European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/429

12.3.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/429

tat-30 ta’ April 2024

dwar il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat SA.58207 (2021/N) li ċ-Ċekja qed tippjana li timplimenta biex tappoġġa l-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari fis-sit ta’ Dukovany

(notifikata bid-dokument C(2024) 2858)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) (1) imsemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Marzu 2022, iċ-Ċekja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-miżura li tappoġġa l-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari (“NPP”, nuclear power plant) fis-sit ta’ Dukovany (il-“Proġett”). Hija pprovdiet lill-Kummissjoni b’aktar informazzjoni permezz ta’ ittra datata l-5 ta’ Mejju 2022, wara t-talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni tal-21 ta’ April 2022.

(2)

Permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni infurmat liċ-Ċekja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-miżura (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”). Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(3)

Iċ-Ċekja bagħtet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fil-31 ta’ Awwissu 2022.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand partijiet terzi. Hija għaddiethom liċ-Ċekja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu permezz ta’ ittra datata l-21 ta’ Ottubru 2022.

(5)

Aktar informazzjoni ġiet ippreżentata miċ-Ċekja fit-30 ta’ Jannar 2023, fis-16 ta’ Marzu 2023, fl-4 ta’ April 2023, fil-11 ta’ April 2023, fl-24 ta’ April 2023, fid-9 ta’ Ġunju 2023, fil-21 ta’ Ġunju 2023, fit-3 ta’ Lulju 2023, fl-14 ta’ Lulju 2023, fit-2 ta’ Awwissu 2023, fit-8 ta’ Settembru 2023, fl-14 ta’ Settembru 2023, fit-22 ta’ Settembru 2023, fis-6 ta’ Ottubru 2023, fid-9 ta’ Ottubru 2023, fit-18 ta’ Ottubru 2023, fid-19 ta’ Ottubru 2023, fit-22 ta’ Ottubru 2023, fil-25 ta’ Ottubru 2023, fit-8 ta’ Novembru 2023, fl-20 ta’ Novembru 2023, fis-16 ta’ Diċembru 2023, fl-10 ta’ Jannar 2024, fis-26 ta’ Jannar 2024, fl-1 ta’ Frar 2024, fis-7 ta’ Frar 2024, fid-9 ta’ Frar 2024, fit-12 ta’ Frar 2024, fil-21 ta’ Frar 2024, fit-23 ta’ Frar 2024, fis-26 ta’ Frar 2024, fl-1 ta’ Marzu 2024, fis-7 ta’ Marzu 2024, fit-8 ta’ Marzu 2024, fil-11 ta’ Marzu 2024, fid-19 ta’ Marzu 2024, fl-20 ta’ Marzu 2024, fil-21 ta’ Marzu 2024 u fil-15 ta’ April 2024.

(6)

Fis-26 ta’ Jannar 2024, l-awtoritajiet Ċeki qablu b’mod eċċezzjonali li jirrinunzjaw għad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament 1/1958 u li din id-Deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KUNTEST

2.1.   Ġenerazzjoni tal-elettriku fiċ-Ċekja

(7)

Kif spjegat fit-taqsima 2.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, bħalissa t-taħlita tal-enerġija taċ-Ċekja hija ddominata mill-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-linjite u b’mod nukleari. It-tabella li ġejja turi l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-ġenerazzjoni gross tal-elettriku fiċ-Ċekja bejn l-2000 u l-2022.

Tabella 1

Evoluzzjoni tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’gigawatt (GW) u l-ġenerazzjoni gross tal-elettriku f’terawatt/siegħa (“TWh”) fiċ-Ċekja, 2000–2022

Image 1

Sors:

Awtoritajiet Ċeki

(8)

Fl-abbozz aġġornat tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (“NECP”, National Energy and Climate Plan) (2) tal-2023, iċ-Ċekja kkonfermat l-impenn tagħha li tiddekarbonizza s-sistema tal-elettriku tagħha u telimina gradwalment l-użu tal-faħam għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u tas-sħana sal-2033.

(9)

Skont l-abbozz aġġornat tal-NECP, sal-2030, l-impjanti tal-enerġija fotovoltajka u tal-enerġija eolika fuq l-art se jkollhom rwol sinifikanti fid-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku. Iċ-Ċekja tqis li, minkejja l-espansjoni konsiderevoli mistennija tagħhom, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (“RES”, renewable energy sources) intermittenti mhux se jkunu jistgħu jiddekarbonizzaw is-sistema tal-enerġija Ċeka waħedhom, peress li ma jkunux jistgħu jkopru d-distakk mistenni fil-provvista. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li fiċ-Ċekja, dawn is-sorsi intermittenti għandhom fatturi ta’ kapaċità relattivament limitati ta’ 11 % għall-enerġija fotovoltajka u 22 % għall-enerġija eolika fuq l-art. Barra minn hekk, fiċ-Ċekja ġie evidenzjat potenzjal limitat għall-iżvilupp tal-enerġija eolika minħabba aċċettazzjoni pubblika baxxa u żoni popolati b’densità għolja. Barra minn hekk, iċ-Ċekja lanqas ma għandha potenzjal ta’ enerġija eolika lil hinn mill-kosta jew enerġija idroelettrika fuq skala kbira li jkompli jillimita l-għażliet għall-kapaċitajiet sinifikanti ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli fuq skala kbira.

(10)

Iċ-Ċekja ma tqisx li l-gass naturali huwa sostitut xieraq għall-faħam u l-linjite minħabba l-fattur għoli ta’ emissjoni tiegħu (499 tunnellata ta’ CO2e/GWh vs 29 min-nukleari jew 85 mix-xemx tul ċiklu tal-ħajja wieħed) u d-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-gass. Ġeneralment, id-dipendenza fuq il-gass tkun ogħla matul ix-xitwa peress li r-RES ma jkunux qed jipproduċu biżżejjed elettriku matul dak il-perjodu, u t-tisħin iżid id-domanda għall-gass naturali. Barra minn hekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika kurrenti u l-impatt tagħha fuq il-provvista tal-gass lejn l-Unjoni Ewropea b’mod partikolari mir-Russja, l-awtoritajiet Ċeki għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-gass.

(11)

F’Ottubru tal-2019, l-operatur Ċek tas-sistema ta’ trażmissjoni ČEPS ippreżenta l-prospettiva tal-adegwatezza tar-riżorsi (3), u ppreżenta żewġ xenarji – ix-Xenarju A: ix-xenarju bażi li jassumi li l-elettriku se jiġi prodott f’impjanti modernizzati tal-enerġija tal-linjite (Prunéřov II, Tušimice, Mělník I u Ledvice PP) u x-Xenarju B: ix-xenarju b’livell baxx ta’ karbonju li jassumi li l-impjanti kollha tal-enerġija tal-linjite minbarra l-impjant Ledvice PP se jitneħħew gradwalment. Iż-żewġ xenarji jwasslu għal kwistjonijiet ta’ adegwatezza.

(12)

Studju ieħor aktar reċenti li wkoll sar minn ČEPS (4) juri problemi bl-adegwatezza tal-ġenerazzjoni li jibdew mill-2030 minħabba l-irtirar tal-linjite u li se jeħtieġu żieda fl-importazzjonijiet għal livelli li jaqbżu l-20 % biex tiġi koperta d-domanda Ċeka. Il-problemi b’nuqqasijiet ta’ elettriku jseħħu fix-xenarji kollha li jibdew mill-2035 u huma partikolarment akuti f’xenarji li fihom isseħħ eliminazzjoni gradwali sħiħa tal-faħam jew fl-2033 (ix-xenarju ċentrali li ČEPS tqis l-aktar probabbli) jew fl-2030 (ix-xenarju ta’ dekarbonizzazzjoni). Din il-prospettiva (ibbażata fuq suppożizzjoni ta’ livell massimu nett ta’ importazzjoni ta’ 20 TWh minħabba limitazzjonijiet tekniċi u ta’ sikurezza u l-inklużjoni tal-unità nukleari l-ġdida fis-suppożizzjonijiet tagħha wara l-2035) tenfasizza li l-livelli LOLE (5) jibqgħu mhux sodisfaċenti. Il-kalkoli mwettqa għax-xenarju ċentrali juru li diġà fl-2030 kien hemm kapaċità ta’ ġenerazzjoni insuffiċjenti biex tkopri l-konsum.

(13)

L-istudji ppreżentati mill-awtoritajiet Ċeki jqisu l-flussi transfruntiera mistennija bejn iċ-Ċekja u l-pajjiżi ġirien tagħha. Is-sistema tal-elettriku Ċeka hija konnessa sew mas-sistemi fl-Istati Membri ġirien u dik il-kapaċità ta’ konnessjoni hija ppjanata li tkompli tiżdied fil-futur (6). Is-suq tal-elettriku ta’ ġurnata bil-quddiem Ċek huwa konness permezz ta’ Akkoppjament ta’ Diversi Reġjuni (7) bbażat fuq l-allokazzjoni impliċita tal-kapaċità transfruntiera abbażi tal-kapaċità netta ta’ trażmissjoni. F’Ġunju 2022, il-proġett tal-Core (8) tal-Akkoppjament tas-Swieq ibbażat fuq il-Fluss (9) beda jopera u ċ-Ċekja integrat bis-sħiħ is-swieq tal-elettriku ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, filwaqt li laħqet il-mudell fil-mira tas-suq tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi linji gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni (10).

(14)

Bħalissa, iċ-Ċekja hija esportatur nett tal-elettriku lejn pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, iżda skont ČEPS, dan mhux se jdum fil-futur. Skont il-prospettiva tal-adegwatezza tal-2019, fl-2025, l-esportazzjonijiet se jitnaqqsu għal 5,4 TWh b’bilanċ totali ta’ 1,8 TWh favur iċ-Ċekja. Il-bilanċ isir negattiv fl-2030, b’importazzjonijiet ta’ 8,2 TWh ta’ elettriku u bilanċ negattiv totali ta’ 5,4 TWh fix-xenarju bażi. Fix-xenarju b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tal-2030, il-bilanċ negattiv totali jkun ta’ 9,2 TWh.

(15)

Filwaqt li l-produzzjoni tal-elettriku hija mistennija li tonqos, il-konsum huwa mistenni li jiżdied bi ftit minn madwar 67 TWh bħalissa għal madwar 77,5 TWh fl-2040, minkejja l-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija skont id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija. Il-prospettiva tal-adegwatezza tal-2022 ta’ ČEPS tassumi żieda li tista’ titkejjel fid-domanda għall-elettriku fil-15-il sena li ġejjin fix-xenarji mbassra kollha, bix-xenarju ċentrali juri żieda ta’ 46 % għal 98 TWh kull sena meta mqabbel mal-livell kurrenti ta’ madwar 67 TWh. Iċ-Ċekja tistenna wkoll domanda ogħla għall-elettriku parzjalment minħabba r-riżultat tal-bidla mit-tisħin li jaħdem bil-gass għall-użu tal-pompi tas-sħana kif ukoll is-sostituzzjoni ġenerali tal-gass mill-elettriku fl-industrija.

(16)

Għalkemm iċ-Ċekja hija konnessa sew mal-pajjiżi tal-madwar, il-flussi tal-elettriku jvarjaw b’mod konsiderevoli fi żminijiet differenti tas-sena. Il-prospettiva tal-adegwatezza tal-2019 indikat li fir-reġjun tal-Ewropa Ċentrali (ir-reġjun Core għall-kalkolu tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni), il-perjodi ta’ nuqqas ta’ elettriku fis-sistema huma mistennija li jseħħu f’diversi pajjiżi fl-istess ħin minħabba kundizzjonijiet klimatiċi simili, pjanijiet għall-eliminazzjoni gradwali tal-faħam u nuqqasijiet fil-provvista (11). L-awtoritajiet Ċeki jqisu li t-tnaqqis fil-produzzjoni industrijali li jirriżulta min-nuqqas mistenni ta’ elettriku jirriżulta fi tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-ekonomija Ċeka, li jista’ jwassal ukoll għal nuqqasijiet kbar fuq in-naħa tad-dħul tal-baġits pubbliċi. Kwalunkwe qtugħ tal-elettriku jew in-nuqqas fit-tul tiegħu jista’ għalhekk ikollu impatt sinifikanti fuq l-istabbiltà soċjali tal-pajjiż bil-konsegwenzi negattivi assoċjati kollha.

(17)

Skont l-istudji msemmija hawn fuq, l-enerġija nukleari tirriżulta bħala għażla aktar sigura għal investimenti futuri fl-enerġija dekarbonizzata fiċ-Ċekja. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li d-deċiżjoni li jsir investiment f’kapaċitajiet nukleari ġodda kienet ibbażata fuq l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tagħha, kif ukoll fuq ir-riżultati tal-prospettiva tal-adegwatezza tal-2019, li kienet input ewlieni għall-kwantifikazzjoni tal-ħtieġa għal investimenti ġodda fl-enerġija nukleari. Il-Gvern Ċek qed jippjana espansjoni ta’ madwar 4 GW ta’ kapaċità nukleari ġdida (inkluż l-investiment notifikat) bejn l-2036 u l-2050.

2.2.   Għanijiet u sfond

(18)

L-awtoritajiet Ċeki jipprevedu li jżommu jew iżidu r-rwol tal-enerġija nukleari fil-ġenerazzjoni tal-enerġija tagħhom, li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija tagħhom, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività industrijali, kif ukoll li jindirizzaw it-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista deskritt hawn fuq. Il-Proġett huwa parti minn programm usa’ biex jappoġġa s-sorsi ta’ ġenerazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, bl-għan li l-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari tammonta għal madwar 50 % tal-kapaċità ġenerali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fiċ-Ċekja. Tabilħaqq, il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Enerġija Nukleari (12) fiċ-Ċekja, approvat f’Ġunju 2015, diġà elabora dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-enerġija nukleari.

(19)

Bħalissa hemm sitt unitajiet tal-enerġija nukleari li joperaw fiċ-Ċekja, f’Temelín (13) u f’Dukovany (14). Skont iċ-Ċekja, l-erba’ unitajiet eżistenti fis-sit ta’ Dukovany huma mistennija li jagħlqu bejn l-2045 u l-2047, bil-kundizzjoni li l-Uffiċċju tal-Istat għas-Sikurezza Nukleari japprova r-rekwiżiti eżistenti tas-sikurezza tal-impjant tal-enerġija nukleari kull 10 snin matul il-ħajja tal-assi. L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li bħalissa ma hemm l-ebda impenn speċifiku biex dawn jitħaddmu lil hinn minn dan il-perjodu.

(20)

L-abbozz tal-NECP (15) aġġornat għaċ-Ċekja jistabbilixxi l-miri tad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija għas-sehem tal-fjuwils individwali (i) f’sorsi tal-enerġija primarja totali (eskluż l-elettriku) u (ii) fil-ġenerazzjoni tal-elettriku. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li s-sehem tal-enerġija nukleari għall-2022 kien ta’ 15 % u 37 % rispettivament, filwaqt li l-livell immirat għall-2040 ġie stabbilit għal 25–33 % fis-sorsi tal-enerġija primarja (eskluż l-elettriku) u għal 46–58 % għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

(21)

Żieda fis-sehem tal-enerġija nukleari u tas-sorsi rinnovabbli biex jissostitwixxu l-fjuwils fossili hija meqjusa essenzjali fl-NECP biex jinkisbu l-impenji fuq terminu twil biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Iċ-Ċekja impenjat ruħha li ssir newtrali għall-klima sal-2050. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, l-istruttura tas-suq tal-enerġija Ċeka u s-sorsi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku se jkollhom jinbidlu b’mod sinifikanti. L-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku bi fjuwils fossili b’livell għoli ta’ karbonju se jkollhom jitneħħew gradwalment, b’mod parallel mad-dekummissjonar tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari li qed tixjieħ.

(22)

Skont iċ-Ċekja, iċ-Ċekja se tiżviluppa f’importatur nett tal-elettriku sal-2030 u n-nuqqas ta’ investiment f’kapaċitajiet nukleari ġodda jaggrava d-dipendenza taċ-Ċekja fuq l-importazzjonijiet tal-elettriku. Iċ-Ċekja tiddikjara li l-Proġett ser ikollu rwol kruċjali fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija u l-affidabbiltà tal-provvista tal-elettriku, bħala kundizzjoni essenzjali għat-trasformazzjoni tat-taħlita tal-ġenerazzjoni biex tinkiseb in-newtralità karbonika fiċ-Ċekja. Iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li l-impjanti tal-enerġija tal-linjite u tal-faħam li bħalissa jfornu l-elettriku fis-suq jinsabu fil-proċess li jiġu dekummissjonati, bir-riżultat previst li jkun hemm settur tal-elettriku orjentat lejn l-importazzjoni mill-2025 ’il quddiem.

(23)

Meta titqies l-iskala tal-ħtiġijiet tal-kapaċità ta’ sostituzzjoni u l-objettivi nazzjonali tad-dekarbonizzazzjoni u tas-sigurtà tal-provvista, minħabba d-dipendenza tal-ekonomija Ċeka u tal-bażi industrijali fuq ir-riżorsi tal-enerġija, iċ-Ċekja kkonkludiet li huma meħtieġa kapaċitajiet ġodda sostanzjali ta’ sostituzzjoni nukleari. L-awtoritajiet Ċeki jenfasizzaw li l-investimenti f’sorsi tal-enerġija nukleari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju flimkien mar-RES u teknoloġiji oħra tal-enerġija b’emissjonijiet żero netti, se jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-UE dwar is-sostenibbiltà u l-protezzjoni ambjentali (16).

(24)

Iċ-Ċekja spjegat ukoll li l-Proġett se jikkontribwixxi direttament wkoll għall-objettivi tar-REPowerEU peress li se jnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati li huma soġġetti għal fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet u riskji ġeopolitiċi, kif ukoll isaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija (17).

2.3.   Għażliet alternattivi biex tiġi żgurata taħlita ta’ enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

(25)

L-awtoritajiet Ċeki eżaminaw diversi għażliet biex tiġi żgurata taħlita tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, jiġifieri l-investimenti fir-RES, il-ġenerazzjoni tal-enerġija tal-gass, iż-żieda fl-importazzjonijiet, ir-rispons għad-domanda u l-enerġija nukleari. Aktar dettalji dwar l-alternattivi kkunsidrati huma ppreżentati fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, mill-premessi 19 sa 21.

(26)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi u d-diffikultajiet biex jiġu żviluppati proġetti rinnovabbli fuq skala kbira fiċ-Ċekja, l-enerġija nukleari ħarġet bħala għażla ppreferuta għall-awtoritajiet Ċeki (18) li jaraw it-tul tal-ħajja, l-emissjonijiet baxxi tas-CO2 il-fattur tal-utilizzazzjoni għoli tal-kapaċità, il-konċentrazzjoni għolja tal-fjuwil u l-operat stabbli, affidabbli u prevedibbli tagħha bħala vantaġġi kbar. Iż-żewġ impjanti tal-enerġija nukleari f’Dukovany u f’Temelín huma konnessi sew ma’ siti industrijali u ta’ riċerka u innovazzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, l-iżvilupp tal-enerġija nukleari ġie identifikat bħala objettiv strateġiku, li jżid mal-objettivi l-oħra taċ-Ċekja għall-indirizzar tas-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-enerġija (iż-żieda fis-sehem tar-RES, l-eliminazzjoni gradwali tal-impjanti tal-enerġija tal-linjite, eċċ.).

