,250 |
|
11 |
199 583,780 |
580 168,790 |
|
12 |
200 075,620 |
536 193,520 |
|
13 |
237 064,531 |
535 946,928 |
L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din is-sejħa hija ta' 981,67 km2.
Iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti tinsab fil-Provinċja ta' Małopolskie f'li ġejjin:
|
— |
il-muniċipalitajiet: Czernichów, Mszana Dolna, Pcim, Lubień, Raciechowice, Tokarnia, Wiśniowa, Jordanów, Bystra-Sidzina, Budzów, Zawoja, Stryszawa, Zembrzyce, Brzeźnica, Stryszów, Mucharz, Lanckorona, Spytkowice, Tomice, |
|
— |
il-bliet u l-muniċipalitajiet: Dobczyce, Myślenice, Sułkowice, Rabka-Zdrój, Maków Podhalański, Wadowice, Kalwaria Zebrzydowska, |
|
— |
il-bliet: Mszana Dolna, Jordanów, Sucha Beskidzka. |
L-għan tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu fil-formazzjonijiet Kambrijani, Devonjani, Karboniferi, Ġurassiċi, Kretaċej, Palaeoġeni u Mioċeni awtoktoni huwa d-dokumentazzjoni u l-estrattazzjoni taż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.
(3) Il-limitu ta' żmien, mhux anqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għas-sottomissjoni tal-offerti
L-offerti għandhom jiġu ppreżentati fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard mill-16:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 91 jum li jibda fil-jum ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(4) L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inklużi l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 huma ssodisfati
L-offerti jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta' proċedura ta' kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, indipendentement, jew bħala l-operatur jekk bosta entitajiet qed japplikaw b'mod konġunt għall-konċessjoni.
L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
30 % |
— |
il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta ma', rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi se jitwettqu, u b'mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta' finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern; |
|
25 % |
— |
il-kapaċitajiet tekniċi għal, rispettivament, il-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u b'mod partikolari d-disponibilità ta' potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani; |
|
20 % |
— |
l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni proposti; |
|
10 % |
— |
l-esperjenza fil-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta' operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent; |
|
10 % |
— |
it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni, bl-użu ta' elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett; |
|
5 % |
— |
l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta' kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi kampjuni għat-tħaffir. |
Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.
(5) L-ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika
|
Dejta ta' konċessjoni |
l-isem taż-żona: Sucha Beskidzka - Wiśniowa post: fuq l-art; il-blokok ta' konċessjoni 412, 413, 432 u 433 |
|
Tip ta' depożitu |
depożiti taż-żejt u tal-gass naturali konvenzjonali |
|
Livelli strutturali |
oroġen Karpazjan, blataforma Ewropea tal-Punent |
|
Sistemi tal-petroleum |
I – sistema tal-petroleum tas-sodda ta' blat Paleożojka-Mesożojka II – sistema tal-petroleum żviluppata fin-nappes Karpazji; III – sistema tal-petroleum Mijoċenika awtoktona tal-Avanfossa Karpazja; |
|
Blat tas-sors |
I – karbonat u blat klastiku Karboniferi Inferjuri, blat Karboniferu Inferjuri (Karboniferu Produttiv f'serje paralika u limnika), (?) blat sedimentarju siliċiklastiku ta' grana fina u blat sedimentarju siliċiklastiku tafli Ġurassiċi Medji; II – skist Cieszyn, Wierzowice, Grodzisk u Lgota Kretaċej Inferjuri, skist menilit Oliġoċen; III – blat klastiku Karpazjan u Badenjan Inferjuri ta' grana fina |
