13.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 334/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1473

tat-13 ta’ Ottubru 2020

li jemenda għat-317-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta’ Ottubru 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja,

is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“Jamal Hu sein Hassan Zeiniye (kitba oriġinali: زینیھ حسن حسین جمال) (psewdonimu affidabbli Jamal Husayn Zayniyah; psewdonimu inqas affidabbli: (a) Abu Malek El Talleh; (b) Abu Hussein; (c) abu-Malik al-Ansari; (d) Abu-Malik al-Shami; (e) Abu-Malik al-Talli). Data tat-twelid: (a) 17.8.1972; (b) 1.1.1972. Post tat-twelid: (a) Bengażi, il-Libja; (b) Al Tall, ir-Repubblika Għarbija Sirjana; (c) Tell Mnin, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Nazzjonalità: Sirjan. Nru tal-passaport 3987189 (passaport Sirjan). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali (a) 13080011550; (b) 5877002 (Karta tal-Identifikazzjoni Sirjana maħruġa fil-25 ta’ Mejju 2011). Indirizz: (a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana; (b) Arsal, Bekaa, il-Libanu. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej tal-Front Al-Nusrah għall-Persuni tal-Levant f’Kalamoun tal-Punent, ir-Repubblika Għarbija Sirjana; (b) Isem l-omm huwa Amina Tohmeh. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 8.10.2020.”