2.4.   Għażliet alternattivi dwar il-mekkaniżmi ta’ finanzjament għall-enerġija nukleari

(27)

Fl-1 ta’ Ottubru 2021, iċ-Ċekja adottat l-Att dwar il-Miżuri għat-Tranżizzjoni taċ-Ċeka lejn Settur tal-Enerġija b’Livell Baxx ta’ Emissjoni tal-Karbonju (19) (“l-Att dwar l-Emissjonijiet Baxxi ta’ Karbonju” jew “LCA”, (Low-carbon Act)). L-LCA tistabbilixxi l-qafas għall-kostruzzjoni u l-operat wara l-2030 ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ta’ aktar minn 100 megawatt (“MW”) fiċ-Ċekja, inkluż il-Proġett. (20)

(28)

Aktar dettalji dwar l-alternattivi kkunsidrati huma ppreżentati fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, mill-premessi 24 sa 31.

3.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

3.1.   Modifiki tal-miżuri miċ-Ċekja wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ

(29)

Bi tweġiba għad-dubji li l-Kummissjoni qajmet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha (ara t-taqsima 3.13 hawn taħt), iċ-Ċekja mmodifikat ċerti elementi tal-miżuri ppjanati inizjalment.

(30)

B’mod partikolari, dawk il-bidliet jikkonċernaw:

—

Id-durata tal-Kuntratt ta’ Xiri tal-elettriku (“PC”, Purchase Contract), li tnaqqset minn 60 sena għal 40 sena (ara l-premessi 83-85);

—

Il-formula għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tal-benefiċjarju taħt il-PC, li ġiet modifikata sabiex jiġu introdotti aktar inċentivi finanzjarji għal imġiba effiċjenti fl-ippjanar tal-operat u tal-manutenzjoni (ara l-premessi (83)-(106));

—

Il-ġustifikazzjoni għar-rata fil-mira tar-Redditu fuq l-Ekwità (“RoE”, Return on Equity), fejn iċ-Ċekja neħħiet il-primjum tar-riskju nukleari/il-Primjum tar-Riskju Maġġuri Awtonomu (“SMRP”, Stand Alone Major Risk Premium) (ara l-premessi 120-140);

—

Il-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti, fejn ġie introdott fattur ta’ kondiviżjoni kemxejn ogħla wara l-PC biex jirrifletti r-riskji akbar b’mod partikolari mill-perjodu iqsar tal-PC (ara l-premessi 161-169);

—

L-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet għan-negozjar tal-elettriku prodott mill-NPP matul il-ħajja tiegħu (ara l-premessi 112-118);

—

L-istimi aġġornati għall-kostijiet tal-kostruzzjoni u operatorji tal-NPP biex jirriflettu l-iżviluppi tas-suq (ara t-taqsima 3.6.6).

(31)

Il-bidliet ta’ hawn fuq huma stabbiliti fid-dettall fil-bqija tat-Taqsima 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.2.   Benefiċjarji

3.2.1.   ČEZ u EDU II

(32)

ČEZ hija l-uniku operatur tal-impjant nukleari fiċ-Ċekja. Hija kumpanija pubblika kkwotata fil-Boroż ta’ Praga u Varsavja u l-impriża omm tal-Grupp ČEZ li topera f’diversi pajjiżi Ewropej (b’mod partikolari fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fil-Polonja, fis-Slovakkja, fi Franza, fl-Italja, fin-Netherlands u fl-Awstrija). Il-grupp ČEZ huwa primarjament attiv fil-ġenerazzjoni, il-kummerċ u d-distribuzzjoni tal-elettriku, kif ukoll il-bejgħ tal-elettriku u tas-sħana. Il-grupp ČEZ huwa attiv ukoll sa ċertu punt tal-kummerċ fil-komoditajiet, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-gass, it-tħaffir fil-minjieri u s-servizzi tal-enerġija (21). L-azzjonist maġġoritarju ta’ ČEZ huwa ċ-Ċekja b’69,78 % u d-drittijiet tal-azzjonisti huma eżerċitati mill-Ministeru tal-Finanzi.

(33)

Il-benefiċjarju dirett tal-miżura huwa Elektrárna Dukovany II a. s. (“EDU II”), impriża sussidjarja totalment ta’ proprjetà ta’ ČEZ maħluqa bl-għan li tibni u topera l-impjant il-ġdid tal-enerġija nukleari fis-sit ta’ Dukovany. EDU II se tkun il-benefiċjarju tal-PC konkluż mal-entità bi skop speċjali (“SPV”, special purpose vehicle) (22) u tal-assistenza finanzjarja ripagabbli (“RFA”, repayable financial assistance) (23). EDU II u ČEZ jibbenefikaw ukoll mill-protezzjoni tal-investiment skont il-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika.

(34)

Iċ-Ċekja spjegat li l-Proġett se jiġi ssorveljat minn żewġ bordijiet (il-Bord tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Proġett Strateġiku u l-Bord tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Proġett) u tim eżekuttiv ta’ tmexxija b’esperjenza fl-impjanti tal-enerġija nukleari u konvenzjonali.

—

Il-Bord tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Proġett Strateġiku (24) (inkluża r-rappreżentanza minn ČEZ) huwa l-ogħla korp tal-proġett fil-Grupp ČEZ. Huwa ppresedut mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO, Chief Executive Officer) ta’ ČEZ u jikkonsisti minn membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ ČEZ u maniġers ewlenin oħrajn ta’ ČEZ u EDU II, bħall-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ EDU II u d-Direttur tal-Proġett.

—

Il-Bord tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Proġett huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-proġett b’mod konġunt minn ČEZ u EDU II. Huwa ppresedut mis-CEO ta’ EDU II u jikkonsisti minn membri ta’ ČEZ u EDU II li huma inkarigati minn partijiet awtonomi tal-Proġett. Il-membri tal-Bord ta’ ČEZ huma intitolati jattendu l-laqgħat ta’ dan il-bord fuq bażi regolari.

(35)

Filwaqt li ČEZ hija l-isponsor tal-Proġett inkarigat mit-twettiq tal-kontroll strateġiku u s-sorveljanza għall-Proġett, EDU II hija entità separata li se twettaq il-funzjonijiet ta’ ġestjoni kollha taħt il-kontroll u s-sorveljanza effettivi minn ČEZ. L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li ČEZ u EDU II se jkunu rregolati b’mod indipendenti minn xulxin għar-raġunijiet li ġejjin.

(36)

L-ewwel nett, iċ-Ċekja tistabbilixxi li se jkun hemm separazzjoni legali u finanzjarja ċara bejn EDU II u ČEZ. L-istruttura ta’ governanza (25) se tiżgura l-indipendenza ta’ EDU II minn ČEZ u telimina b’mod effettiv l-inċentivi għal ČEZ biex tinterferixxi bla bżonn fl-operat ta’ kuljum ta’ EDU II.

(37)

It-tieni, it-termini tal-kuntratt tax-xiri se jkollhom l-għan li jissalvagwardjaw l-interess tal-Istat għall-iżgurar tal-provvisti u jiżguraw mekkaniżmi ta’ penali f’każ ta’ ksur tal-obbligi kuntrattwali minn EDU II. Fi kwalunkwe każ, l-Istat jista’, permezz tas-sjieda tiegħu f’ČEZ (26), jiżgura wkoll li l-operat sħiħ tal-impjant tal-enerġija minn EDU II ma jiġix imfixkel.

(38)

It-tielet, iċ-Ċekja tispjega li hemm inċentiv ekonomiku qawwi biex EDU II topera b’mod effiċjenti fis-suq tal-elettriku kif iggarantit mill-formula tar-remunerazzjoni tal-PC. Kwalunkwe attività li għandha l-għan li tnaqqas id-dħul ta’ EDU II tmur kontra l-interess ekonomiku tal-kumpanija.

(39)

Ir-raba’, iċ-Ċekja tispjega li l-Proġett huwa ta’ importanza kritika għall-portafoll tal-ġenerazzjoni u r-riżultati finanzjarji tal-Grupp ČEZ, speċjalment wara l-waqfien tal-faħam u l-irtirar ta’ Dukovany I (li bħalissa huwa mistenni li jseħħ bejn l-2045 u l-2047, ara l-premessa 19). Skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju mħejji minn ČEZ (ara l-premessa 76 hawn taħt), ČEZ Group jistma li l-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament (EBITDA, earnings before interest, taxes, depreciation and amortisation) medja annwali ta’ EDU II matul il-ħajja tal-Proġett huwa ta’ madwar EUR [200 sa 500] miljun f’termini reali tal-2020, li, jekk kollox jibqa’ l-istess, jirrappreżenta żieda [minn 10 sa 20] % għall-EBITDA kurrenti tal-Grupp jekk ikkonsolidat bis-sħiħ. Bħala tali, id-daqs tal-Proġett, b’mod partikolari meta mqabbel mal-portafoll tal-ġenerazzjoni u l-karta bilanċjali eżistenti ta’ ČEZ, ifisser li se jkollu implikazzjonijiet materjali għall-Grupp ČEZ b’mod ġenerali.

3.2.2.   L-SPV

(40)

Il-PC (ara t-taqsima 3.6) għall-ħruġ tal-elettriku prodott mill-NPP huwa ppjanat bħala kuntratt bejn l-Istat u EDU II, il-benefiċjarju ewlieni tal-Proġett. Id-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-PC iffirmat bejn l-Istat u EDU II jistipula li l-Istat se jkun intitolat li jassenja/jiddelega ċerti drittijiet u obbligi li jirriżultaw mill-PC (jew porzjon speċifiku tiegħu) lil entità legali 100 % proprjetà tal-Istat li jkollha liċenzja għall-kummerċ bl-elettriku skont l-Att dwar l-Enerġija (“l-SPV”), li ssir parti għal dan il-ftehim wara ċ-ċessjoni/id-delega.

(41)

Jekk il-prezzijiet tal-elettriku jkunu ogħla mill-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC (spjegat fil-premessi minn 94 sa 106), l-SPV ma tkun teħtieġ l-ebda riżorsa addizzjonali mill-Istat. Madankollu, jekk il-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC ikun ogħla mill-prezzijiet tas-suq tal-elettriku, l-Istat se jkollu bżonn jiffinanzja d-differenza fil-prezz permezz tar-riżorsi tal-Istat, jiġifieri permezz tal-baġit tal-Istat u/jew permezz ta’ imposti fuq il-konsum, f’konformità mal-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC (spjegata fil-premessi minn 88 sa 93 hawn taħt). L-Artikolu 8 tal-LCA jħalli l-għażla f’idejn l-Istat li juża wieħed mill-mekkaniżmi finanzjarji jew it-tnejn li huma. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li x’aktarx ikun kombinament kemm tal-baġit tal-Istat kif ukoll ta’ imposti speċifiċi.

(42)

L-Artikolu 8 tal-LCA jistabbilixxi r-regoli li jippermettu lill-SPV li tistabbilixxi tariffa li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni jistgħu jiġbru mingħand il-konsumaturi tal-elettriku u jħallsu lura lill-SPV. Ir-regolatur nazzjonali tal-enerġija (l-Uffiċċju Regolatorju tal-Enerġija) jiddetermina l-metodu u t-twaqqit tal-kontabbiltà u l-iżborż tal-imposta biex ikopri l-kostijiet rilevanti. L-awtoritajiet Ċeki kkonfermaw ukoll li jekk tintuża imposta u r-rikavat mill-imposta ma jkunx suffiċjenti biex ikopri l-kostijiet tal-SPV, il-bqija tal-kostijiet ikunu koperti mill-baġit tal-Istat. Min-naħa l-oħra, f’każ li l-imposta, jekk ikun hemm, tiġġenera introjtu ’l fuq mill-kostijiet, dan l-eċċess jakkumula għall-benefiċċju tal-baġit tal-Istat. L-awtoritajiet Ċeki sostnew li kwalunkwe kost tal-SPV jiġi kkumpensat skont il-miżura sakemm iseħħ skont it-termini tas-suq biss (27). Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku se tiżgura wkoll li l-SPV se tkun qed taġixxi skont it-termini tas-suq.

(43)

Il-miżura 1 tidderieġi b’mod effettiv il-flussi tal-flus permezz tal-SPV (ara t-taqsima 3.6). Għalhekk, l-SPV se tassumi t-telf u tirċievi dħul mill-bejgħ lis-suq tal-elettriku prodott minn EDU II. Għalhekk, f’kundizzjonijiet tas-suq favorevoli, l-SPV se żżomm il-qligħ mill-attività tal-bejgħ tal-elettriku. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li eventwalment dan id-dħul se jiddaħħal fil-baġit tal-Istat (jew se jintuża biex jiffinanzja l-appoġġ għall-investimenti rinnovabbli, filwaqt li jnaqqas l-imposta rispettiva) peress li l-SPV se tkun totalment ta’ proprjetà taċ-Ċekja u kkontrollata minnha. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li taħt il-miżura ma hija prevista l-ebda distribuzzjoni diretta tad-dħul lill-klijenti tal-elettriku.

(44)

L-SPV se jkollha liċenzja għan-negozjar tal-elettriku skont l-Att Ċek dwar l-Enerġija, li tippermettilha tqiegħed l-output ta’ EDU II fis-swieq tal-elettriku bl-ingrossa. Huwa previst li tkun primarjament il-parti responsabbli mill-ibbilanċjar (“BRP”, balancing responsible party) fir-rigward tal-operatur tas-suq Ċek, OTE.

(45)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-objettiv ta’ dik l-istruttura huwa li jitnaqqas ir-riskju ta’ distorsjonijiet potenzjali tas-suq minħabba l-konċentrazzjoni tas-saħħa tas-suq fi ħdan il-Grupp ČEZ.

(46)

L-awtoritajiet Ċeki jipprevedu li l-SPV se tistabbilixxi l-post tan-negozjar u l-operazzjonijiet tagħha stess internament. Madankollu, huma indikaw li jekk fid-dawl tal-approċċ kummerċjali magħżul l-SPV tqis li huwa aktar xieraq u kost-effiċjenti, tista’ tagħmel sejħa għall-offerti kompetittiva, trasparenti u nondiskriminatorja miftuħa għall-partijiet xierqa kollha biex testernalizza l-funzjonijiet magħżula tagħha. Dan jista’ jinkludi li taġixxi bħala l-BRP jew il-funzjoni tan-negozjar fil-futur, fejn ikun hemm numru suffiċjenti ta’ kontropartijiet potenzjali kwalifikati fis-suq rilevanti. Madankollu, fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jiġi esternalizzat il-kummerċ tal-elettriku tal-SPV lill-Grupp ČEZ jew lil entitajiet li jiffurmaw parti mill-Grupp ČEZ.

(47)

Għalhekk, l-SPV jew tbigħ l-elettriku fis-suq tal-operaturi billi tuża l-post tan-negozjar tagħha stess jew testernalizza l-operazzjoni tagħha billi tikkuntratta ma’ parti terza, li mbagħad timpenja ruħha li tbigħ l-elettriku fis-suq f’isimha. L-SPV tista’ tikkonkludi wkoll kuntratti bilaterali għall-bejgħ tal-elettriku jew kuntratti ta’ ħħeġġjar ma’ klijenti individwali minbarra l-bejgħ fis-swieq (spot) ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata.

(48)

Iċ-Ċekja spjegat li l-SPV mistennija li tiġi stabbilita mhux qabel l-2030, iżda mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel l-ikkummissjonar ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari, biex jiġu evitati kostijiet bla bżonn meta jitqiesu l-inċertezzi b’rabta mas-suq u mal-ambjent regolatorju wara l-2030. Skont iċ-Ċekja, l-SPV se tiġi stabbilita f’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea applikabbli, jiġifieri li b’mod partikolari jiġu żgurati l-prinċipji tal-indipendenza, tal-kompetenza u tat-trasparenza. Skont l-LCA, l-SPV prevista li tkun entità 100 % proprjetà tal-Istat li għandha liċenzja għan-negozjar tal-elettriku (28).

(49)

L-SPV mhux se tkun parti minn grupp integrat vertikalment ikkontrollat minn ČEZ. L-istruttura korporattiva tal-SPV se tiġi interpretata skont l-Att. Nru 90/2012 Coll. dwar il-Kumpaniji u l-Kooperattivi Kummerċjali (l-Att dwar il-Korporazzjonijiet tan-Negozju), inklużi r-regoli tad-dmir maniġerjali ta’ diliġenza mill-membri tal-korpi tal-SPV. Il-bord superviżorju tal-SPV se jiġi stabbilit biex jiżgura l-prinċipji ta’ kompetenza u trasparenza. Barra minn hekk, se jitwaqqaf kumitat tal-awditjar indipendenti biex jissorvelja l-attivitajiet kontabilistiċi u tal-awditjar kollha tal-SPV.

3.2.3.   Għażla tal-benefiċjarju

(50)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-għażla tal-mudell kurrenti tal-Proġett u ta’ ČEZ bħala promotur tal-Proġett kienet ir-riżultat ta’ valutazzjoni dettaljata mill-Gvern, iżda ma kinitx preċeduta minn offerta, proċess ta’ għażla, jew sejħa pubblika għal espressjoni ta’ interess.

(51)

F’Ġunju 2017, il-Kumitat Permanenti għall-Enerġija Nukleari abbozza u ddiskuta rapport (29), li ġabar fil-qosor l-analiżi mwettqa, u l-valutazzjoni ta’ diversi mudelli ta’ investituri (inklużi konsorzji ta’ kumpaniji privati) u mudelli ta’ finanzjament ikkunsidrati għall-Proġett. Ir-rapport ta dettalji dwar tliet għażliet. L-ewwel għażla kienet konsorzju ta’ investitur privat bi tliet subgħażliet: (i) konsorzju ta’ investituri li jeskludi totalment il-parteċipazzjoni mill-Istat Ċek jew mill-Grupp ČEZ; (ii) konsorzju ta’ investituri b’sehem minoritarju miżmum minn ČEZ Group; u (iii) konsorzju ta’ investituri b’sehem minoritarju miżmum mill-Istat. Din l-ewwel għażla ma ntgħażlitx minħabba l-kontroll baxx li l-Istat seta’ jeżerċita fuq it-tlestija tal-Proġett. It-tieni għażla kienet li l-Proġett jitwettaq totalment minn entità separata tal-Istat li għandha tiġi fdata bil-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari. Filwaqt li dik l-għażla tqieset li toffri sigurtà suffiċjenti, din ġiet irrifjutata minħabba l-impatt għoli fuq il-baġit u n-nuqqas ta’ għarfien tekniku suffiċjenti.

(52)

It-tielet għażla fejn ČEZ li kienet il-promotur tal-Proġett (30) tqieset mill-awtoritajiet Ċeki bħala ottimali peress li pprovdiet il-kontroll meħtieġ mill-Istat (b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment tal-SPV) u ħadet vantaġġ mill-esperjenza ta’ ČEZ fil-kostruzzjoni u l-operat tal-impjanti tal-enerġija nukleari. Skont l-awtoritajiet Ċeki, ČEZ hija l-aktar entità addattata biex taġixxi bħala l-iżviluppatur u l-investitur għall-Proġett, parzjalment minħabba l-interess tas-sjieda maġġoritarja fil-kumpanija miżmum miċ-Ċekja rrappreżentat mill-Ministeru tal-Finanzi, li tipprovdi lill-Gvern Ċek b’assigurazzjoni fir-rigward tal-aspetti tas-sigurtà nazzjonali u d-disponibbiltà tal-fondi meħtieġa għall-kapital ta’ ekwità. Dik l-għażla ġiet approvata wara r-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 485 tat-8 ta’ Lulju 2019.