|
Blat tar-riżerva naturali |
I - blat sedimentarju gres Kambrijan franka Devonjana Inferjuri u Dolomiti; Devonjan Superjuri u Karboniferu Inferjuri franka u Dolomiti; klastiċi Karboniferi produttivi; franka Ġurassika Superjuri II – Flysch tal-Magura Nappe, Dukla/Grybów Nappe, Nappe Subsilesjan Nappe Silesjan III – blat sedimentarju gres u blat sedimentarju siliċiklastiku tafli tal-avanfossa Mijoċena |
|
Blat ta' kopertura |
I – formazzjonijiet Karboniferi ta' grana fina, formazzjonijiet Mijoċeni awtoktoni tal-Avanfossa Karpazja ta' grana fina II, III – formazzjonijiet Flysch ta' grana fina, formazzjonijiet Mijoċeni awtoktoni tal-Avanfossa Karpazja ta' grana fina |
|
Ħxuna tal-overburden |
I – 2 000 –4 500 m II – 500–1 000 m III – 2 000 –3 800 m |
|
Tip ta' trappola |
I – strutturali, stratigrafika II – strutturali jew strutturali-litografika, litografika III – antiklinali ta' kumpattazzjoni, strutturali, stratigrafika |
|
Depożiti identifikati fil-viċinanza (NG - gass naturali; OI - żejt) |
Lachowice – Stryszawa (NG, OI) – skoperti fl-1995, riżervi u riżorsi 240 000 000 m3; Łapanów (NG) – skoperti fl-2008, produzzjoni kumulattiva (sentejn (2)) 18 004 000 m3; fl-2015: produzzjoni 17 920 000 m3; riżervi u riżorsi (industrijali: 307 280 000 m3); Łąkta (NG, OI) – skoperti fl-1971, produzzjoni kumulattiva: gass minn saffi ġeoloġiċi tal-gass (40 sena) 96 150 000 m3, gass minn saffi ġeoloġiċi tal-kondensat (28 sena) 721 380 000 m3, kondensat (30 sena) 50 540 tunnellata; fl-2015: produzzjoni - gass 3 020 000 m3, żejt - xejn, riżervi u riżorsi - gass 211 720 000 m3, kondensat 4 580 tunnellata; Słopnice (NG, OI) – skoperti fl-1973, produzzjoni kumulattiva (36 sena): 42 020 000 m3; fl-2015: produzzjoni - xejn, riżervi u riżorsi wara l-2012 - gass 80 000 000 m3, kondensat 1 500 tunnellata, riżorsi industrijali wara l-2015 - xejn. |
|
Stħarriġiet sismiċi kompluti (id-detentur tad-drittijiet) |
1972. Andrychów-Jordanów Myślenice-Wiśniowa Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1973. Andrychów-Myślenice Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1973. Andrychów-Myślenice-Rabka Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1976. Sucha-Rabka Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1978. Żywiec-Wadowice-Gdów Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1978–1984. Górnośląskie Zagłębie Węglowe Przeds. Bad. Geofiz. (It-Teżor); 1988. Niepołomice-Gdów-Myślenice Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1986-1989. Skoczów-Wadowice-Sucha [Wysoka] Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1986-1989. Skoczów-Wadowice-Sucha Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (It-Teżor); 1989-1991. Dobczyce-Gdów-Wolica Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 1989-1991. Skoczów-Wadowice-Sucha Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 1992. Myślenice-Limanowa-Czchów Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 1993-1995. Lachowice-Myslenice Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 1993. Lachowice-Myslenice [Zagorzyce] Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 1994-1995. Myślenice-Limanowa-Czchów Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 1995. Żywiec-Wadowice Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A); 1997-1998. Zawoja-Sucha Beskidzka Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 2001-2002. Raciechowice-Stadniki Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (PGNiG S.A.); 2012. Karpaty West, Budzow Project Geofizyka Kraków Sp. z o.o. (Energia Karpaty Zachodnie) |
|
Bjar ta' referenza (TVD) |
Potrójna IG-1 (3 701 m) Tokarnia IG-1 (3 936,5 m) Trzebunia IG-1 (3 053 m) Jordanów IG-1 (3 877,0 m) |
(6) Id-data tal-bidu tal-attivitajiet
L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.
