|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2055 |
1.4.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12389 – GIM / TCR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2055)
1.
Fit-18 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Global Infrastructure Management, LLC (“GIM”, l-Istati Uniti), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn BlackRock, Inc. (l-Istati Uniti), |
|
— |
TCR Group (“TCR”, il-Belġju), ikkontrollata minn 3i Group plc (ir-Renju Unit). |
GIM se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ TCR.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
GIM hija l-maniġer tal-fond tal-infrastruttura indipendenti globali ta’ Global Infrastructure Partners u hija primarjament iffokata fuq l-investiment fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-infrastruttura diġitali, |
|
— |
TCR hija primarjament attiva fil-kiri ta’ servizz sħiħ ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art lil ground handlers, ajruporti u linji tal-ajru indipendenti globalment. TCR tipprovdi wkoll servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni (l-aktar fuq flotta mikrija, iżda wkoll fuq flotta mhux mikrija/ta’ parti terza) u servizzi ta’ ġestjoni tal-flotta. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12389 — GIM / TCR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2055/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)