(53)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li fiċ-Ċekja, ČEZ għandha esperjenza estensiva fis-suq bħala żviluppatur u operatur ta’ impjanti tal-enerġija nukleari kredibbli u kapaċi u hija familjari ferm mal-qafas leġiżlattiv u regolatorju, inklużi l-proċeduri ta’ liċenzjar. Bħala waħda mill-akbar għaxar kumpaniji tal-enerġija fl-Ewropa, il-Grupp ČEZ għandu esperjenza wkoll fir-riċerka nukleari, l-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet tal-enerġija u l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-enerġija. Għalhekk, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li ČEZ għandha persunal bi kwalifiki għolja u esperjenzati mhux biss fl-enerġija nukleari, iżda wkoll fl-akkwist pubbliku u fin-negozjati, li jenħtieġ li jkunu ta’ vantaġġ għat-twettiq tal-Proġett.

(54)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, id-disponibbiltà ta’ siti xierqa għall-kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari u r-razzjonalità ekonomika ta’ tali kostruzzjoni jikkostitwixxu aspetti importanti oħra tal-Proġett. Iċ-Ċekja għandha kundizzjonijiet ġeoloġiċi, ġeografiċi u tekniċi xierqa limitati għall-kostruzzjoni ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari fir-rigward tal-istabbiltà tas-sottoswol, id-disponibbiltà tal-ilma u l-possibbiltà tat-trażmissjoni tal-enerġija prodotta. L-awtoritajiet Ċeki qiesu li l-aħjar kundizzjonijiet, ivverifikati b’aktar minn 30 sena ta’ operat tal-unitajiet eżistenti, kienu f’Dukovany.

(55)

L-awtoritajiet Ċeki taw dettalji dwar l-isforzi preparatorji li saru sa issa minn ČEZ. B’mod speċifiku, ČEZ akkwistat is-sjieda tas-sit propost għall-NPP, liema proċess beda f’April 2008 u kien iffinalizzat fl-2021. Barra minn hekk, ČEZ wettqet studji tal-fattibbiltà bl-għan li tħaffef l-iskeda ta’ żmien tal-iżvilupp tal-Proġett u tnaqqas il-kostijiet assoċjati. Dawn l-azzjonijiet ittieħdu biex itaffu d-distakk previst fil-kapaċità u jiżguraw is-sigurtà tal-ħtiġijiet tal-provvista tas-sistema. Barra minn hekk, iċ-Ċekja enfasizzat li proġetti alternattivi b’perjodi ta’ żvilupp itwal ma jindirizzawx b’mod adegwat it-tħassib immedjat dwar il-provvista. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li f’każ li promotur ta’ proġett differenti kellu jfittex sit xieraq għall-NPP fiċ-Ċekja, ġie stmat dewmien sinifikanti sa 14-il sena lil hinn mill-iskeda ta’ żmien tal-Proġett, flimkien ma’ riskji u kostijiet akbar. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li fil-każ ta’ promotur ta’ proġett differenti, x’aktarx li jiġġarrbu kostijiet addizzjonali ta’ madwar EUR [200 sa 700] miljun, li jkopru l-valur tas-sit tal-NPP, il-liċenzjar, l-attivitajiet ta’ żvilupp, u s-sinerġiji mal-infrastruttura eżistenti tal-NPP.

(56)

ČEZ u EDU II diġà għandhom għadd ta’ liċenzji u approvazzjonijiet essenzjali għat-twettiq tal-Proġett, bħall-valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u l-permess tal-post skont l-Att Atomiku u l-Awtorizzazzjoni tal-Istat għal impjant ġdid tal-enerġija nukleari. Il-proċess għall-kisba tal-liċenzja tal-bini u l-permess tal-ippjanar, meħtieġ skont ir-regoli nazzjonali, miexi ’l quddiem ukoll.

(57)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-ekonomija tal-pajjiż hija fil-biċċa l-kbira esposta għal theddid minn sorsi esterni li jikkonċernaw l-provvista tal-enerġija. Is-sjieda pubblika tal-maġġoranza tal-ishma ta’ ČEZ kienet aspett importanti fl-għażla, speċjalment mill-perspettiva tal-iżgurar tas-salvagwardja tal-interessi tas-sigurtà nazzjonali taċ-Ċekja.

(58)

Billi jespandi l-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari fil-portafoll tal-Grupp ČEZ biex jissostitwixxi d-dekummissjonar futur ta’ xi wħud mill-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni eżistenti, il-Proġett jifforma parti ċentrali mill-istrateġija tan-negozju ta’ ČEZ fuq terminu medju sa twil.

(59)

Fl-aħħar nett, iċ-Ċekja sostniet li għall-Proġett ma kien hemm l-ebda alternattiva vijabbli oħra għajr ČEZ, mingħajr ma dan ikollu xi effett fuq proġetti simili futuri.

3.3.   Deskrizzjoni ġenerali tal-Proġett

(60)

Il-proġett jikkonsisti mill-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari fis-sit ta’ Dukovany, iċ-Ċekja, b’kapaċità sa 1 200 MW.

(61)

L-LCA, li toħloq qafas wiesa’ għall-appoġġ għall-investiment nukleari, ma taqax taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni peress li l-LCA tikkostitwixxi liġi applikabbli b’mod ġenerali distinta mill-miżuri ta’ appoġġ mill-Istat imfassla u prevista speċifikament għall-Proġett.

(62)

L-appoġġ mill-Istat jikkonsisti f’pakkett ta’ tliet miżuri:

(63)

Miżura 1: Kuntratt ta’ Xiri tal-elettriku (“PC” jew “kuntratt ta’ ħruġ”) bejn il-benefiċjarju ewlieni - EDU II, sussidjarja totalment ta’ proprjetà ta’ ČEZ u l-Istat irrappreżentat mill-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ (il-“Ministeru”). L-elettriku se jinbiegħ lil impriża li tiffunzjona bħala SPV li għandha tiġi inkorporata fi stadju aktar tard, proprjetà tal-Istat u ġestita direttament minnu (ara t-taqsima 3.6);

(64)

Miżura 2: self mill-Istat (assistenza finanzjarja ripagabbli; “RFA”, repayable financial assistance) b’rata tal-imgħax issussidjata, li tkopri, fil-prinċipju, 100 % tal-kostijiet tal-kostruzzjoni (ara t-taqsima 3.7);

(65)

Miżura 3: mekkaniżmu ta’ Bidla fil-Liġi jew ta’ Protezzjoni tal-Politika għal ČEZ bħala l-investitur (xi drabi magħruf ukoll bħala l-“Investitur”; ara t-taqsima 3.8).

(66)

Il-benefiċjarji (ara t-taqsima 3.2) u l-istruttura tal-Proġett huma ppreżentati fl-illustrazzjoni li ġejja:

Illustrazzjoni 1

Struttura tal-Proġett Dukovany

Image 2

Sors:

Awtoritajiet Ċeki

(67)

Il-proġett huwa maqsum f’ħames stadji:

—

Stadju 1: Preparazzjoni u għażla tal-fornitur [mill-2020 sal-2025]

—

Stadju 2: Xogħlijiet preliminari [mill-2025 sal-2029]

—

Stadju 3: Kostruzzjoni u kkummissjonar [mill-2030 sal-2036]

—

Stadju 4: Perjodu tal-garanzija [mill-2036 sal-2038]

—

Stadju 5a: Operazzjonijiet [mill-2038 sal-2096]

—

Stadju 5b: Dekummissjonar [mill-2096 sal-2116]

(68)

L-impjant il-ġdid tal-enerġija nukleari mibni reċentement huwa mistenni li jiġi kkummissjonat fl-2036 għall-operazzjonijiet ta’ prova, filwaqt li l-operazzjonijiet kummerċjali huma ppjanati li jibdew fl-2038. L-impjant se jkollu ħajja operattiva ta’ 60 sena u huwa ppjanat li jiġi dekummissjonat fl-2096.

(69)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni konkluż bejn iċ-Ċekja, ČEZ u EDU II jirregola l-istadju 1 tal-Proġett, jiġifieri sal-għażla tal-kuntrattur tal-inġinerija, tal-akkwist u tal-kostruzzjoni (“EPC”, engineering, procurement and construction). Fost affarijiet oħra, dan il-kuntratt iservi l-interessi fundamentali tas-sigurtà taċ-Ċekja matul l-implimentazzjoni tal-Proġett u jiżgura l-aċċess taċ-Ċekja għall-informazzjoni dwar il-Proġett kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà għall-proċeduri tal-għażla. Dak l-istadju huwa mistenni li jitlesta fl-2025. Għall-istadji 2 u 3 tal-Proġett (jiġifieri x-xogħlijiet preliminari, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar) l-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni jipprevedi li fil-31 ta’ Diċembru 2024 jew qabel, it-Tieni Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni jew il-PC għandu jiġi ffirmat u għandu jissostitwixxi l-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni. Minn hemm ’il quddiem l-istruttura kuntrattwali tinkludi l-PC, il-Ftehim tal-Investitur u d-deċiżjoni tal-Istat li tipprovdi l-RFA.

(70)

Iċ-Ċekja ssostni li minħabba l-interess essenzjali tas-sigurtà nazzjonali tal-proġett, l-Istat kellu jinkludi kundizzjonijiet fil-qafas kuntrattwali, filwaqt li jiżgura li jkollu kontroll suffiċjenti fuq il-Proġett. Dawk il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fl-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni, inkluż dwar il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali u kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-Istat. F’dak il-kuntratt, il-partijiet iqisu li l-interessi tas-sigurtà nazzjonali jikkostitwixxu raġuni valida għal deroga mir-regoli nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku abbażi tat-Taqsima 29(a) tal-Att Nru 134/2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (31) għall-għażla ta’ parti kontraenti għall-kostruzzjoni tal-impjant tal-enerġija.

(71)

ČEZ u EDU II iddiskutew l-organizzazzjoni tal-offerti barra mir-reġim tal-Att dwar l-Akkwist Pubbliku mal-Uffiċċju nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u kisbu opinjoni pożittiva fil-15 ta’ Ġunju 2020 qabel ma komplew bis-sejħa għall-offerti (32).

(72)

Il-fornitur tal-EPC se jkun responsabbli għall-inġinerija, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar tal-Proġett. Wara d-deċiżjoni tal-Istat li jeskludi applikanti minn Stati li ma kinux parti għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (33), fiż-żmien tat-tnedija tal-proċess ta’ akkwist kien hemm tliet għażliet teknoloġiċi possibbli:

—

Id-disinn AP1000 minn Westinghouse Electric Company LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika);

—

id-disinn APR1000+ mill-Korea Hydro & Nuclear Power (il-Korea t’Isfel); u

—

id-disinn EPR 1200 minn EdF (Franza).

(73)

Is-sejħa għall-offerti għall-għażla tal-kuntrattur tal-EPC tnediet minn ČEZ, permezz tas-sussidjarja tagħha EDU II, f’Marzu 2022, u l-offerti inizjali mit-tliet fornituri magħżula minn qabel waslu f’Novembru tal-istess sena. Wara li darbtejn estendew l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti finali, it-tliet fornituri potenzjali magħżula minn qabel ipprovdew offerti aġġornati fil-31 ta’ Ottubru 2023. Iċ-Ċekja spjegat li, skont it-termini tal-proċess ta’ sejħa għall-offerti, l-offerti rispettivi kienu meħtieġa jinkludu offerti vinkolanti għall-kostruzzjoni tal-ħames unità f’Dukovany, li huwa s-suġġett tal-Proġett u l-bażi għal din id-Deċiżjoni, u offerti mhux vinkolanti għal tliet unitajiet addizzjonali, li waħda minnhom tkun fis-sit ta’ Dukovany u tnejn ikunu fis-sit ta’ Temelín.

(74)

Fil-31 ta’ Jannar 2024, il-Gvern Ċek iddeċieda (34) li jespandi l-ambitu tal-offerta tal-EPC billi inkariga lil EDU II biex titlob offerti vinkolanti għal massimu ta’ erba’ reatturi nukleari (inkluż il-Proġett), bl-għan li tiġi żgurata l-għażla li titkompla l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-unitajiet addizzjonali f’xi punt fil-futur, meta u jekk l-Istat Ċek jiddeċiedi li jagħmel dan. Iċ-Ċekja spjegat li la l-investitur/l-operatur u lanqas il-mudell ta’ finanzjament għal dawn l-unitajiet addizzjonali ma ġew iddeterminati fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Gvern Ċek inkariga lill-Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ u lill-Ministru tal-Finanzi biex, sal-31 ta’ Diċembru 2024, jippreżentaw lill-Gvern proposta għall-finanzjament tat-tliet unitajiet nukleari ġodda addizzjonali fis-siti ta’ Dukovany u Temelín. L-appoġġ mill-Istat għall-kostruzzjoni ta’ dawn it-tliet unitajiet addizzjonali, jekk ikun hemm, jaqa’ barra mill-iskop ta’ din id-Deċiżjoni.

(75)

L-awtoritajiet Ċeki jimpenjaw ruħhom li, f’każ li l-għajnuna mill-Istat titqies meħtieġa għat-tliet unitajiet nukleari addizzjonali minbarra l-ħames reattur fis-sit ta’ Dukovany, iċ-Ċekja se tinnotifika kif xieraq l-għajnuna lill-Kummissjoni Ewropea u tistenna l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni.

3.4.   Xogħlijiet preparatorji għall-Proġett

(76)

Fid-dawl tal-ħtieġa għall-kapaċità nukleari ġdida, ČEZ approvat pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali fl-2010 li jammonta għal kapaċità ta’ 1 200 MW għas-sit ta’ Dukovany sal-2036. Fl-istess sena tlesta studju tal-fattibbiltà għall-espansjoni tal-kapaċitajiet nukleari kurrenti fis-sit ta’ Dukovany. Pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali mħejji minn ČEZ ġie ppreżentat lill-Kummissjoni f’Ġunju 2021 u ġiet ipprovduta verżjoni aġġornata fil-25 ta’ Ottubru 2023.

(77)

ČEZ bdiet takkwista l-art meħtieġa għall-Proġett diġà f’April 2008. Minn Frar 2024, EDU II kienet is-sid tal-art meħtieġa għall-Proġett u l-offerenti kollha (tal-offerta tal-EPC) ġew infurmati dwar l-ispazju disponibbli.

(78)

Il-proġett kellu jgħaddi minn Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (“VIA”) biex jidentifika, jiddeskrivi u jivvaluta b’mod komprensiv l-impatt prevedibbli fuq l-ambjent u s-saħħa pubblika. Il-proċess beda kmieni fl-2016 u kien jinkludi konsultazzjonijiet internazzjonali u diskussjonijiet pubbliċi fl-2018. Il-VIA kienet segwita minn valutazzjoni indipendenti pożittiva u l-Ministeru tal-Ambjent ħareġ dikjarazzjoni vinkolanti pożittiva dwar il-VIA tal-Proġett f’Awwissu 2019 (35), pass meħtieġ biex jinbdew il-permessi tal-Proġett.

(79)

F’Marzu 2020, ČEZ u EDU II bdew il-proċess biex jivvalutaw is-sit għal installazzjoni nukleari f’termini ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, sikurezza teknika, sitwazzjoni tar-radjazzjoni, monitoraġġ, ġestjoni ta’ avvenimenti straordinarji tar-radjazzjoni u sigurtà matul il-ħajja ta’ installazzjoni nukleari. EDU II kisbet liċenzja għas-sit tal-installazzjoni nukleari f’Marzu 2021, li hija l-ewwel liċenzja meħtieġa għal unità nukleari ġdida. Iċ-Ċekja tiddikjara li nkisbu l-liċenzji u l-permessi ewlenin kollha meħtieġa biex jiġi ffaċilitat il-progress f’waqtu tal-Proġett.

3.5.   Karatteristiċi tekniċi

(80)

Il-Proġett huwa mmirat lejn il-kostruzzjoni ta’ reattur b’ilma pressurizzat (“PWR”, pressurised water reactor) ta’ ġenerazzjoni III+. Medda ta’ bejn 850 MW u 1 200 MW titqies li toffri soluzzjonijiet tekniċi suffiċjenti għall-għażla tal-fornitur tat-teknoloġija. L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li l-imsieħba fit-teknoloġija u t-twettiq għall-Proġett jintgħażlu permezz ta’ proċess kompetittiv u trasparenti ta’ sejħa għall-offerti .

(81)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li l-Proġett se jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fil-punt 4.27 tal-att delegat adottat skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija (36). Fl-11 ta’ Jannar 2023, iċ-Ċekja adottat ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 24/2023 (37) li tistabbilixxi l-obbligu taċ-Ċekja li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar b’rabta mal-immaniġġjar ta’ skart radjuattiv li jirriżultaw mir-Regolament tat-Tassonomija. B’mod speċifiku, din ir-Riżoluzzjoni tirrikjedi konformità mal-punti 4.26, 4.27 u 4.28 tal-Anness I tar-Regolament tat-Tassonomija, inkluż mar-rekwiżiti li jkun hemm pjan dokumentat b’passi dettaljati sabiex ikun hemm faċilità għad-disponiment tal-iskart radjuattiv ta’ livell għoli li topera sal-2050, u l-użu ta’ fjuwil tolleranti għall-aċċidenti mill-2025. Skont dik ir-Riżoluzzjoni, il-Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ għandu jippreżenta lill-Gvern Ċek proposta għall-aġġornament tal-Politika Nazzjonali dwar il-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv u l-Fjuwil Użat sal-31 ta’ Diċembru 2024, inkluża l-iskadenza għall-għażla tas-sit finali u s-siti ta’ riżerva għall-faċilità futura għad-disponiment fil-fond.

(82)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li f’konformità mar-Regolament tat-Tassonomija se jkun hemm riżorsi disponibbli fi tmiem il-ħajja utli stmata tal-impjant tal-enerġija nukleari li jikkorrispondu mal-kost stmat tal-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-iskart radjuattiv kif muri mill-inklużjoni tal-kostijiet tad-dekummissjonar u tat-trattament tal-iskart nukleari fil-Mudell Finanzjarju tal-Proġett (ara t-taqsima 3.6.6).

3.6.   Miżura 1: Kuntratt ta’ xiri (il-PC)

3.6.1.   Elementi ewlenin tal-PC

(83)

L-ewwel miżura tikkonsisti fil-PC bejn l-Istat bħala off-taker u EDU II bħala fornitur, li jipprovdi appoġġ għad-dħul matul l-ewwel 40 sena tal-operat tal-impjant tal-enerġija nukleari. Il-benefiċjarju huwa EDU II, impriża sussidjarja totalment ta’ proprjetà ta’ ČEZ Group (ara t-taqsima 3.2), u l-kontroparti tal-kuntratt se tkun l-SPV totalment ta’ proprjetà tal-Istat Ċek (ara t-taqsima 3.2.2).