(7) Il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-konċessjoni, b'mod partikolari dwar l-ammont, l-ambitu u l-mod kif tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(1) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u, fejn iġġustifikat, l-ammont, l-ambitu u l-mod kif tingħata l-garanzija msemmija fl-Artikolu 49x(2) ta' dak l-Att
L-offerent rebbieħ huwa meħtieġ jipprovdi garanzija li tkopri nuqqas ta' konformità jew konformità mhux adegwata mal-kondizzjonijiet stipulati fil-konċessjoni għall-iffinanzjar u l-għeluq ta' xogħlijiet fil-minjiera jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida. Din il-garanzija għandha tingħata għall-perjodu mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni sa tmiem il-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni. L-ammont tal-garanzija huwa ta' PLN 100 000. Il-forma u d-data tal-ħlas tagħha huma rregolati mill-Artikolu 49x(4) u (5) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.
(8) L-ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni
Il-programm minimu ta' xogħlijiet ġeoloġiċi proposti għall-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni jinkludi:
|
|
Tul ta' żmien tal-Istadju I: 12-il xahar l-ambitu: interpretazzjoni u analiżi tad-dejta ġeoloġika tal-arkivji |
|
|
Tul ta' żmien tal-Istadju II: 12-il xahar l-ambitu: stħarriġiet ġeofiżiċi - test sismiku 2D (linja ta' eċitazzjoni tat-tul ta' 50 km) |
|
|
Tul ta' żmien tal-Istadju III: 24-il xahar l-ambitu: tħaffir ta' borehole wieħed sa fond massimu ta' 4 500 m, bit-tħaffir obbligatorju għal kampjuni ċilindriċi ta' intervalli prospettivi |
|
|
Tul ta' żmien tal-Istadju IV: 12-il xahar l-ambitu: l-analiżi tad-dejta miksuba |
(9) Il-perjodu li għalih il-konċessjoni għandha tingħata
Il-perjodu ta' konċessjoni huwa ta' 10 snin, u jinkludi:
|
— |
fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni, |
|
— |
fażi ta' estrazzjoni li ddum ħames snin, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment. |
(10) Il-kondizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni razzjonali ta' depożiti
L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-konċessjoni m'għandhiex tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li jikkonformaw ma' rekwiżiti oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, u mar-rekwiżiti dwar il-ġestjoni tat-territorju, il-ħarsien tal-ambjent, l-art agrikola u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart.
(11) Il-mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju
Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness għal dan id-dokument.
(12) L-informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju
L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għaż-żona “Sucha Beskidzka - Wiśniowa” matul il-perjodu bażi ta' ħames snin huwa ta' PLN 212 178,15 (fi kliem: mitejn u tnax-il elf, mija u tmienja u sebgħin zlotys, u ħmistax-il grosz) kull sena It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-fini ta' prospettar u ta' esplorazzjoni ta' minerali huwa indiċizzat mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b'mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali) (l-Artikolu 49h(3)(12) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).
(13) L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mingħand l-offerenti
|
1. |
L-offerti għandhom jispeċifikaw:
|
|
2. |
L-offerti sottomessi fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stipulati fl-avviż tat-tnedija ta' dik il-proċedura tal-offerti. |
|
3. |
Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mal-offerti:
|
|
4. |
L-offerenti jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom. |
|
5. |
Id-dokumenti sottomessi mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji veri ċċertifikati ta' dokumenti oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta' dokumenti li għandhom jiġu mehmuża ma' offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni. |
|
6. |
Dokumenti mfassla b'lingwa barranija għandhom jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat. |
|
7. |
L-offerti għandhom jiġu sottomessi f'envelop issiġillat jew f'pakkett issiġillat li jkollu l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti. |
|
8. |
Offerti sottomessi wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-offerti se jiġu rritornati lill-offerenti mingħajr ma jinfetħu. |
(14) L-informazzjoni li tikkonċerna l-mod kif jiġi ppreżentat depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas
L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta' PLN 1 000 (fi kliem: elf zlotys) qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' offerti.
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
IV.1) Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti
Kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar bħala l-awtorità ta' konċessjoni għall-iskop li jwettaq il-proċedura tal-offerti u biex tintagħżel l-aktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta' Lulju 2015 dwar proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti ta' idrokarburi u l-estrazzjoni ta' idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni ta' idrokarburi (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti jissottometti rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni tagħha. Flimkien ma' offerti u d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħra li jissottomettu offerti.
