European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6759

26.11.2024

P9_TA(2024)0092

Emenda tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa (COM(2023)0359 – C9-0213/2023 – 2023/0207(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/6759)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0359),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 185 u 188(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0213/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Settembru 2023  (1),

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat risponsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-20 ta’ Diċembru 2023 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0378/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)   ĠU C, C/2023/863, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/863/oj.


P9_TC1-COD(2023)0207

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-27 ta' Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2024/1167.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6759/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)