(84)

Inizjalment, iċ-Ċekja kienet innotifikat durata tal-kuntratt ta’ 60 sena, bi prezz fiss stmat bejn EUR 50 u EUR 60/MWh, li jinċentiva lill-impjant tal-enerġija biex jimmassimizza l-output.

(85)

Sabiex tindirizza d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, iċ-Ċekja ssostitwiet il-miżura deskritta fil-premessa 84 hawn fuq mill-PC b’formula ta’ remunerazzjoni, li ċ-Ċekja tqis li għandha effetti simili għall-Kuntratt bidirezzjonali għad-Differenza (“CfD”, Contract for Difference) (38) li, minbarra garanzija tad-dħul, jinkludi limitazzjoni ’l fuq tad-dħul mis-suq tal-benefiċjarju. Iċ-Ċekja spjegat li l-miżura ta’ appoġġ modifikata se tipprovdi inċentivi xierqa għal EDU II biex topera u tipparteċipa b’mod effiċjenti fis-swieq tal-elettriku billi tottimizza l-output tagħha b’rispons għas-sinjali tas-suq fi ħdan ir-restrizzjonijiet tekniċi tal-impjant.

(86)

Skont l-abbozz tat-termini tal-PC, l-SPV se toħroġ l-enerġija kollha ġġenerata u esportata lejn il-grilja minn EDU II (il-“Volum tal-Output”) għal tul ta’ 40 sena (il-“Perjodu ta’ Ħruġ”) mill-bidu tal-operazzjoni. (39) EDU II se tkun obbligata tbigħ il-Volum tal-Output kollu tagħha matul il-Perjodu ta’ Ħruġ tal-PC esklussivament lill-SPV u se tirċievi pagamenti bbażati fuq il-“Formula tar-Rimunerazzjoni” tal-PC (ara l-premessa (88) hawn taħt).

(87)

Id-drittijiet kollha ta’ dispaċċ huma ta’ EDU II. Jekk l-SPV tonqos milli toħroġ il-Volum tal-Output jew kwalunkwe parti minnu, f’din iċ-ċirkostanza eċċezzjonali EDU II tbigħ l-elettriku bħala prenditur tal-prezzjiet fis-suq spot. Iċ-Ċekja ssostni li l-għan huwa li tiġi żgurata l-kapaċità li tkompli l-produzzjoni tal-elettriku sakemm tiġi solvuta s-sitwazzjoni. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu legali (telf tal-awtorizzazzjoni għan-negozjar), finanzjarji (insolvenza, inabbiltà li jiġu ssodisfati l-obbligi, nuqqas ta’ twettiq tal-kundizzjonijiet finanzjarji tas-saldu tad-devjazzjonijiet) jew tekniċi (telf tal-aċċess għas-swieq għall-SPV). F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-impjant tal-enerġija għadu għaddej, u l-elettriku jeħtieġ li jinġieb fis-suq. L-SPV se tħallas kumpens lil EDU II biex tkopri kwalunkwe nuqqas meta mqabbel mad-dħul li EDU II tkun kisbet kieku l-SPV kienet ikkonformat mal-obbligu tiegħu tal-ħruġ. Iċ-Ċekja impenjat ruħha li f’dan il-każ, EDU II se tbigħ l-elettriku kollu prodott fis-suq spot (suq ta’ ġurnata bil-quddiem jew tal-istess ġurnata bbażat fuq il-kambju) bħala prenditur tal-prezzjiet (u b’hekk mingħajr ma tistabbilixxi prezz minimu għall-elettriku). L-awtoritajiet Ċeki sostnew li f’din is-sitwazzjoni EDU II la tista’ tagħżel xi xerrej speċifiku (peress li l-bejgħ isir fuq kambju anonimu) u lanqas tiddetermina l-prezz jew il-kundizzjonijiet tal-bejgħ (peress li l-prodotti standard jinbiegħu bil-prezz marġinali fuq il-kambju). L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li f’każ bħal dan, il-Ministeru bħala l-entità responsabbli għall-ħatra tal-SPV se jwettaq il-passi meħtieġa biex jirrestawra l-kapaċità tal-SPV li jissodisfa l-obbligi tiegħu ta’ ħruġ. F’konformità mal-Att dwar l-Enerġija b’Livell Baxx ta’ Karbonju, l-SPV jew il-Ministeru se jinforma lill-ARN (Awtorità Regolatorja Nazzjonali) dwar kwalunkwe avveniment bħal dan.

(88)

Il-formola tar-Remunerazzjoni tal-PC tikkalkula l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-SPV lil EDU II jew viċi versa. Il-formula tikkonsisti f’żewġ komponenti, (1) saldu ex-post u (2) l-esponiment tas-suq. Hija mfassla fuq il-bażi tal-formula bażi li ġejja:

Image 3

inklużi ċerti aġġustamenti applikabbli għat-terminu tas-saldu ex-post, skont iċ-ċirkostanzi tas-suq u l-kost operazzjonali tal-impjant. B’mod speċifiku, il-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC hija definita bħala:

Formula
Formula

Fejn:

—

(R) hija r-remunerazzjoni.

—

(p h ) huwa l-Prezz tas-Suq definit bħala l-prezz tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem ta’ kull siegħa fuq PXE (40).

—

(q h ) huwa l-Volum tal-Output ta’ EDU II f’siegħa partikolari.

—

(q) huwa l-Volum tal-Output ta’ EDU II magħdud mal-Perjodu tal-Issetiljar (il-perjodu li fih huwa definit il-Prezz ta’ Referenza tas-Suq, jiġifieri sena).

—

(f) huwa l-Prezz tal-Eżerċitar (ara t-taqsima 3.6.2).

—

(p’) huwa l-Prezz ta’ Referenza tas-Suq definit bħala l-medja aritmetika ex-post tal-Prezzijiet tas-Suq (p h ) matul is-sena li tintemm bid-data li fiha jiġi kkalkulat il-Prezz ta’ Referenza tas-Suq.

—

(k) hija l-Kwantità Referenzjali definita ex-ante bħala l-volum tal-output preżunt matul il-Perjodu ta’ Saldu.

—

(c) hija l-Kost Varjabbli Operazzjonali tal-impjant tal-enerġija.

—

(α) L-alfa hija definita bħala l-kwozjent tal-Prezz tal-Eżerċitar u l-Kost Operazzjonali (α=f/c). L-alfa tiġi stabbilita fiż-żmien meta s-saldu ex-post pagabbli lil EDU II jiġi kkalkolat abbażi tal-valuri applikabbli ta’ (c) u (f).

(89)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-ewwel terminu tal-formula bażi, jiġifieri s-saldu ex-post se jipprovdi stabbiltà tad-dħul għall-benefiċjarju irrispettivament mill-kundizzjonijiet medji tas-suq, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura lill-Istat kontra kumpens żejjed (41). Is-saldu ex-post se jiġi kkalkulat għall-Perjodu ta’ Saldu (il-perjodu li matulu jiġi definit il-Prezz ta’ Referenza tas-Suq, jiġifieri sena) abbażi tal-valuri attwali għall-Prezz ta’ Referenza tas-Suq, alfa u parametri applikabbli oħra, u se jkun pagabbli xahrejn wara t-tmiem ta’ kull Perjodu ta’ Saldu. Il-prinċipju ġenerali tal-formula bażi huwa li meta l-prezz ta’ referenza tas-suq (p’) ikun aktar baxx mill-Prezz tal-Eżerċitar (f), l-impjant tal-enerġija jirċievi d-differenza bejn il-Prezz tal-Eżerċitar (f) u l-prezz ta’ referenza tas-suq (p’) għall-kwantità ta’ referenza (k); min-naħa l-oħra, meta l-prezz ta’ referenza tas-suq (p’) ikun ogħla mill-Prezz tal-Eżerċitar (f), l-impjant tal-enerġija jkun obbligat iħallas lura d-differenza għall-kwantità ta’ referenza (k).

(90)

Meta mqabbla mal-formula bażi, il-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC tinkludi ċerti aġġustamenti għat-terminu tas-saldu ex-post, skont iċ-ċirkostanzi tas-suq (p’ ) u l-kost varjabbli operazzjonali tal-unità tal-impjant (c), kif definit fil-premessa (88). B’mod speċifiku, meta l-prezz ta’ referenza tas-suq (p’) ikun ogħla mill-kost varjabbli operazzjonali tal-impjant tal-enerġija (c) matul il-perjodu tas-saldu, it-terminu tas-saldu ex-post jiġi aġġustat sabiex jillimita l-irkupru, bil-ħsieb li jipprovdi miżura ta’ salvagwardja kontra t-telf operazzjonali f’każ ta’ qtugħ mhux ippjanat meta l-prezzijiet ikunu għoljin. Pereżempju, jekk il-prezz tas-suq ta’ referenza jkun ogħla mill-kostijiet varjabbli operazzjonali (c) u ogħla mill-Prezz tal-Eżerċitar (f), EDU II tħallas lura d-differenza bejn il-prezz ta’ referenza tas-suq (p’) u l-Prezz tal-Eżerċitar (f) għall-inqas tal-kwantità ta’ referenza aktar baxxa (k) u l-volum tal-output (q). Meta l-prezz ta’ referenza tas-suq (p’) ikun daqs jew inqas mill-kost varjabbli operazzjonali tal-impjant tal-enerġija (c), il-valur tas-saldu ex-post jiġi limitat għad-differenza bejn il-Prezz tal-Eżerċitar (f) u l-kostijiet varjabbli operazzjonali (c) immultiplikat bil-kwantità ta’ referenza (k), bil-ħsieb li jipprovdi miżura ta’ salvagwardja kontra r-remunerazzjoni eċċessiva meta l-prezzijiet ikunu baxxi.

(91)

It-tieni terminu tal-formula bażi, jiġifieri l-esponiment tas-suq, huwa maħsub biex jipprovdi inċentivi għal EDU II biex tottimizza l-operat tagħha matul is-sena abbażi tas-sinjal tal-Prezz tas-Suq (p h ) ta’ ġurnata bil-quddiem. Fl-aħħar ta’ kull xahar, EDU II se tirċievi il-pagamenti rispettivi mill-SPV abbażi tas-somma tal-Volum tal-Produzzjoni reali fis-siegħa tagħha mmultiplikata bil-Prezzijiet tas-Suq attwali f’kull siegħa ta’ dak ix-xahar, jiġifieri

Formula

.

(92)

Skont il-PC, EDU II hija libera li tiddeċiedi l-output tagħha u ma hijiex obbligata żżomm livell minimu predeterminat ta’ output. L-elettriku kollu prodott minn EDU II se jinxtara mill-SPV li se tbigħu fis-suq, abbażi ta’ strateġija ta’ bejgħ li se tikkonforma ma’ ċerti impenji (ara t-taqsima 3.6.4). Kwalunkwe devjazzjoni bejn il-prezz realizzat fis-suq mill-SPV u l-Prezz tas-Suq imħallas lil EDU II titwettaq mill-SPV.

(93)

Iċ-Ċekja sostniet li l-PC se jiġi konkluż fi stadju aktar tard, wara l-għażla tal-kuntrattur tal-EPC u l-imsieħba tat-twettiq. Il-PC se jiġi konkluż u ffirmat f’konformità mat-termini kuntrattwali tal-EPC. L-SPV se tiġi stabbilita aktar tard u qabel l-ikkummissjonar tal-impjant tal-enerġija mibni l-ġdid, bħala l-kontroparti kuntrattwali stabbilita fil-PC.

3.6.2.   Issettjar tal-Prezz tal-Eżerċitar għall-PC

(94)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-PC se jiddetermina l-Prezz tal-Eżerċitar inizjali kkalkulat abbażi tal-mudell finanzjarju (“Mudell Finanzjarju”) ippreżentat miċ-Ċekja (42) b’tali mod li jippermetti lill-Investitur jikseb redditu fuq l-ekwità fil-mira (“rata ta’ redditu interna fuq l-Ekwità Permessa” (“IRR” (Internal Rate of Return) jew “RoE” (Return on Equity))) [minn 9 sa 11] % nominali, wara t-taxxa, finanzjament prekummerċjali matul il-ħajja operazzjonali mistennija tal-Proġett (inklużi l-kostijiet tad-dekummissjonar). Il-valur tal-Prezz tal-Eżerċitar ibbażat fuq is-suppożizzjonijiet tal-Mudell Finanzjarju ppreżentati lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Marzu 2024 huwa [minn 65 sa 80] EUR/MWh (43), u l-valur tal-kwantità ta’ referenza huwa [minn 75 sa 100] % tal-kapaċità netta. Il-valur tal-Prezz tal-Eżerċitar jista’ jinbidel b’mod sinifikanti ħafna skont id-diversi parametri tal-input kif deskritt hawn taħt f’din is-subtaqsima. Jekk, pereżempju, wara l-konklużjoni tal-kuntratt tal-EPC il-kostijiet mistennija tal-kostruzzjoni kellhom ikunu ogħla b’mod sinifikanti milli taħt is-suppożizzjonijiet inizjali, dan sa fejn iż-żieda fil-kost hija dovuta għal Raġunijiet Leġittimi (spjegati fil-premessa 104 hawn taħt), jirriżulta f’żieda sinifikanti għall-Prezz tal-Eżerċitar. Iċ-Ċekja ppreżentat total ta’ 35 xenarju differenti lill-Kummissjoni, li jirrappreżentaw suppożizzjonijiet possibbli differenti dwar l-iżvilupp tal-kostijiet u tad-dħul u li jirriżultaw fi Prezzijiet tal-Eżerċitar inizjali li jvarjaw [minn 50 sa 80] EUR/MWh (fix-xenarju 35, abbażi ta’ suppożizzjonijiet għoljin tal-prezzijiet tas-suq [minn 100 sa 200] EUR/MWh) għal [minn 100 sa 125] EUR/MWh (fix-xenarju 30, abbażi ta’ żieda fil-kost tal-kostruzzjoni għal minn EUR [17 sa 18] biljun).

(95)

Bħala inputs, il-Mudell Finanzjarju se juża suppożizzjonijiet inkluż dwar l-aspettattivi tal-prezzijiet tas-suq, id-disponibbiltà ta’ EDU II, l-aspettativi ta’ segwitu tat-tagħbija (44), il-kostijiet mistennija tal-kostruzzjoni, il-kostijiet operatorji u l-kostijiet tad-dekummissjonar u suppożizzjonijiet rilevanti oħra bħan-nefqa kapitali u l-finanzjament (inkluż is-self mill-Istat, ara t-taqsima 3.7), kif ukoll il-kwantità ta’ referenza inizjali għall-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC. It-taqsima 3.6.6 tagħti dettalji dwar dawn is-suppożizzjonijiet.

(96)

Il-Mudell Finanzjarju jippermetti t-tbassir tal-volum tal-output u l-kalkolu tal-fluss tal-flus liberi f’kull sena mill-iffirmar tal-PC sa tmiem id-dekummissjonar. Il-Prezz tal-Eżerċitar (li jaffettwa d-dħul mistenni tal-impjant tal-enerġija permezz tat-terminu tas-saldu ex-post) jiġi kkalkulat fil-Mudell Finanzjarju bħala l-valur li jipproduċi valur preżenti nett ta’ flussi ta’ flus ugwali għal żero fl-IRR tal-Ekwità Permessa.

(97)

Il-biċċa l-kbira tal-elementi tal-kostijiet u inputs oħra (inklużi l-previżjonijiet tal-prezzijiet tas-suq) għall-mudell se jkunu soġġetti għall-indiċjar tal-inflazzjoni. Il-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC se jkun soġġett ukoll għall-indiċjar tal-inflazzjoni. Indiċi definit jew basket ta’ indiċijiet se jiġi applikat għall-elementi kollha ta’ kost rilevanti u inputs oħra fil-mudell. Xi elementi ta’ kost mhux se jiġu indiċjati peress li dawn jiġu ddeterminati permezz tal-leġiżlazzjoni jew tal-RFA (pereżempju l-imgħax tal-RFA, il-kostijiet tad-dekummissjonar, l-issodisfar tal-kont nukleari, ir-riżervi minimi tal-każ). Il-previżjonijiet tal-prezzijiet tas-suq se jiġu indiċjati abbażi tal-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (CPI, Consumer Price Index) taċ-Ċekja (45). Kemm għall-kostijiet tal-kostruzzjoni kif ukoll għal dawk tal-operazzjonijiet, se jintuża basket ta’ indiċijiet ippubblikati biex jiġi ddeterminat l-indiċjar. Dan il-basket huwa bbażat fuq ponderazzjoni ta’ erba’ indiċijiet, jiġifieri l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Produtturi (PPI, Producer Price Index) (46) taċ-Ċekja, is-CPI taċ-Ċekja, il-PPI tal-UE (47), u l-pagi taċ-Ċekja (48) kif ġej:

(a)

Il-kostijiet tal-kostruzzjoni se jiġu indiċjati b’dan il-mod: Il-PPI taċ-Ċekja ([30 – 50] %), is-CPI taċ-Ċekja ([0 – 10] %), il-PPI tal-UE ([30 – 50] %), il-pagi taċ-Ċekja ([10 – 30] %).

(b)

Il-kostijiet tal-operazzjonijiet se jiġu indiċjati b’dan il-mod: Il-PPI taċ-Ċekja ([30 – 50] %), is-CPI taċ-Ċekja ([10 – 30] %), il-PPI tal-UE ([0 – 10] %), il-pagi taċ-Ċekja ([30 – 50] %).

(98)

Il-mekkaniżmu ta’ indiċjar għall-Prezz tal-Eżerċitar se jkun ibbażat fuq l-indiċijiet u l-piż ta’ hawn fuq skont jekk il-Proġett ikunx fil-fażi tal-kostruzzjoni jew tal-operazzjonijiet (jiġifieri l-Prezz tal-Eżerċitar se jiġi aġġustat bil-basket tal-kostruzzjoni tal-indiċijiet matul il-kostruzzjoni u bil-basket tal-operazzjonijiet tal-indiċijiet matul l-operazzjoni). Il-PC se jipprevedi mekkaniżmu ta’ indiċjar (b’indiċi u metodu ta’ applikazzjoni rilevanti) li skontu l-Prezz tal-Eżerċitar li qabel kien applikabbli se jiżdied fuq bażi annwali. Is-suppożizzjoni tal-inflazzjoni użata għall-mekkaniżmu ta’ indiċjar se tiġi aġġornata bħala parti mir-rieżamijiet ta’ kumpens żejjed li jseħħu kull ħames snin, ara t-taqsima 3.6.7.

(99)

Bħala eżempju, abbażi ta’ rata ta’ inflazzjoni preżunta ta’ 2 %, dan ifisser li f’termini nominali, Prezz tal-Eżerċitar EUR [minn 60 sa 80]/MWh fl-2020 (mingħajr ma jitqiesu l-bidliet eventwali fil-parametri tal-input matul rieżamijiet regolari) jirriżulta fi Prezz tal-Eżerċitar nominali EUR [minn 90 sa 110]/MWh fl-2036, EUR [minn 130 sa 170]/MWh fl-2056 u EUR [minn 200 sa 250]/MWh fl-2076. L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li dan l-approċċ jimmira lejn ekwità interġenerazzjonali, biex jiġu evitati prezzijiet tal-eżerċitar eċċessivament għoljin fil-bidu tal-operazzjoni u (minħabba l-inflazzjoni ġenerali) prezzijiet tal-eżerċitar eċċessivament baxxi lejn tmiem il-perjodu tal-PC. Huma jargumentaw li filwaqt li l-valuri tal-input għall-kalkolu tal-Prezz tal-Eżerċitar iqisu wkoll l-inflazzjoni, dan ma jirriżultax f’indiċjar doppju, peress li mingħajr indiċjar separat tal-Prezz tal-Eżerċitar, il-Prezz tal-Eżerċitar tal-bidu jeħtieġ li jkun konsiderevolment ogħla. Fuq il-bażi tal-eżempju ta’ hawn fuq, huma jsostnu li l-Prezz tal-Eżerċitar alternattiv mhux indiċjat fil-każ ta’ bażi jkun EUR [minn 100 sa 150]/MWh matul id-durata tal-PC.