IV.2) Spjegazzjonijiet addizzjonali
Fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista' titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati tal-offerti. Fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, l-awtorità tal-konċessjoni se tippubblika l-ispjegazzjonijiet fil-Biuletyn Informacji Publicznej (il-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika), fil-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.
IV.3) Informazzjoni addizzjonali
L-informazzjoni kollha dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti li ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk f'Pakiet danych geologicznych (Pakkett ta' Dejta Ġeoloġika), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent (www.mos.gov.pl) u fuq
|
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych |
|
Ministerstwo Środowiska |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Warszawa/Warsaw |
|
POLSKA/POLAND |
|
Tel. +48 223692449 |
|
Faks: +48 223692460 |
ANNESS
FTEHIM
li jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Sucha Beskidzka - Wiśniowa”, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”
konkluż f'Varsavja nhar … bejn:
It-Teżor tal-Istat, irrappreżentat mill-Ministru għall-Ambjent, li għalih u f'ismu s-Sur Mariusz Orion Jędrysek, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Ambjent u l-Kap Ġeologu tal-Polonja, jaġixxi skont il-prokura Nru 69 tat-12 ta' Ġunju 2017, minn hawn 'il quddiem “it-Teżor”,
kif ukoll
XXX bl-uffiċċju rreġistrat fi: … (indirizz sħiħ), irreġistrat … bin-Nru KRS (ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali) …, kapital azzjonarju …, irrappreżentat minn …, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju”,
minn hawn 'il quddiem msemmija individwalment kull wieħed bħala “Parti” jew b'mod konġunt bħala “il-Partijiet”,
jgħid dan li ġej:
Taqsima 1
|
1. |
It-Teżor, bħala s-sid esklużiv tas-substrata tal-wiċċ tad-Dinja li tkopri ż-żona fi ħdan il-muniċipalitajiet ta': Czernichów, Mszana Dolna, Pcim, Lubień, Raciechowice, Tokarnia, Wiśniowa, Jordanów, Bystra-Sidzina, Budzów, Zawoja, Stryszawa, Zembrzyce, Brzeźnica, Stryszów, Mucharz, Lanckorona, Spytkowice u Tomice, il-bliet u l-muniċipalitajiet ta': Dobczyce, Myślenice, Sułkowice, Rabka-Zdrój, Maków Podhalański, Wadowice and Kalwaria Zebrzydowska, u l-bliet ta': Mszana Dolna, Jordanów u Sucha Beskidzka fil-Provinċja ta' Małopolskie, li l-konfini tagħha huma ddefiniti mil-linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (13) li għandhom il-koordinati li ġejjin fis-sistema ta' koordinati PL-1992:
b'dan jistabbilixxi d-drittijiet ta' użufrutt minerarju għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata 'l fuq minn limitu inferjuri ta' proprjetajiet tal-wiċċ u ta' taħt l-art f'fond ta' 4 500 m, dejjem jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Sucha Beskidzka - Wiśniowa” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġu konkluż. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Jekk il-kondizzjoni li tinkiseb il-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu. |
|
3. |
Fi ħdan iż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista':
|
|
4. |
L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta' 981,67 km2. |
|
5. |
Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan l-għan f'dik iż-żona skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta' Ġunju 2011 (Dziennik Ustaw (Il-Ġurnal tal-Liġijiet) 2017, il-punt 2126), u d-deċiżjonijiet maħruġa skont dan. |
Taqsima 2
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jiddikjara li huwa ma joġġezzjonax għall-istatus legali u fattwali tas-soġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.