(100)

Kostijiet oħra huma indiċjati kif ġej: il-kostijiet tal-iżvilupp u tal-kostruzzjoni jużaw l-indiċi tal-kostruzzjoni stabbilit hawn fuq. Il-kostijiet operatorji u tad-dekummissjonar jużaw l-indiċi tal-kost tal-operatstabbilit hawn fuq.

(101)

Il-Prezz tal-Eżerċitar u l-kwantità referenzjali se jiġu ffissati abbażi tal-parametri disponibbli wara l-iffirmar tal-kuntratt tal-EPC, b’mod partikolari fir-rigward tal-kost tal-kostruzzjoni, u se jiġu riveduti biss matul (1) ir-rieżami perjodiku tal-parametri fil-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC (ara l-premessa 102) u (2) meta jseħħu l-aġġustamenti tal-Prezz tal-Eżerċitar kif miftiehem fil-PC (ara l-premessa 104).

(102)

L-ewwel nett, ir-rieżami perjodiku tal-parametri fil-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC se jsir darba kull ħames snin bl-ewwel rieżami ppjanat qabel ma jibdew l-operazzjonijiet jew fuq talba bil-miktub ta’ waħda mill-partijiet kuntrattwali. Ir-rieżami se jaġġorna (’il fuq jew ’l isfel, kif xieraq) il-valuri ta’ ċerti parametri fil-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC, jiġifieri (c), (k), (f), u (

Formula

, u xi suppożizzjonijiet fil-Mudell Finanzjarju, pereżempju fir-rigward tal-kostijiet operatorji (“OPEX”, operating expenses), l-indiċijiet tal-inflazzjoni jew l-assunzjonijiet tas-segwitu tat-tagħbija. Il-Prezz tal-Eżerċitar u l-kwantità referenzjali se jiġu kkalkulati mill-ġdid fil-Mudell Finanzjarju bl-użu tas-suppożizzjonijiet aġġornati biex tinkiseb l-IRR tal-Ekwità Permessa għall-Investitur. Ir-rieżami se jiġi ssorveljat minn parti terza indipendenti, li mistennija tkun l-Uffiċċju Regolatorju tal-Enerġija Ċeka.

(103)

L-abbozzi tad-dokumenti kuntrattwali pprovduti miċ-Ċekja jipprevedu wkoll il-possibbiltà ta’ reviżjoni tad-definizzjonijiet tal-parametri użati fil-formula ta’ remunerazzjoni. Madankollu, kwalunkwe tibdil f’dawk id-definizzjonijiet għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni.

(104)

It-tieni, l-aġġustamenti tal-Prezz tal-Eżerċitar skont il-PC jistgħu jseħħu f’każ ta’ avveniment li jwassal għal żieda fin-nefqa kapitali (CAPEX, capital expenditure)/ nefqa operatorja (OPEX, operational expenditure) jew telf ta’ dħul mill-Proġett jew impatt negattiv ieħor fuq il-Proġett, imsejħa “Raġuni Leġittima” fil-PC. Il-PC se jinkludi lista eżawrjenti ta’ Raġunijiet Leġittimi (49). Jekk isseħħ Raġuni Leġittima, il-valuri ta’ ċerti parametri fil-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC, jiġifieri (c), (k), (f), u (α) u l-parametri tal-input għall-Mudell Finanzjarju jiġu rieżaminati u aġġornati biex jittaffew l-effetti tar-Raġuni Leġittima għal EDU II. Dawn l-aġġustamenti fil-Prezz tal-Eżerċitar huma mfassla biex jippermettu lil EDU II tikseb l-aktar l-aktar l-istess IRR tal-Ekwità Permessa li kienet tinkiseb kieku ma kienx hemm ir-Raġuni Leġittima rilevanti. Dan ifisser li fejn seħħew bidliet oħra li ma jikkostitwixxux Raġunijiet Leġittimi, u dawn il-bidliet l-oħra rriżultaw f’IRR imnaqqas, l-effetti tar-Raġunijiet Leġittimi ma jippermettux li jiġu kkumpensati l-effetti ta’ Raġunijiet mhux Leġittimi u l-IRR tal-ekwità li għandha tiġi mmirata hija taħt l-IRR tal-Ekwità Permessa [minn 9 sa 11] %.

(105)

Fil-każ ta’ Raġunijiet Leġittimi, minflok aġġustament tal-Prezz tal-Eżerċitar, EDU II u l-Istat jistgħu jaqblu li EDU II tirċievi kumpens fil-forma ta’ pagament ta’ ammont f’daqqa (jew ta’ diversi pagamenti parzjali) pagabbli f’perjodu ta’ żmien miftiehem mill-okkorrenza tar-Raġuni Leġittima rilevanti.

(106)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li r-Raġunijiet Leġittimi japplikaw dment li l-effetti negattivi ma jkunux jistgħu jintgħelbu minn EDU II meta teżerċita l-“Attenzjoni Meħtieġa”.

3.6.3.   Finanzjament tal-kuntratt ta’ xiri u l-użu tad-dħul mill-kuntratt ta’ ħruġ

(107)

Kif stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Att dwar l-LCA (Low-Carbon Act), il-finanzjament tal-appoġġ għall-enerġija nukleari se jkun kopert mill-Ministeru minn fondi li jinħolqu minn: (i) id-dħul mill-bejgħ tal-elettriku tal-SPV; (ii) it-tariffa (50) imposta mill-operaturi tan-network lill-konsumaturi finali tal-elettriku, simili għall-finanzjament eżistenti tar-RES (renewable energy sources); u (iii) kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Istat.

(108)

Iċ-Ċekja targumenta li l-għażla bejn l-użu tal-kontribwenti jew tal-konsumaturi għal kwalunkwe ħlas jew roħs hija kwistjoni ta’ politika u jenħtieġ li tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Istat. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li għandhom l-intenzjoni li jużaw il-flussi tad-dħul kollha deskritti fl-Artikolu 9 tal-LCA. Il-fondi allokati għall-miżuri ta’ finanzjament għal tranżizzjoni lejn is-settur tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju se jinżammu mill-Ministeru jew mill-SPV separatament f’kontijiet speċjali f’banek ibbażati fiċ-Ċekja.

(109)

L-awtoritajiet Ċeki kkonfermaw li jekk imposta ċċarġjata mill-operaturi tan-network ma tkunx suffiċjenti biex tkopri d-defiċit bejn il-fondi miġbura mill-imposta u d-dħul mill-bejgħ tal-elettriku tal-SPV, il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Istat Ċek jintużaw biex ikopru d-defiċit f’konformità mal-Artikoli 9(1)(d) u 9(9) tal-LCA. Jekk, għall-kuntrarju, ikun jifdal kwalunkwe eċċess wara li jiġu koperti l-kostijiet tal-miżura, dan l-eċċess jidħol fil-baġit tal-Istat.

(110)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li filwaqt li imposta tista’ tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-miżuri, il-finanzjament ma jiddependix fuq tali imposta u fejn meħtieġ il-baġit tal-Istat ikopri d-defiċits potenzjali. B’mod speċifiku, iċ-Ċekja impenjat ruħha li l-Istat jintervjeni biex ikopri kwalunkwe nuqqas bejn il-fondi miġbura mill-imposta potenzjali u l-livell maħsub ta’ appoġġ taħt il-Proġett.

(111)

Fir-rigward tad-dħul potenzjali tal-SPV mill-pagamenti tas-saldu ex-post, f’konformità mal-Att Nru 367/2021 dwar il-Miżuri għat-Tranżizzjoni tar-Repubblika Ċeka lejn Enerġija b’Livell Baxx ta’ Karbonju, dawn se jintużaw (i) primarjament biex fil-futur jiffinanzjaw il-pagamenti tas-saldu lill-benefiċjarju, (ii) b’mod sekondarju biex jiffinanzjaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli skont l-Att Nru 165/2012 Coll., dwar Sorsi tal-Enerġija Promossi (fuq bażi nondiskriminatorja billi jitnaqqas l-ammont li għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ komponent regolat tal-prezz tal-elettriku) jew irritornati lill-baġit tal-Istat.

3.6.4.   L-impenji għan-negozjar tal-enerġija

(112)

Iċ-Ċekja impenjat ruħha li tiżgura li mill-inqas 70 % tal-output totali tal-elettriku ta’ EDU II jinbiegħ fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u tal-futuri matul il-ħajja kollha tal-NPP. Għalhekk, dan l-impenn japplika għall-SPV matul il-perjodu kollu tal-PC u minn hemm’ il quddiem għall-benefiċjarju EDU II, kif ukoll għal kwalunkwe entità li l-SPV jew EDU II jistgħu jiddelegaw l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom lil (kwalunkwe referenza għall-SPV/EDU II f’din it-taqsima 3.6.4 tinkludi kwalunkwe entità li lilha jkunu ġew iddelegati l-attivitajiet ta’ negozjar).

(113)

Bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-SPV/EDU II (51) se jinnegozjaw fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata tal-kambju għal żmien qasir organizzat mill-operatur tas-suq tal-elettriku Ċek (OTE) u s-swieq tal-futuri fil-Kambju tal-Enerġija Ċeka (PXE) u b’mod eċċezzjonali biss u soġġett għall-qbil minn qabel tas-servizzi tal-Kummissjoni, fuq skambji oħra.

(114)

L-SPV/EDU II se jbigħu l-bqija tal-output totali tal-elettriku ta’ EDU II (jiġifieri mhux aktar minn 30 %) fuq termini oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji permezz ta’ rkantijiet. Is-sett ta’ regoli u/jew qafas għal dawn l-irkantijiet irid jiġi rieżaminat u approvat minn qabel mir-regolatur tal-enerġija Ċek f’konformità mad-dmirijiet u l-kompetenzi tar-regolatur skont l-Att Ċek dwar l-Enerġija. L-SPV/EDU II għandhom jinnotifikaw kwalunkwe rkant lir-regolatur tal-enerġija Ċek mhux aktar tard minn jum qabel it-tħabbira pubblika tiegħu.

(115)

Iċ-Ċekja timpenja ruħha li tiżgura li l-irkantijiet tal-enerġija nukleari jkunu miftuħa, ċari, trasparenti u nondiskriminatorji, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, definiti ex ante u jimminimizzaw ir-riskju ta’ offerti strateġiċi. L-irkantijiet għandhom jitwettqu fuq pjattaforma disponibbli b’mod wiesa’ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà, filwaqt li jiġu eliminati ostakli ġeografiċi, u tiġi permessa parteċipazzjoni wiesgħa minn medda varja ta’ atturi tas-suq. Il-pjattaforma għandha titfassal b’mod li tissimplifika l-proċess tal-irkant u ttejjeb l-użu għall-parteċipanti kollha filwaqt li tiżgura l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data tal-irkant. Il-pjattaforma għandha tikkonforma mar-rekwiżiti u l-istandards regolatorji rilevanti li jirregolaw is-swieq tal-elettriku, inklużi r-regoli għad-disinn tas-suq, l-operat, it-trasparenza, u l-kompetizzjoni ġusta. Il-parteċipazzjoni fl-irkantijiet għandha tkun disponibbli bl-istess mod għan-negozjanti liċenzjati u rreġistrati kollha bl-istess termini. Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni fuq l-użu finali tal-elettriku mibjugħ permezz tal-irkantijiet. Il-kriterji għall-irkantijiet għandhom jiġu ppubblikati biżżejjed qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, l-għadd mistenni ta’ offerenti jenħtieġ li jkun biżżejjed biex jippermetti kompetizzjoni effettiva u l-volum tal-elettriku mibjugħ fl-irkant se jirrappreżenta restrizzjoni vinkolanti. Aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess tal-offerti għandhom jiġu evitati. Ir-regolatur tal-enerġija Ċek se jissorvelja l-proċess tal-irkant u jissorvelja l-konformità mar-regoli approvati tal-irkant. Se jirrapporta wkoll kwalunkwe nuqqas ta’ konformità lill-Kummissjoni Ewropea.

(116)

Iċ-Ċekja spjegat li l-parametri previsti tal-irkantijiet futuri tal-enerġija nukleari se jinkludu daqsijiet stmati tal-lottijiet ta’ 1-10 MW, durata tal-kuntratti ta’ sena, kwart ta’ sena, jew terminu iqsar. L-irkantijiet se jiġu organizzati bħala pagament abbażi tal-prezz tal-offerta, bi prezz minimu predefinit li jitħabbar mhux aktar kmieni minn jum sa jumejn qabel l-għeluq tal-offerta. Barra minn hekk, il-frekwenza tal-irkantijiet għandha tiġi stabbilita fuq bażi trimestrali sa sena, b’regoli trasparenti tal-perjodu ta’ tħabbir ta’ 30 jum qabel il-bidu tal-irkant. Fl-aħħar nett, it-tul tal-irkantijiet mhux se jaqbeż perjodu ta’ sebat ijiem kalendarji bir-riżultati jitħabbru fil-ġimgħa ta’ wara. Dan japplika kemm għall-irkantijiet matul il-perjodu tal-PC kif ukoll fil-perjodu ta’ wara l-PC.

(117)

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-SPV/EDU II jistgħu jiddevjaw mir-regoli tan-negozjar deskritti hawn fuq. Għalhekk, jekk il-fattur tal-bejgħ sfurzat (52) għall-kambju li fuqu l-SPV/EDU II huma obbligati jbigħu mill-inqas 70 % tal-output totali tal-elettriku ta’ EDU II jaqa’ taħt l-40 % (“il-limitu”) għal perjodu ta’ 30 jum konsekuttiv, l-SPV/EDU II se jkollhom id-dritt li jbigħu sa 50 % tal-output totali tal-elettriku ta’ EDU II permezz ta’ rkantijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifikati f’din it-taqsima għal perjodu ta’ 30 jum, li jibda fil-31 jum wara li r-regolatur tal-enerġija Ċek ikun stabbilixxa li l-fattur bejgħ sfurzat waqa’ taħt il-limitu. Sabiex jiġi evitat id-dubju, f’dawn iċ-ċirkostanzi, iċ-Ċekja timpenja ruħha li mill-inqas 50 % tal-output totali tal-elettriku ta’ EDU II jinbiegħ fuq l-iskambji f’konformità mal-premessa (113).

(118)

Iċ-Ċekja se tinforma lis-servizzi tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed meta l-fattur tal-bejgħ sfurzat jaqa’ taħt il-limitu u meta l-SPV/EDU II jkun beħsiebhom jbigħu sa 50 % tal-output totali tal-enerġija ta’ EDU II permezz ta’ rkantijiet.

(119)

F’każ li l-SPV tagħmel użu mill-eċċezzjoni biex tbigħ sa 50 % tal-output totali tal-enerġija ta’ EDU II permezz ta’ rkantijiet f’sena kalendarja, ir-Repubblika Ċeka għandha tippreżenta rapport annwali ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni dwar din l-eċċezzjoni, bid-dettalji tar-raġunijiet għall-eċċezzjoni u t-tul ta’ żmien tagħha.

3.6.5.   Rata ta’ redditu

(120)

Iċ-Ċekja inizjalment kienet innotifikat (53) IRR tal-ekwità fil-mira (jew IRR tal-Ekwità Permessa) [minn 9 sa 11] % (54), iġġustifikata minn stima tal-mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali (CAPM, capital asset pricing model) għar-RoE meħtieġa minn […] % sa […] %. Dan kien ibbażat fuq data kontemporanja tas-suq u tal-pari u kien jinkludi primjum għall-kostruzzjoni u l-operazzjonijiet nukleari biex jiġu inkorporati riskji speċifikament relatati ma’ NPP.

(121)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (55), il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk is-suppożizzjonijiet użati għall-istima tar-RoE meħtieġa kinux jirriflettu b’mod korrett l-iskopertura għar-riskju tal-investitur. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha d-dubji dwar il-primjum għall-kostruzzjoni u l-operazzjonijiet nukleari, minħabba l-iskopertura għar-riskju mnaqqsa tal-benefiċjarju.

(122)

Sabiex tindirizza d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, iċ-Ċekja pprovdiet diversi sottomissjonijiet u aġġornat ir-RoE abbażi ta’:

(a)

L-aħħar data tas-suq: b’riżultat ta’ dan, iċ-Ċekja aġġornat ir-Rata Mingħajr Riskju, il-Primjum tar-Riskju tas-Suq u s-suppożizzjonijiet tal-beta; u

(b)

L-iskopertura għar-riskju tal-Proġett: sabiex jiġu rikonoxxuti l-protezzjoni tad-dħul u miżuri oħra ta’ appoġġ tal-gvern preżunti fl-istruttura kuntrattwali u kummerċjali tal-Proġett, il-primjum awtonomu għall-proġetti kbar (li qabel kien jissejjaħ il-primjum għall-kostruzzjoni u l-operazzjonijiet nukleari) ta’ 3 % sa 3,5 % tneħħa mill-kalkolu tar-RoE taċ-Ċekja.

(123)

Iċ-Ċekja ssostni li r-RoE mmodifikat, jew l-Ekwità fil-mira, [minn 9 sa 11] % tul il-ħajja tal-Proġett se jipprovdu remunerazzjoni xierqa lill-azzjonisti ta’ EDU II.

(124)

Iċ-Ċekja ppreżentat bosta dokumenti biex tappoġġa l-fehma tagħha. Barra minn hekk, il-Gvern Ċek issottometta wkoll Mudell Finanzjarju. L-aħħar verżjoni ta’ dan il-mudell ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Marzu 2024.

(125)

Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tipprovdi valutazzjoni tal-pożizzjoni taċ-Ċekja dwar kull kwistjoni ewlenija kif rifless fis-sottomissjonijiet tagħha sad-data tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ. (56) Il-bqija ta’ din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-pożizzjoni taċ-Ċekja dwar il-kwistjonijiet ewlenin imqajma wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, fir-rigward tal-istima tar-RoE, il-Kost tad-Dejn u l-kost medju ponderat tal-kapital (WACC, weighted average cost of capital), kif ukoll l-ekwità u l-IRR tal-proġett.

3.6.5.1.   Redditu għat-titolari tal-ekwità

(126)

Il-mudell Finanzjarju deskritt fit-taqsima 3.6.2 għandu l-għan li jistma l-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC meħtieġ biex tinkiseb ir-RoE fil-mira [minn 9 sa 11] %.

(127)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li huma vvalutaw ir-RoE meħtieġ f’konformità mal-prattiki tas-suq aċċettati. B’mod partikolari, iċ-Ċekja mexxiet l-hekk imsejħa analiżi minn isfel għal fuq ibbażata fuq is-CAPM u qabblitha billi ħarset lejn proġetti u investimenti oħra bi profili tar-riskju simili.

(128)

Il-formula standard tas-CAPM hija din li ġejja:

Formula

Fejn:

(1)

RfR (risk-free rate) hija r-rata mingħajr riskju, jiġifieri, ir-redditu mistenni mill-investiment f’assi mingħajr riskju;

(2)

R m huwa r-redditu mistenni tas-suq, li jinkludi l-hekk imsejjaħ primjum tar-riskju tal-pajjiż (CRP, country risk premium), biex jirrifletti r-riskju ta’ investiment f’pajjiż partikolari;

(3)

(

Formula

) huwa l-primjum tar-riskju tas-suq (MRP, market risk premium); u

(4)

β (jew il-beta ingranat) huwa kejl tar-riskju idjosinkratiku u mhux diversifikabbli tal-Proġett (57).

(129)

L-awtoritajiet Ċeki stmaw li r-RoE tas-suq għal proġett simili għal Dukovany, jaqa’ fil-medda bejn […] % sa […] %, bl-inklużjoni ta’ primjum tar-riskju ewlieni awtonomu (“SMRP”, standalone major risk premium) (58) u bejn […] % sa […] %, eskluż tali primjum. Dawn iċ-ċifri u s-suppożizzjonijiet sottostanti tagħhom huma murija fit-Tabella 2 u spjegati hawn taħt.

Tabella 2

Stima tar-RoE taċ-Ċekja

Kost tal-Ekwità

RfR kontemporanju

Medji storiċi fuq terminu twil tal-RfR

 

Baxx

Għoli

Baxx

Għoli

RfR

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

MRP

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

Beta mhux ingranat

[…]

[…]

[…]

[…]

Ingranaġġ

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

RoE

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

Beta tad-dejn

[…]

[…]

[…]

[…]

RoE – beta tad-dejn

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

SMRP

3,0 %

3,5 %

3,0 %

3,5 %

RoE – bl-SMRP

[…] %

[…] %

[…] %

[…] %

Sors:

Awtoritajiet Ċeki

(130)

Għall-RfR, (59) l-awtoritajiet Ċeki użaw il-medji ta’ sentejn u ta’ 20 sena ta’ bonds tal-Gvern tal-Euro u tal-gvern Ġermaniż ta’ 30 sena, kif ukoll bonds korporattivi Ewropej AAA ta’ aktar minn 10 snin (60). Iċ-Ċekja tiddikjara li qieset data medja kontemporanja u ta’ terminu twil biex tiżgura r-robustezza tal-analiżi peress li tagħti indikazzjoni ta’ x’inhu l-RfR kemm għall-perspettivi fuq termini qosra kif ukoll għal dawk twal (61). Bħala riżultat ta’ din l-għażla, l-awtoritajiet Ċeki fasslu żewġ xenarji, wieħed li jqis data kontemporanja u l-ieħor li jqis il-medji ta’ termini itwal tal-RfR. Iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li wara li ntgħażlu bonds tal-Euro u tal-Ġermaniżi biex jiġi approssimat l-RfR, jeħtieġ li jsiru aġġustamenti biex dan l-RfR jiġi tradott f’RfR għar-Repubblika Ċeka, jiġifieri jeħtieġ li jiżdied primjum (62). Dan il-primjum huwa stabbilit daqs il-primjum tar-riskju medju ta’ sentejn tal-pajjiż Ċek (63). Din l-analiżi tipprovdi RfR fil-medda [minn 2 sa 5] %.

(131)

Għall-MRP, iċ-Ċekja tassumi medda [bejn 5 u 7] % (64). Il-[…] % huwa l-medja tal-approċċ ibbażat fuq l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu (CDS, Credit Default Swap) ta’ Damodaran ([…] %) u l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu ([…] %) (65). Il-[…] % huwa l-medja ta’: (a) iċ-ċifra ta’ […] % ta’ Prof. Damodaran; u (b) l-istħarriġ l-aktar reċenti tal-MRP ta’ Prof. Fernandez, ippubblikat f’Ġunju 2022, li jindika l-MRP medju u medjan ta’ […] % u […] % rispettivament (66).

(132)

Għall-istima tal-beta (67), iċ-Ċekja qieset il-betas ta’ sett komparatur ta’ kumpaniji. Għal dan is-sett, iċ-Ċekja qieset għadd ta’ kumpaniji Ewropej tal-utilitajiet tal-enerġija elenkati, u rfinat il-lista biex primarjament tikkunsidra betas għal kumpaniji b’operazzjonijiet tal-enerġija nukleari fil-portafolli tagħhom (68). Din l-analiżi tirriżulta f’beta mhux ingranat ta’ […] (69). Iċ-Ċekja tispjega li, għalkemm dawn huma l-aktar kumpaniji adattati għall-parametru referenzjarju ta’ EDU II, huma jipprovdu biss stima indikattiva tal-beta għall-proġett nukleari esklussivi u li din il-medda ta’ betas hija konservattiva. B’mod partikolari, iċ-Ċekja tispjega li ħafna minn dawn il-komparaturi elenkati jwettqu diversi attivitajiet kummerċjali oħra minbarra l-operazzjonijiet nukleari. Bħala tali, iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li minħabba li xi data tirrifletti r-riskju assoċjat mal-assi regolati ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni (aktar milli r-riskju pur ta’ impjant tal-enerġija nukleari), id-data għandha bżonn tiġi interpretata b’element ta’ ġudizzju. Għal din ir-raġuni, iċ-Ċekja targumenta li huwa probabbli li l-beta għal impjant tal-enerġija nukleari fir-Repubblika Ċeka huwa eqreb lejn in-naħa ta’ fuq tal-medda tal-betas tad-ditti komparaturi (70).

(133)

Għall-istima tal-beta (71) tad-dejn, iċ-Ċekja qieset li huwa xieraq li tassumi stima żero kif ukoll mhux żero ta’ […] (72), kif adottat f’determinazzjonijiet regolatorji reċenti fis-setturi tal-ilma u tal-enerġija fir-Renju Unit (73). Ir-RoE fil-mira [minn 9 sa 11] % ġiet derivata abbażi tal-beta tad-dejn ta’ […].

(134)

Għall-istima tal-ingranaġġ (74), iċ-Ċekja tuża ċ-ċifra ta’ […] %. Dan jirrifletti l-ingranaġġ medju sempliċi tul il-ħajja tal-NPP u l-ingranaġġ fil-mira tal-Proġett (75). Iċ-Ċekja tinnota li din is-suppożizzjoni hija konservattiva sa fejn, l-ewwel nett, l-istruttura kapitali tal-Proġett tipprevedi 98 % tad-dejn u, it-tieni, minħabba li l-“ingranaġġ effettiv” tal-Proġett huwa fil-medda ta’ 67-78 % (76).

(135)

Għall-SMRP, iċ-Ċekja argumentat li l-NPPs huma proġetti kbar awtonomi b’ċerti karatteristiċi u riskji uniċi meta mqabbla ma’ proġetti oħra tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, li għandhom bżonn jiġu kkunsidrati permezz tal-inklużjoni ta’ SMRP fir-RoE derivat mis-CAPM. L-istima tal-awtoritajiet Ċeki ta’ 3-3,5 % tkun tirrappreżenta dawn ir-riskji li ma jinqabdux mill-istimi tal-beta ta’ utilitajiet tal-enerġija diversifikati (77). Madankollu, minħabba l-miżuri sinifikanti ta’ mitigazzjoni tar-riskju introdotti fil-proposta tal-istruttura finanzjarja u kuntrattwali, inkluża l-protezzjoni tal-prezz tal-eżerċitar ta’ terminu twil, l-SMRP ma ġiex inkluż fir-RoE fil-mira.

(136)

Mis-suppożizzjonijiet ta’ hawn fuq, iċ-Ċekja tikseb medda stmata għar-RoE fil-mira ta’ minn […] sa […], bl-esklużjoni tal-SMRP. Iċ-Ċekja ssostni li r-RoE fil-mira ġiet definita bħala n-naħa t’isfel tal-medda għar-raġunijiet li ġejjin: huwa eqreb għall-punt tan-nofs tal-medda tal-parametri referenzjarji (ara l-paragrafu (137)) u l-Proġett għandu profil tar-riskju robust minħabba l-protezzjoni tad-dħul u mitiganti oħrajn inklużi fl-istruttura kummerċjali.

(137)

Sabiex tagħmel il-valutazzjoni komparattiva tal-analiżi tagħha, iċ-Ċekja tqabbel ir-rata ta’ redditu fil-mira tal-Proġett [minn 9 sa 11] % ma’ dik tal-indikaturi inklużi proġetti nukleari oħra, proġetti kbar ta’ infrastruttura kummerċjali, utilitajiet regolati Ċeki u l-UK YieldCos. Dawn ir-riżultati jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt (78).

Tabella 3

Parametri referenzjarji taċ-Ċekja  (79)

Komparatur

Ingranaġġ

(%)

RoE ingranat

(%)

Proġetti ta’ Ġenerazzjoni Nukleari

 

 

Hinkley Point C (80)

mhux applikabbli

11,0 - 11,5

Paks II (81)

40,0 - 50,0

10,9 - 12,5

Proġetti Maġġuri ta’ Infrastruttura Kummerċjali

 

 

Faħam iebes Ġermaniż (82)

60,0

11,0

Turbina tal-gass b’ċiklu kkombinat (CCGT, combined cycle gas turbine) Ġermaniż (82)

60,0

10,0

Teknoloġija Eolika lil hinn mill-kosta (83)

 

7,0 - 9,0

Kontrolli Regolatorji tal-Prezzijiet Ċeki  (84)

 

 

Distribuzzjoni u Trażmissjoni tal-Elettriku (2021-25)

48,9

7,9

Distribuzzjoni u Trażmissjoni tal-Elettriku (2021-25)

48,9

7,8

YieldCos tar-Renju Unit  (85)

34,0 - 65,0

7,2 - 11,0

Sors:

Awtoritajiet Ċeki, sottomissjoni datata d-9 ta’ Jannar 2024

(138)

Iċ-Ċekja tiddikjara li s-sejbiet minn dan it-tqabbil jindikaw li l-istimi tar-RoE għall-impjant tal-NPP propost f’Dukovany huma konsistenti ma’ dawk ta’ NPPs oħra, u proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija. Iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li r-RoE ta’ EDU II ikun mistenni li jkun ogħla minn dawk tal-impjanti tal-enerġija nukleari reċenti l-oħra, fost l-oħrajn, minħabba l-ingranaġġ ogħla ta’ EDU II. L-aġġustament tar-redditi regolati għall-utilitajiet tal-enerġija fir-Repubblika Ċeka billi jitqiesu d-differenzi fil-kummerċ tar-redditu tar-riskju (jiġifieri, biż-żieda tal-SMRP ta’ 3-3,5 %) se jirriżulta f’redditu komparabbli (86).

(139)

L-awtoritajiet Ċeki jikkonkludu li l-IRR tal-ekwità fil-mira [minn 9 sa 11] % hija xierqa minħabba r-riskju tas-suq u l-mitigazzjonijiet assoċjati. Iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li l-mira [minn 9 sa 11] % tar-RoE hija riflessjoni tal-istruttura finanzjarja proposta għall-Proġett, b’EDU II terfa’ r-responsabbiltà għall-attivitajiet ta’ qabel il-kostruzzjoni, bil-kostruzzjoni ffinanzjata mis-self mill-Istat, u kuntratt ta’ ħruġ ta’ 40 sena (87).

(140)

L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw ukoll li billi jiġi applikat xenarju realistiku ta’ qbiż tal-kostijiet ta’ 10 % ikkawżat minn Raġunijiet mhux Leġittimi, l-IRR tal-ekwità taqa’ għal […] %.

3.6.5.2.   Kost tad-Dejn

(141)

Iċ-Ċekja tispjega li l-kost tal-RFA matul il-kostruzzjoni u l-perjodu tal-garanzija huwa ta’ 0 % fis-sena, filwaqt li matul l-operazzjonijiet kummerċjali l-kost tal-RFA se jkun daqs il-kostijiet tal-finanzjament tad-dejn tal-Istat b’1 % addizzjonali iżda mhux inqas minn 2 % fis-sena. Iċ-Ċekja tkompli tispjega li fid-dawl tal-movimenti reċenti fil-kostijiet tas-self tal-Istat kif ukoll tal-inflazzjoni, il-kost tad-dejn huwa ugwali għal 3,5 % matul l-operazzjonijiet (88). Iċ-Ċekja tikkalkula li l-Kost tad-Dejn (“CoD”, Cost of Debt) kumplessiv għall-Proġett huwa ugwali għal [minn 2 sa 4] % (89).

3.6.5.3.   Rata ta’ redditu globali

(142)

Iċ-Ċekja bbażat ruħha fuq il-formula tad-WACC (weighted average cost of capital) “vanilla” li ġejja: (90)

Formula

Fejn:

(1)

Is-CoE huwa l-Kost tal-Ekwità, jew ir-Redditu fuq l-Ekwità [minn 9 sa 11] %, diskuss fit-taqsima 3.6.5.1;

(2)

Is-CoD huwa l-Kost tad-Dejn [minn 2 sa 4] %, diskuss fit-taqsima 3.6.5.2; u

(3)

Formula

huwa l-proporzjon tal-ingranaġġ tal-Proġett ta’ […] %, diskuss fit-taqsima 3.6.5.1.

(143)

Din il-formula tirriżulta f’WACC [minn 4,5 sa 7] %. Iċ-Ċekja tispjega li l-ebda effett ta’ skrin fiskali ma huwa kontabilizzat fil-formula tad-WACC tagħha minħabba li l-effetti tat-taxxa kollha huma rikonoxxuti fil-Mudell Finanzjarju u koperti fil-flussi tal-flus użati għall-kalkolu tal-proporzjonijiet tal-Mudell Finanzjarju (91). Madankollu, jekk l-effett ta’ skrin fiskali kellu jiġi inkluż, u tintuża r-rata tat-taxxa effettiva tagħhom ta’ 21 %, id-WACC tkun [minn 4 sa 7] %. (92)

3.6.6.   Dħul u kostijiet tal-Proġett

(144)

Kif spjegat fit-taqsima 3.6.2, il-Mudell Finanzjarju sottomess miċ-Ċekja huwa bbażat fuq diversi suppożizzjonijiet rigward l-aspettattivi tal-prezzijiet tas-suq, id-disponibbiltà tal-impjant, il-kostijiet tal-kostruzzjoni, il-kostijiet operatorji u l-kostijiet tad-dekummissjonar u suppożizzjonijiet rilevanti oħra bħal fir-rigward tan-nefqa kapitali u l-finanzjament tal-Proġett.

(145)

Id-dħul tal-impjant tal-enerġija jiġi kkalkulat billi jitqiesu l-previżjonijiet tal-prezzijiet tas-suq u bis-suppożizzjoni ta’ operat ristrett tas-segwitu tat-tagħbija, fejn l-impjant tal-enerġija jaġġusta l-output tal-enerġija tiegħu, f’ċerti limitazzjonijiet tekniċi, filwaqt li jitqiesu l-prezzijiet tas-suq spot fis-siegħa, f’konformità mal-inċentivi finanzjarji pprovduti mill-formula ta’ remunerazzjoni deskritta fil-premessa 88.

(146)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-kapaċità li jsegwu t-tagħbija se tkun limitata minn restrizzjonijiet tekniċi, li se jiddependu parzjalment fuq it-teknoloġija magħżula. Fl-immudellar tad-dispaċċ tal-impjant b’reazzjoni għall-prezzijiet tas-suq, iċ-Ċekja assumiet li bħala minimu, l-impjant se jissodisfa r-rekwiżiti Ewropej ta’ utilità għall-impjanti tal-enerġija nukleari LWR (light-water reactor). (93) Jekk il-kapaċitajiet tekniċi tal-impjant jaqbżu dawk ir-rekwiżiti minimi, dan se jiġi rifless fis-suppożizzjonijiet tad-dħul użati għall-kalkolu tal-Prezz tal-Eżerċitar wara l-konklużjoni tal-kuntratt tal-EPC. Tali żieda fil-flessibbiltà tippermetti ottimizzazzjoni aħjar tas-segwitu tat-tagħbija u b’hekk ikollha effett ’l isfel fuq il-Prezz tal-Eżerċitar.

(147)

Għall-istimi ċentrali tal-prezzijiet tas-suq, iċ-Ċekja qagħdet fuq is-suppożizzjonijiet kummerċjali ta’ ČEZ għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet medji annwali tas-suq tal-elettriku fir-Repubblika Ċeka bejn l-2035 u l-2050. Għall-perjodu 2051-2096, biex ikopru l-ħajja operattiva kollha mistennija tal-impjant, l-awtoritajiet Ċeki jassumu li l-prezzijiet tas-suq jonqsu gradwalment b’rata kostanti ta’ […] % fis-sena, biex jirriflettu l-aspettattiva li l-prezzijiet tas-suq se jonqsu f’terminu itwal minħabba żieda fis-sors ta’ enerġija rinnovabbli (RES, renewable energy sources) fis-sistema. Mingħajr aġġustamenti tal-inflazzjoni, is-suppożizzjoni tal-prezz ċentrali tas-suq tibda minn EUR […] għal kull MWh fl-2036, u tonqos għal EUR […] għal kull MWh sal-2050, u gradwalment tonqos għal EUR […] għal kull MWh fl-2076, u EUR […] għal kull MWh fl-2096.

(148)

L-awtoritajiet Ċeki ppreżentaw analiżijiet tas-sensittività tal-prezzijiet fil-Mudell Finanzjarju, bl-għajnuna ta’ xenarji ulterjuri li jassumu aspettattivi kostanti annwali tal-prezzijiet medji tas-suq li jvarjaw minn EUR –10 għal kull MWh sa EUR 150 għal kull MWh. Fix-xenarji bil-prezzijiet tas-suq ta’ EUR –10 għal kull MWh, EUR 10 għal kull MWh u EUR 20 għal kull MWh, huma jistennew li l-impjant jingħalaq wara li jiskadi l-PC. Fuq il-medda tax-xenarji kollha tas-sensittività tal-prezz, l-awtoritajiet Ċeki jistmaw li l-medda tal-Prezz tal-Eżerċitar meħtieġa biex jinkiseb ir-redditu fuq l-ekwità fil-mira [minn 9 sa 11] % tul il-ħajja tal-Proġett hija ta’ EUR [minn 50 sa 80] għal kull MWh u EUR [minn 75 sa 90] għal kull MWh. Jekk wieħed jassumi Prezz tal-Eżerċitar fiss EUR [minn 65 sa 80]/MWh (reali 2020), l-IRR tal-ekwità mistenni taħt il-kalkoli tas-sensittività differenti tkun ta’ […] % tas-sehem pregwadanjat matul it-tul tal-kuntratt, […] % tas-sehem pregwadanjat matul it-tul tal-proġett u […] % tas-sehem ta’ wara l-gwadann bil-prezzijiet tas-suq ta’ EUR 150/MWh, […] % kemm is-sehem ta’ qabel kif ukoll ta’ wara l-gwadann għal EUR 40/MWh, […] % kemm tas-sehem ta’ qabel u ta’ wara l-qligħ għal EUR 20/MWh, u […] % kemm tas-sehem ta’ qabel u ta’ wara l-qligħ għal EUR 10/MWh kif ukoll għal EUR 10/Mwh anqas.