Taqsima 3
|
1. |
Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni. |
|
2. |
Id-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta' għaxar snin, inklużi ħames snin għall-fażi ta' prospettar u ta' esplorazzjoni u ħames snin għall-fażi ta' estrazzjoni, soġġett għat-Taqsimiet 8(2) u 10. |
|
3. |
Id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, tkun xi tkun ir-raġuni. |
Taqsima 4
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li twassal għal bidla fl-isem, fl-uffiċċju rreġistrat jew fl-indirizz u fil-forma ta' organizzazzjoni, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, fit-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra permezz tal-operat tal-liġi, fil-preżentazzjoni ta' petizzjoni ta' falliment, fid-dikjarazzjoni ta' falliment jew fil-bidu ta' proċedimenti ta' ristrutturar. It-Teżor jista' jesiġi li jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji f'każijiet bħal dawn. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.
Taqsima 5
Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' partijiet terzi, b'mod partikulari s-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b'mod partikolari dawk dwar il-prospettar u l-esplorazzjoni ta' minerali u l-protezzjoni u l-użu tar-riżorsi ambjentali.
Taqsima 6
It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) drittijiet ta' użufrutt minerarju bl-għan li jitwettqu attivitajiet minbarra dawk speċifikati fil-Ftehim, b'mod li ma jiksirx id-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju.
Taqsima 7
|
1. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor t-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni tal-użufrutt minerarju (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttiv):
– soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. |
|
2. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta' użufrutt minerarju taqa' bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta' Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa hija soġġetta għal indiċjar skont il-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux iħallsha qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi. |
|
3. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta' qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Polonja Monitor Polski. Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun anqas minn jew ugwali għal żero, m'għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena. |
|
4. |
Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa tkun taqa' fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata. |
|
5. |
Jekk il-Ftehim ġie konkluż u daħal fis-seħħ fis-sena ta' qabel is-sena li fiha taqa' d-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa m'għandhiex tiġi indiċjata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jidħol fis-seħħ il-Ftehim. |
|
6. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jitlef id-drittijiet ta' użufrutt minerarju stabbiliti skont il-Ftehim qabel il-limitu ta' żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jintalab iħallas it-tariffa għas-sena sħiħa ta' użufrutt li fiha ntilfu dawn id-drittijiet. Jekk, madankollu, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju jintilfu minħabba li l-konċessjoni tiġi rtirata jew minħabba r-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu tal-użufrutt speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjati skont il-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għal penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). Il-ħlas tat-tariffa għandu jsir fi żmien 30 jum mid-data li fiha ntilfu d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. It-telf tad-drittijiet ta' użufrutt m'għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju mill-obbligi ambjentali relatati mas-soġġett tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju, b'mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti. |
|
7. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ambjent fil-fergħa ta' Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, li jagħti l-messaġġ li ġej dwar it-trasferiment: “Stabbiliment ta' drittijiet ta' użufrutt minerarju b'rabta mal-għoti ta' konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta' depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona ‘Sucha Beskidzka - Wiśniowa’”. Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat fil-kont tat-Teżor. |
|
8. |
It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun soġġetta għall-VAT. Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata b'tali mod li l-attivitajiet li jkunu s-soġġett ta' dan il-Ftehim jiġu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel b'tali mod li dawn l-attivitajiet jiġu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta. |
|
9. |
It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju bil-miktub dwar il-bidliet fil-kont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 7. |
|
10. |
It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandha titħallas lit-Teżor irrispettivament mid-dħul li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jaqla' milli jużaw dawn id-drittijiet. |
|
11. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ħlas, kopji ta' provi tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju. |
Taqsima 8
|
1. |
Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikseb deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-partijiet għandhom, fi żmien 30 ġurnata mid-data ta' din id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum għall-Ftehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta' użufrutt minerarju matul il-fażi tal-estrazzjoni. |
|
2. |
Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni ta' investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta' użufrutt minerarju għandhom jiskadu. |
Taqsima 9
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' jeżerċita d-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jkun kiseb il-kunsens bil-miktub mit-Teżor.