(149)

Kif spjegat fil-premessa (145), iċ-Ċekja żviluppat mudell ta’ dħul annwali li jikkalkula d-dħul tal-impjant tal-enerġija għal kull siegħa ta’ tħddim abbażi tal-prezzijiet stmati tas-suq fis-siegħa u bis-suppożizzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-output b’rispons għas-sinjali tal-prezzijiet tas-suq, filwaqt li jqis ukoll il-manutenzjoni ppjanata u mhux ippjanata. Il-kurvi tal-prezzijiet fis-siegħa ġew stabbiliti abbażi tal-volatilità tal-prezzijiet matul is-sena tal-2035 skont ix-xenarju tal-prezz ċentrali ta’ ČEZ li ġie applikat għall-projezzjonijiet annwali tal-prezzijiet matul il-ħajja tal-assi. Imbagħad, għal kull kurva tal-prezz fis-siegħa, id-dħul tal-impjant jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula ta’ remunerazzjoni deskritta fit-taqsima 3.6.1 jekk wieħed jassumi li l-output huwa ottimizzat biex jirrispondi għas-sinjali tas-suq fi ħdan il-kapaċità teknika tal-NPP.

(150)

Iċ-Ċekja stmat l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-impjant billi assumiet operat tas-segwitu tat-tagħbija kif deskritt hawn fuq, meta mqabbla ma’ xenarju ta’ operazzjoni li ma ssegwix it-tagħbija fejn l-output jinżamm f’disponibbiltà annwali medja [minn 75 sa 100] % tal-kapaċità tal-impjant. Bis-segwitu tat-tagħbija, l-awtoritajiet Ċeki jistmaw li l-impjant tal-enerġija jitħaddem b’disponibbiltà medja [minn 70 sa 90] % tal-kapaċità tal-impjant (li tirriżulta minn tnaqqis mistenni tal-output għal 75 % f’perjodi fejn il-prezzijiet tas-suq p huma taħt il-kostijiet c), u b’hekk tinkiseb medja ta’ 101,24 % tad-dħul u ta’ 96,59 % tal-kostijiet li l-impjant tal-enerġija kien jikseb mingħajr ma jsegwu t-tagħbija tul il-ħajja tal-Proġett. L-awtoritajiet Ċeki jenfasizzaw li r-riżultat tal-analiżi huwa mmotivat ħafna mill-profil tal-prezzijiet tas-suq preżunti li huma ipotetiċi fin-natura tagħhom, u jistgħu jitqiesu biss bħala indikaturi teoretiċi tal-prestazzjoni tal-impjant.

(151)

Il-formula ta’ remunerazzjoni deskritta fil-premessa 88 tipprovdi stabbiltà tad-dħul ta’ EDU II irrispettivament mill-kundizzjoni medja tas-suq matul il-perjodu tal-PC (2038-2078).

(152)

Peress li fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni r-riżultat tal-eżitu tal-offerta tal-EPC mhuwiex magħruf, iċ-Ċekja ppreżentat stimi indikattivi tal-kostijiet ibbażati fuq valutazzjoni komparattiva u informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tal-iżvilupp tad-disinn u l-operat tal-impjanti eżistenti. Iċ-Ċekja tirrikonoxxi li l-affidabbiltà tal-previżjonijiet tal-kostijiet hija limitata peress li ma hemm l-ebda proġett preċedenti reċenti direttament komparabbli fiċ-Ċekja u l-ħidma ta’ tfassil għadha ma hijiex dettaljata biżżejjed. Madankollu, iċ-Ċekja ssostni li tistenna li l-offerta kompetittiva għall-kuntrattur tal-EPC jenħtieġ li tikseb l-aktar soluzzjoni ekonomikament vantaġġuża li jenħtieġ li timminimizza l-kostijiet.

(153)

Fix-xenarju bażi, in-nefqiet kapitali globali, jiġifieri l-kostijiet għall-kostruzzjoni (“kost mil-lum għall-għada”), huma stmati għal EUR […]/kW, li jikkorrispondu għal EUR […] biljun fi prezzijiet reali tal-2020 (u EUR […] biljun fi prezzijiet nominali).

(154)

Iċ-Ċekja ssostni wkoll li, minħabba l-kumplessità u l-ispeċifiċitajiet tekniċi tal-impjanti tal-enerġija nukleari, mhuwiex rari li jiġi osservat kost tal-kostruzzjoni ħafna ogħla minn dak previst inizjalment. Iċ-Ċekja sostniet li, fl-agħar xenarju possibbli ta’ qbiż tal-kostijiet simili għal dawk imġarrba fuq l-NPPs f’Vogtle (l-Istati Uniti) u Hinkley Point C (ir-Renju Unit), il-kostijiet mil-lum għall-għada tal-Proġett jistgħu jilħqu EUR [minn 14 000 sa 15 000] għal kull kW, jew EUR [minn 17 sa 18] biljun (reali fi prezzijiet tal-2023).

(155)

L-istimi tal-kostijiet varjabbli operazzjonali jinkludu l-kostijiet tal-fjuwil, it-tariffi għall-ġestjoni tal-iskart imħallsa lill-Istat, il-kostijiet tal-operazzjonjiet u tal-manutenzjoni esklużi l-kostijiet tal-fjuwil, u r-rekwiżit ta’ proviżjonament kontinwu għall-infiq tad-dekummissjonar. B’kollox, l-awtoritajiet Ċeki jistmaw li l-kostijiet varjabbli operazzjonali huma ta’ madwar EUR [10 sa 15]/MWh (bi stimi għall-kostijiet tal-akkwist tal-fjuwil ta’ EUR […]/MWh, għad-diżattivazzjoni tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-iskart ta’ EUR […]/MWh u għall-kostijiet varjabbli tal-operatu tal-manutenzjoni ta’ EUR […]/MWh). Il-kostijiet varjabbli operazzjonali jintużaw bħala varjabbli tal-input (c) fil-formula tar-remunerazzjoni tal-PC u biex jiġi stmat l-operat tas-segwitu tat-tagħbija abbażi tal-prezzijiet tas-suq spot fis-siegħa.

(156)

Il-kostijiet operatorji totali fil-Mudell Finanzjarju jkopru wkoll il-kostijiet kontinwi tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ EUR […]/MWh, li skont l-awtoritajiet Ċeki huma kostijiet għas-sostituzzjoni u għar-rinnovazzjoni maġġuri tal-komponenti fl-impjant tal-enerġija, iżda ma jinkludux il-kostijiet tal-estensjoni tul il-ħajja. Barra minn hekk, il-kostijiet operatorji fil-Mudell Finanzjarju jkopru kostijiet operatorji fissi ta’ EUR [minn 10 sa 20]/MWh, li skont l-awtoritajiet Ċeki jinkludu l-pagi u s-salarji, is-servizzi mixtrija, l-assigurazzjoni u t-taxxi, it-tariffi, l-ispezzjonijiet u l-kostijiet ta’ rieżami, il-provvedimenti għad-dekummissjonar, u l-kostijiet mixxellanji.

(157)

Biex jirriflettu l-impatt tal-kost tas-segwitu tat-tagħbija, l-awtoritajiet Ċeki żiedu l-kostijiet operazzjonali ta’ EUR […]/MWh. Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-kostijiet addizzjonali relatati mas-segwitu tat-tagħbija fl-impjanti tal-enerġija nukleari qed jinkludu aktar kumplessità operazzjonali, manutenzjoni, u tħassib dwar l-effiċjenza tal-fjuwil, filwaqt li huma mmotivati minn fatturi bħad-disinn speċifiku tal-impjant nukleari, l-età tiegħu, l-ambjent regolatorju li jopera fih, u l-prattiki operazzjonali tiegħu. Is-suppożizzjoni attwali ta’ EUR […]/MWh tirrappreżenta opinjoni inizjali u se tiġi rieżaminata wara s-sejħa għall-offerti tal-EPC u bħala parti mir-rieżamijiet perjodiċi.

(158)

Wara l-konklużjoni tal-offerta tal-EPC, iċ-Ċekja se taġġorna ċerti suppożizzjonijiet tal-kostijiet deskritti hawn fuq (ara l-Anness). B’mod speċifiku, il-kostijiet mil-lum għall-għada, il-kostijiet varjabbli operazzjonali (il-kostijiet tal-fjuwil, il-kostijiet tal-operatu tal-manutenzjoni, il-kostijiet tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart), il-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja, il-kostijiet operatorji fissi, il-kostijiet tas-segwitu tat-tagħbija, u s-suppożizzjonijiet tad-disponibbiltà se jiġu aġġornati u użati fil-Mudell Finanzjarju għall-kalkolu tal-Prezz tal-Eżerċitar inizjali.

(159)

Matul ir-rieżamijiet perjodiċi, ċerti suppożizzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati (jiġifieri, aġġustati ’l fuq jew ’l isfel), inklużi s-suppożizzjonijiet dwar l-inflazzjoni, il-kostijiet varjabbli operazzjonali, il-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja, il-kostijiet operatorji fissi, il-kostijiet tas-segwitu tat-tagħbija u l-istimi tas-segwitu tat-tagħbija (ara l-Anness). Ir-rieżami se jkun issorveljat minn parti terza indipendenti, li mistennija tkun l-Uffiċċju Regolatorju tal-Enerġija Ċeka.

(160)

Barra minn hekk, ċerti suppożizzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati minħabba Raġunijiet Leġittimi, kif deskritt fit-taqsima 3.8.

3.6.7.   Kontroll ta’ kumpens żejjed

(161)

Kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, inizjalment, l-awtoritajiet Ċeki ipproponew mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ kumpens żejjed li jikkonsisti f’kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità bil-limitu stabbilit fil-livell tar-RoE fil-mira [minn 9 sa 11] %, u fattur ta’ kondiviżjoni ta’ 50:50.

(162)

Wara l-bidliet proposti għall-miżura 1, b’mod partikolari meta jitqies it-tnaqqis tad-durata tal-PC minn 60 għal 40 sena li, fil-fehma taċ-Ċekja jesponi lill-benefiċjarju għar-riskju tal-prezzijiet tas-suq matul l-aħħar 20 snin tal-ħajja tal-assi, l-awtoritajiet Ċeki jsostnu li sehem mill-gwadann tal-ekwità kemxejn modifikat ikun xieraq, peress li jirrifletti b’mod aktar preċiż l-iskopertura għar-riskju ogħla tal-prezz tas-suq tal-benefiċjarju wara l-PC. Għalhekk, il-kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità se tipprovdi li:

(a)

Kwalunkwe gwadanji ’l fuq mil-livell tar-RoE [minn 9 sa 11] % (finanzjament nominali, wara t-taxxa, prekummerċjali) se jinqasam fuq bażi ta’ 50:50 bejn il-benefiċjarju u l-SPV, fuq perjodu ta’ 40 sena li jibda mid-data tal-ikkummissjonar tal-NPP.

(b)

Kwalunkwe gwadanji ’l fuq mil-livell tar-RoE [minn 9 sa 11] % (finanzjament nominali, wara t-taxxa, prekummerċjali) se jinqasam fuq bażi ta’ 60:40 bejn il-benefiċjarju u l-SPV, fuq perjodu ta’ 20 sena li jsegwi immedjatament il-perjodu ta’ 40 sena imsemmi hawn fuq.

(163)

Iċ-Ċekja spjegat li r-redditi reali tal-Proġett se jiġu vvalutati f’intervalli ta’ ħames snin matul il-ħajja operazzjonali tal-Proġett biex jiġi ttestjat jekk sarx qligħ eċċessiv. Din il-valutazzjoni se tkun (i) l-ewwel imwettqa wara tmiem is-sena finanzjarja li fiha tidħol fis-seħħ il-liċenzja miksuba għall-operat tal-NPP jew, jekk aktar kmieni, wara t-tmiem tas-sena finanzjarja immedjatament qabel l-iskadenza ta’ ħames snin mill-bidu tal-konsenja tal-elettriku mill-NPP fil-grilja (ir-“Rieżami Inizjali ta’ Kumpens Żejjed”) u (ii) minn hemm ’il quddiem f’intervalli ta’ ħames snin (ir-“Rieżami ta’ Kumpens Żejjed Sussegwenti”) sakemm il-Proġett iwaqqaf l-operazzjonijiet kummerċjali.

(164)

Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-aktar verżjoni reċenti tal-Mudell Finanzjarju aġġornata f’konformità mat-tmiem tas-sena finanzjarja ta’ qabel il-valutazzjoni (id-“Data tal-Valutazzjoni”) biċ-ċifri tad-dħul u tal-kostijiet reali.

(165)

Il-valutazzjoni se tittestja jekk ir-redditi ta’ ekwità reali (l-“IRR tal-Ekwità Reali”) jaqbżux il-livell limitu tal-IRR tal-ekwità (il-“Limitu tal-IRR tal-Ekwità ta’ Kumpens Żejjed”). L-IRR tal-Ekwità Reali se tkun ir-rata ta’ redditu miksuba bil-Prezz tal-Eżerċitar u d-dħul mis-suq u l-parametri l-oħra tal-Formula ta’ Remunerazzjoni applikabbli għad-Data tal-Valutazzjoni. Id-determinazzjoni tal-IRR tal-Ekwità Reali se tirrifletti l-prestazzjoni attwali tal-Proġett minn meta beda l-Proġett sal-mument tal-valutazzjoni rispettiva. Dan mhux se jqis il-flussi ta’ flus imbassra sa tmiem l-operat. Il-limitu tal-IRR tal-Ekwità ta’ Kumpens Żejjed ġie stabbilit ex-ante f’valur [minn 9 sa 11] % għad-durata tal-ħajja operazzjonali tal-Proġett (jiġifieri, kemm matul kif ukoll wara l-perjodu ta’ ħruġ tal-PC).

(166)

Jekk l-IRR tal-Ekwità Reali taqbeż il-Limitu tal-IRR tal-Ekwità ta’ Kumpens Żejjed, il-Kumpens Żejjed tal-Ekwità jitqies li jkun seħħ (“Avveniment ta’ Kumpens Żejjed tal-Ekwità”). Fil-każ ta’ Avveniment ta’ Kumpens Żejjed tal-Ekwità, ammont f’daqqa fi flus kontanti (“Ammont ta’ Kumpens Żejjed tal-Ekwità”) jitħallas lura lill-Istat u lil ČEZ. Kwalunkwe Ammont ta’ Kumpens Żejjed tal-Ekwità jitħallas biss direttament wara Rieżami ta’ Kumpens Żejjed, u mhux fis-sena li fiha jkun iġġarrab kwalunkwe Kumpens Żejjed tal-Ekwità.

(167)

Jekk jitqies li seħħ Avveniment ta’ Kumpens Żejjed tal-Ekwità, l-Ammont ta’ Kumpens tal-Ekwità jiġi kkalkulat kif ġej:

(168)

L-ewwel pass jinvolvi l-kwantifikazzjoni ta’ dak l-ammont ta’ flus ugwali għad-differenza bejn l-IRR tal-Ekwità Reali u l-IRR tal-Ekwità ta’ Kumpens Żejjed, filwaqt li jitqies it-twaqqit tal-flussi tal-flus u jiġi eskluż kwalunkwe Ammont ta’ Kumpens tal-Ekwità li qabel ikun tħallas lill-Istat.

(169)

It-tieni pass jinvolvi l-multiplikazzjoni ta’ dan l-ammont mal-proporzjon ta’ kondiviżjoni biex jiġi ddeterminat il-pagament, li jintbagħat lill-benefiċjarju bil-bilanċ jitħallas lill-Istat. Iċ-Ċekja kkonfermat ukoll li l-aġġustamenti ta’ kumpens żejjed jistgħu jieħdu l-forma jew pagament ta’ ammont f’daqqa jew aġġustament tal-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC.

3.7.   Miżura 2: Self mill-Istat (l-RFA)

(170)

Iċ-Ċekja beħsiebha tipprovdi self mill-Istat, l-RFA, biex tiffinanzja l-Istadju 2 (l-iżvilupp tal-proġett) u l-Istadju 3 (il-kostruzzjoni). Iċ-Ċekja ssostni li n-nefqa kapitali mistennija għall-Istadji 2 u 3 taħt ix-Xenarju tal-Każ Bażi hija ta’ EUR […] biljun (nominali, fi prezzijiet tal-2020). Minkejja dan, iċ-Ċekja pprovdiet ukoll xenarji bbażati fuq nefqa kapitali ogħla. Abbażi ta’ proġetti nukleari preċedenti bl-ogħla kost ta’ tlestija (jiġifieri Vogtle u HPC (Hinkley Point C), in-nefqa kapitali għall-Istadji 2 u 3 ġiet stmata għal EUR [minn 17 sa 18] biljun (f’valuri reali tal-2023). L-ammont eżatt tas-self se jiġi definit abbażi tal-eżitu tal-offerta u tal-iffirmar tal-kuntratt tal-EPC sabiex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp tal-Proġett.

(171)

Iċ-Ċekja ssostni li l-għoti ta’ self għandu l-vantaġġi li ġejjin meta mqabbel mal-għoti ta’ garanzija tal-gvern fuq self ibbażat fuq is-suq. L-ewwel nett, l-RFA telimina r-riskju li ma jkunx hemm suq kummerċjali biex jiġi żgurat finanzjament għall-Proġett. It-tieni, l-RFA toffri soluzzjoni aktar f’waqtha biex tirranġa l-pakkett ta’ finanzjament ġenerali meta mqabbla ma’ faċilità ta’ kreditu kummerċjali. It-tielet, l-RFA tinvolvi kost tad-dejn aktar baxx fid-dawl ta’ self dirett mill-Istat kif ukoll tariffi aktar baxxi b’rabta mal-arranġament u l-impenn ta’ finanzjament matul il-perjodu kollu tal-kostruzzjoni. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li bil-kwantum kbir tad-dejn u l-approċċ avvers għar-riskju tas-suq lejn proġetti nukleari, il-kost ogħla ta’ self potenzjali bbażat fuq is-suq jirriżulta fi Prezz tal-Eżerċitar ogħla fil-PC. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li l-Istat għandu aktar flessibbiltà biex jiddeċiedi dwar l-ammont finali ta’ finanzjament meta mqabbel ma’ selliefa bbażati fuq is-suq u din il-flessibbiltà hija meħtieġa minħabba li l-EPC għadu ma ġiex konkluż.

(172)

L-RFA mistennija tkopri 100 % tal-kostijiet involuti matul l-Istadji 2 u 3 (ara l-premessa 67). L-RFA se tkun iggarantita mill-assi ta’ EDU II u mhux se jkun hemm rikors għal ČEZ jew garanzija minn ČEZ għall-RFA. Il-benefiċjarju se jħallas rata tal-imgħax ta’ 0 % matul il-fażi tal-kostruzzjoni tal-Proġett (94). Ir-rata tal-imgħax annwali minn hemm ’il quddiem se tikkorrispondi għall-kostijiet tad-dejn tal-Istat kif determinat mill-Ministeru tal-Finanzi bħala rata perċentwali għas-sena partikolari u miżjuda b’punt perċentwali, iżda mhux inqas minn 2 % fis-sena (95). L-RFA se tiġi ffinalizzata ladarba l-proċess tal-offerti għall-kuntratt tal-EPC jiġi ffinalizzat.