Taqsima 10
|
1. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista', soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 jittermina l-Ftehim b'effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun intitolat għal kwalunkwe pretensjoni ta' proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jkun kiser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure. |
|
2. |
Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafi 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jħallas lit-Teżor tal-Istat penali kuntrattwali ta' 25 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċjati skont it-Taqsima 7(3). |
|
3. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju idewwem il-ħlas tat-tariffa b'aktar minn sebat ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob lid-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jħallas it-tariffa pendenti fi żmien sebat ijiem mill-wasla tat-talba, u fin-nuqqas ta' dan il-Ftehim jiġi tterminat b'effett immedjat. |
|
4. |
Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jonqos milli jgħarraf lit-Teżor bl-avvenimenti msemmija fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum tal-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista' jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju penali kuntrattwali ta' 5 % tat-tariffa għall-perjodu kollu kemm tal-fażi tal-prospettar u l-esplorazzjoni ta' użufrutt minerarju għal kull każ ta' nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parti minnu, soġġett għal avviż ta' 30 jum, effettiv fit-tmiem tax-xahar kalendarju. |
|
5. |
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, l-irtirar jew l-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim. |
|
6. |
Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni ma tkunx valida. |
|
7. |
Il-Partijiet jaqblu li jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta' użufrutt minerarju msemmija fit-Taqsima 7(1) m'għandhiex tiġi rimborżata. |
|
8. |
It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont ta' penali kuntrattwali f'termini ġenerali jekk l-ammont ta' ħsara mġarrab mit-Teżor jeċċedi l-penali kuntrattwali. |
Taqsima 11
|
1. |
Il-Partijiet ipprovdew dawn id-dettalji ta' kuntatt għal kwalunkwe korrispondenza:
|
|
2. |
Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta' kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din m'għandhiex teħtieġ addendum għall-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta lid-dettalji ta' kuntatt ta' xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra. |
|
3. |
Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'korrispondenza personalment, bil-courrier jew permezz ta' ittra rreġistrata billi tuża d-dettalji ta' kuntatt pprovduti l-aktar reċentement mill-Parti. |
|
4. |
Ittri rreġistrati mibgħuta lill-indirizz ta' Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati fl-uffiċċju postali jew b'servizz ta' courrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin għandhom jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b'mod validu ladarba jkunu għaddew erbatax-il jum mill-ewwel tentattiv ta' konsenja. |
Taqsima 12
|
1. |
Il-partijiet m'għandhomx ikunu responsabbli għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi skont dan il-Ftehim li jirriżultaw minn force majeure jekk ikun jista' jiġi ppruvat li l-ħsara kkawżata minn force majeure kellha influwenza fuq in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi. Force majeure għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux jipprevedu jew jevitaw, li jagħmilha impossibbli sabiex il-Ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ, parzjalment, b'mod permanenti jew għal perjodu speċifiku, li Parti ma setgħetx tikkontrobilanċja permezz tal-eżerċitar tad-diliġenza dovuta u li ma jirriżultax minn żball jew negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu. |
|
2. |
F'każ ta' force majeure, il-Partijiet għandhom immedjatament jagħmlu kull sforz biex jiftiehmu dwar x'azzjoni għandhom jieħdu. |
Taqsima 13
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju jista' japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu jew parti minnu, u għandu jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta' dan, l-applikazzjoni se tkun invalida.
Taqsima 14
Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju m'għandux ikun intitolat li jagħmel kwalunkwe pretensjoni kontra t-Teżor għal żieda fil-valur tas-soġġett tad-drittijiet ta' użufrutt minerarju.
Taqsima 15
Kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-Ftehim għandu jiġi solvut mill-qorti ordinarja li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġeografika tas-sede tat-Teżor.
Taqsima 16
Dan il-Ftehim għandu jiġi rregolat skont il-liġi Pollakka, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.
Taqsima 17
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju għandu jġarrab l-ispejjeż tal-konklużjoni tal-Ftehim.
Taqsima 18
L-emendi għall-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ma jkunux validi.
Taqsima 19
Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja għad-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju u żewġ kopji għall-Ministru għall-Ambjent).
It-Teżor
Id-Detentur tad-Drittijiet ta' Użufrutt Minerarju