(173)

L-RFA se tkun disponibbli għall-prelevament mid-data li fiha l-PC, il-Ftehim tal-Investitur u l-RFA jidħlu fis-seħħ. Il-prelevament se jseħħ fuq bażi perjodika (pereżempju, kull sena) f’konformità mal-baġit aġġornat ta’ EDU II.

(174)

L-RFA se tiġi amortizzata abbażi ta’ objettivi intermedjarji, fażijiet, u bidliet antiċipati speċifiċi tal-Proġett fuq 30 sena. L-amortizzament tal-RFA se jibda bl-għoti tal-liċenzja f’konformità mal-Att dwar il-Liġi Atomika. Sa dak il-mument, se tinħoloq riżerva ta’ servizz tad-dejn għall-amortizzament tal-RFA u għall-ħlas tal-imgħax biss (ir-“Riżerva ta’ Servizz tad-Dejn”) fil-perjodu sal-bidu tal-amortizzament u mbagħad tinżamm minn EDU II matul il-perjodu tal-amortizzament u tintuża biss għall-amortizzament tal-RFA u għall-pagament tal-imgħax f’każ ta’ nuqqas ta’ flus. Jekk ma tintużax matul il-perjodu ta’ amortizzament, ir-Riżerva ta’ Servizz tad-Dejn għandha tintuża għall-aħħar pagamenti parzjali u għall-pagamenti tal-imgħax.

(175)

F’każ li EDU II tinnotifika lill-Istat li l-Proġett jeħtieġ sospensjoni tal-amortizzament tal-RFA sabiex jipprevjeni l-Inadempjenza Finanzjarja (96) u li EDU II użat ir-Riżerva ta’ Servizz tad-Dejn kollha u li ČEZ ma tkunx qed tikser l-obbligi tagħha tal-Impenn tal-Ekwità (97) (l-“Avviż ta’ Sospensjoni”), l-amortizzament tal-RFA u l-pagament tal-imgħax jiġu sospiżi għal tali perjodu li jkun meħtieġ biex tiġi evitata l-Inadempjenza Finanzjarja.

(176)

Il-ħlas minn qabel volontarju tal-RFA u/jew ir-rifinanzjament se jkun permess skont it-termini tal-RFA.

(177)

Fil-każ ta’ bidla fil-kontroll fuq EDU II, EDU II se tkun obbligata tħallas lura l-ammont ta’ self flimkien mal-imgħax fil-perjodu speċifikat fid-deċiżjoni tal-RFA sakemm l-ishma kollha f’EDU II ma jiġux akkwistati mill-Istat Ċek.

(178)

EDU II se tkun intitolata li tqassam dividendi mill-bidu tal-PC f’konformità mal-parametri miftiehma u soġġetta għall-pagament minn qabel ta’ kwalunkwe ħlas lura b’pagament parzjali maturi tal-RFA. EDU II se titħalla wkoll tħallas flus liberi lil ČEZ permezz ta’ mezzi oħra (bħal, permezz ta’ pagamenti taħt id-dejn tal-azzjonisti jew permezz ta’ dejn bejn il-kumpaniji pprovdut minn EDU II lil ČEZ).

(179)

Sakemm l-RFA titħallas lura totalment minn EDU II (inkluż kwalunkwe imgħax dovut), ma tista’ ssir l-ebda distribuzzjoni jew pagament minn EDU II lil ČEZ jew lil kwalunkwe membru tal-Grupp ČEZ, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti għar-remunerazzjoni ta’ provvisti jew servizzi intragrupp meħtieġa għal EDU II u/jew għall-operat u l-manutenzjoni tal-NPP. Madankollu, sal-limitu speċifikat fl-RFA, jekk EDU II tipparteċipa fi kwalunkwe ppuljar ta’ flus ta’ ČEZ Group, is-sentenza preċedenti ma tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-ebda pagament minn EDU II jew lilha b’rabta ma’ tali ppuljar ta’ flus.

(180)

Fl-aħħar nett, jekk kellhom iseħħu qbiż tal-kostijiet, ma jistax jiġi eskluż li l-ħlas lura tal-RFA jista’ parzjalment jitlob finanzjament mill-ġdid permezz ta’ self privat ibbażat fuq is-suq. F’dan ix-xenarju, il-ħlas lura tal-kost tal-investiment ma jibqax marbut direttament mal-perjodu tal-RFA.

3.8.   Miżura 3: Mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika

(181)

It-tielet miżura għall-appoġġ tal-Proġett hija l-protezzjoni għall-irkupru tal-kostijiet għal ČEZ f’każ li ċ-Ċekja tiddeċiedi li tbiddel il-politika nazzjonali tagħha dwar l-enerġija nukleari jew li ma tagħtix il-miżuri 1 jew 2, jew f’każ ta’ okkorrenza ta’ Raġunijiet Leġittimi (“il-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika”) (98).

(182)

Il-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika jikkonsisti f’opzjoni put (99) għal ČEZ jew opzjoni call (100) eżerċitabbli għall-Istat f’każ li jseħħu ċerti ċirkostanzi. Din il-miżura hija stabbilita f’kuntratt bejn l-awtoritajiet Ċeki u ČEZ u EDU II flimkien mal-obbligu ta’ ČEZ li tipprovdi finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma għall-Proġett.

(183)

Sal-iffirmar tal-Ftehim tal-Investitur, l-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni dwar il-Proġett, inkluż il-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika għall-ewwel Stadju tal-Proġett. B’mod speċifiku, l-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni jiffissa l-proċeduri u l-modalitajiet għan-negozjar mill-ġdid tat-termini tal-kuntratt f’każ ta’ Raġunijiet Leġittimi u dwar il-bejgħ ta’ ishma lill-Istat għal Raġunijiet Leġittimi matul l-Istadju 1 tal-Proġett. L-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni jagħti dettalji dwar il-modalitajiet tal-arranġamenti tax-xiri tal-ishma bl-għan li jiggarantixxi li l-operazzjoni tkun newtrali għaż-żewġ partijiet (pereżempju billi jiżgura li l-valur tal-prezz tax-xiri jikkorrispondi għall-fondi investiti f’EDU II, li ma jkun hemm l-ebda trasferimenti ta’ dħul minn EDU II għal ČEZ, eċċ.).

(184)

L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li l-prezz tax-xiri għall-bejgħ tal-ishma kollha lill-Istat sal-aħħar tal-Istadju 1 huwa ffissat għal CZK 4 509 591 000 possibilment b’tariffa addizzjonali minħabba Raġunijiet Leġittimi li ma jaqbżux CZK 200 000 000 li jikkorrispondu għall-ammont globali ta’ kontribuzzjonijiet kapitali li ČEZ se tipprovdi. Fi ftehim separat, il-partijiet stabbilew il-kundizzjonijiet li taħthom dawk l-ammonti se jinkludu redditu fuq l-investiment ekonomiku u l-kundizzjonijiet li taħthom ma jinkludux. Bħala regola ġenerali, jekk il-Proġett jingħalaq għal Raġunijiet Leġittimi, ir-redditu fuq l-investiment ikun dovut ukoll għal ČEZ.

(185)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li l-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika se tiggarantixxi l-protezzjoni ta’ EDU II fir-rigward ta’ avvenimenti lil hinn mill-kontroll tagħha (eż. fil-każ ta’ “Raġunijiet Leġittimi” (101)), kif stipulat fil-PC (ara l-premessa 104). B’mod speċifiku, fil-każ ta’ Raġunijiet Leġittimi li jipprevjenu jew idewmu l-prestazzjoni ta’ EDU II, l-obbligi legali ta’ EDU II, dawn tal-aħħar se jkunu skużati għal tali nuqqas ta’ twettiq jew dewmien fit-twettiq tal-obbligi tagħha. Bl-istess mod, jekk Raġuni Leġittima twassal għal dewmien fl-eżekuzzjoni tal-Proġett, id-Data fil-Mira tal-Ikkummisjonar tiġi estiża fuq bażi ta’ jum għal jum. Fl-aħħar nett, EDU II se tkun intitolata għal kumpens monetarju f’każ ta’ okkorrenza ta’ Raġuni Leġittima.

(186)

L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li l-objettiv ta’ din il-miżura huwa li jiġi minimizzat l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa meta jiġi ddeterminat il-Prezz tal-Eżerċitar billi jinħoloq qafas aċċettabbli ta’ allokazzjoni tar-riskju. L-impatt ta’ din il-miżura huwa li jillimita r-riskju għall-investitur u fl-istess ħin inaqqas il-medda tar-redditu fuq l-investiment. L-għan huwa li EDU II tiġi protetta minn ċerti riskji (ara l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ). Fl-istess ħin, EDU II se ġġorr ir-riskju li l-Proġett ikollu qbiż tal-kostijiet għal raġunijiet oħra minbarra Raġunijiet Leġittimi. L-awtoritajiet Ċeki pprovdew ħarsa ġenerali lejn il-bidliet li jiġu aċċettati bħala Raġunijiet Leġittimi. Dawk jinkludu bidliet fl-inputs għall-kalkolu tal-Prezz tal-Eżerċitar skont ir-riżultati tal-offerta tal-EPC (fir-rigward tal-kostijiet kapitali, id-durata tal-perjodi ta’ kostruzzjoni, il-perjodi ta’ disponibbiltà, (102) il-kostijiet tal-operat, tal-manutenzjoni, tal-fjuwil u tul iċ-ċiklu tal-ħajja (103) u l-kapaċità kif ukoll il-kapaċitajiet tekniċi tal-impjant) jew tal-finalizzazzjoni tal-RFA (ir-rata tal-imgħax, l-ammont tas-self u t-termini ta’ pagament iddeterminati skont l-RFA (ara l-premessa 172 kif ukoll is-suppożizzjonijiet dwar is-self kummerċjali bbażati fuq l-ammont u l-kundizzjonijiet tal-RFA). F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Ċeki jikkonfermaw li l-Mudell Finanzjarju huwa bbażat fuq il-flessibbiltà minima legali meħtieġa tal-impjant, u li kwalunkwe żieda fil-flessibbiltà tirriżulta f’suppożizzjonijiet aktar effiċjenti tas-segwitu tat-tagħbija, u b’hekk tnaqqas il-Prezz tal-Eżerċitar.

(187)

Dawn jinkludu wkoll bidliet matul il-ħajja tal-Proġett li, sa fejn ikunu bbażati fuq Raġunijiet Leġittimi, se jiġu aġġornati fir-rieżamijiet regolari tal-kundizzjonijiet tal-PC, inklużi l-kostijiet operatorji u l-bidliet fil-kostijiet tal-investiment (kemm żidiet kif ukoll tnaqqis) u bidliet fil-leġiżlazzjoni bħall-parametri tad-dekummissjonar u r-rati tat-tassazzjoni. L-awtoritajiet Ċeki jirrikonoxxu li l-użu (jew le) tal-flessibbiltà teknika tal-impjant biex jiġi ottimizzat l-output tal-produzzjoni fid-dawl tal-bidliet fil-prezzijiet tas-suq (is-segwitu tat-tagħbija) ma hijiex raġuni leġittima biex jiġu ġġustifikati żidiet addizzjonali fil-kostijiet lil hinn mill-aġġornament ġenerali tal-kostijiet operatorji li jseħħ fir-rieżami regolari ta’ kull ħames snin (ara t-taqsima 3.6.7). Għalhekk, il-limitazzjonijiet tekniċi għat-tagħbija skont id-domanda ġew esklużi mil-lista ta’ raġunijiet leġittimi. Il-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika għandu l-għan li jiżgura l-aċċettabbiltà ġenerali tal-Proġett għall-investitur u għall-Istat.

3.9.   Bażi legali u trasparenza

(188)

Il-bażi legali nazzjonali għal din il-miżura hija l-Att dwar il-Miżuri għat-Tranżizzjoni taċ-Ċekja lejn Enerġija b’Livell Baxx ta’ Karbonju u dwar l-Emenda tal-Att Nru 165/2012 (104).

(189)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-għajnuna se tkun irregolata wkoll mill-Att Nru 218/2000 Sb., l-Att dwar ir-Regoli Baġitarji u l-Emenda ta’ Xi Atti Relatati (Regoli Baġitarji), kif emendat, kif ukoll id-diversi kuntratti u ftehimiet mal-benefiċjarju, kif deskritt hawn taħt.

(190)

Il-Ftehim Prinċipali dwar il-Kooperazzjoni dwar il-kostruzzjoni ta’ sorsi nukleari ġodda fir-Repubblika Ċeka ffirmat bejn il-Ministeru, ČEZ u EDU II fit-28 ta’ Lulju 2020 stabbilixxa qafas ġenerali għall-inizjazzjoni u l-iżvilupp sussegwenti tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet dwar il-Proġett għall-kostruzzjoni ta’ sorsi nukleari ġodda fis-sit ta’ Dukovany. Ma fih l-ebda obbligu speċifiku legalment vinkolanti tal-partijiet. Il-proġett huwa kundizzjonali fil-Ftehim Prinċipali bl-approvazzjoni minn qabel tal-għajnuna mill-Istat.

(191)

L-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni bejn il-Ministeru, ČEZ u EDU II fih arranġamenti legalment vinkolanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għall-ewwel Stadju tal-Proġett, jiġifieri sal-għażla tal-kuntrattur tal-EPC. Dan ġie ffirmat fit-28 ta’ Lulju 2020 u sussegwentement emendat fl-24 ta’ Diċembru 2022, fl-20 ta’ Diċembru 2023 u fit-30 ta’ Jannar 2024.

(192)

Fis-26 ta’ Jannar 2024, l-awtoritajiet Ċeki pprovdew kopji ta’:

(a)

L-abbozz tad-dokument dwar il-kundizzjonijiet tal-PC li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fir-rigward tal-Proġett u se jissostitwixxi, meta jiġi ffirmat, il-Ftehim Prinċipali u l-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni. B’mod speċifiku, il-kuntratt se jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-obbligu tax-xiri tal-enerġija tal-Istat Ċek (inkluż fir-rigward tal-kalkolu tal-SPV u l-aġġustamenti tiegħu u t-termini tal-obbligu ta’ kondiviżjoni tal-profitti), l-obbligu tal-Istat li jistabbilixxi l-SPV, l-obbligu ta’ EDU II li jiżviluppa, jibni u jħaddem l-NPP, kif ukoll it-termini applikabbli f’każ ta’ bidla fis-sjieda.

(b)

L-abbozz tad-dokument dwar il-kundizzjonijiet tal-Ftehim tal-Investitur bejn l-Istat Ċek, ČEZ u EDU II li jistabbilixxi l-obbligi li jikkonċernaw il-finanzjament tal-ekwità ta’ ČEZ għall-Proġett, it-trasferiment tal-ishma lill-partijiet terzi, kif ukoll id-dettalji tal-Opzjonijiet Call u Put.

(c)

L-abbozz tad-dokument dwar il-kundizzjonijiet tal-Assistenza Finanzjarja Ripagabbli għandu jingħata b’deċiżjoni tal-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ.

(193)

L-awtoritajiet Ċeki jiddikjaraw li t-termini tal-kuntratti ta’ hawn fuq se jiġu ffinalizzati ladarba l-proċedura tal-akkwist għall-għażla tal-kuntrattur tal-EPC tingħalaq u l-kostijiet tal-investiment u tal-operat tal-Proġett, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tiegħu, jiġu kkonfermati. Għall-istess raġuni, ċerti inputs għall-Mudell Finanzjarju li se jintużaw biex jiġi kkalkulat mill-ġdid il-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC se jiġu aġġornati biex jirriflettu t-termini tal-kuntratt tal-EPC (ara l-Anness).

(194)

L-awtoritajiet Ċeki jiddikjaraw ukoll li l-bqija tat-termini u l-kundizzjonijiet tad-dokumenti kuntrattwali elenkati fil-premessa 191 hawn fuq kif ukoll id-dokumenti ta’ finanzjament finali se jkun fihom klawżoli standard li kwalunkwe investitur ifittex u jista’ raġonevolment jistenna li jsib fi ftehim dwar proġett simili. Jekk id-dokumenti kuntrattwali finali rispettivi jtejbu l-kundizzjonijiet kuntrattwali li jittrasferixxu l-bilanċ tar-riskji, l-aspettattivi tar-rata ta’ redditu, jew il-kopertura tal-kostijiet relatati mal-Proġett u l-infrastruttura relatata tiegħu għall-benefiċċju tal-benefiċjarji, jew inkella jkun fihom elementi ulterjuri li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Ċeki jimpenjaw ruħhom li jinnotifikawhom lill-Kummissjoni Ewropea qabel l-implimentazzjoni.

(195)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-informazzjoni dwar il-Proġett se tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Ministeru https://www.mpo.cz/cz/energetika/.

3.10.   Struttura ta’ finanzjament tal-Proġett

(196)

Ir-rekwiżit ta’ finanzjament totali tal-Proġett taħt il-każ Inizjali ġie stmat għal EUR […] biljun (f’termini reali, bil-prezzijiet tal-2020) jew EUR […] biljun f’termini nominali, u li se jiġi ffinanzjat permezz ta’ EUR 0,18 biljun ta’ ekwità inizjali minn ČEZ fl-Istadju 1, u b’self mill-Istat ta’ EUR [minn 9,8 sa 10,8] biljun, l-RFA, fl-Istadji 2 u 3.

(197)

EUR 1,77 biljun addizzjonali ta’ ekwità kontinġenti se tiġi pprovduta minn ČEZ biex tiffinanzja kwalunkwe qbiż tal-kostijiet potenzjali mhux ikkawżat minn Raġunijiet Leġittimi. Id-dettalji dwar l-approċċ għall-finanzjament ta’ kwalunkwe qbiż tal-kostijiet se jiġi miftiehem minn ČEZ u l-Istat. L-impenn tal-ekwità massimu totali minn ČEZ għall-Proġett fil-fażi tal-iżvilupp u tal-kostruzzjoni se jkun ta’ EUR 1,95 biljun.

(198)

L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li l-limitu massimu tal-qbiż tal-kostijiet huwa r-riżultat tan-negozjati kummerċjali bejn il-partijiet u r-riżultat ta’ allokazzjoni tar-riskju effettiva u ottimali għall-Proġett. Huma jqisu li l-Proġett ma setax jitwettaq b’impenn finanzjarju miftuħ.

(199)

Kif imsemmi fit-taqsima 3.6.6, l-awtoritajiet Ċeki jantiċipaw li l-kostijiet tal-kostruzzjoni tal-Proġett huma ta’ EUR […]/kW (mil-lum għall-għada, b’hekk mingħajr interess matul il-perjodu ta’ kostruzzjoni, fil-livell tal-prezz tal-2020) u jassumu li l-kostijiet operatorji huma ta’ madwar EUR [minn 25 sa 50]/MWh (fil-livell tal-prezz tal-2020) li jinkludu l-fjuwil, l-Operazzjoni & l-Manutenzjoni (“O&M”, Operation & Maintenance), il-kostijiet tat-tiġdid tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-kostijiet tad-dekummissjonar u tal-ġestjoni tal-iskart. F’xenarju alternattiv (105), l-awtoritajiet Ċeki jistmaw li l-kostijiet tal-kostruzzjoni għall-Proġett, mhux relatati ma’ eċċessi kkawżati minn raġunijiet Leġittimi, huma 10 % ogħla.

(200)

Kif stabbilit fil-premessa 154, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li fl-agħar xenarju possibbli ta’ qbiż tal-kostijiet simili għal dawk imġarrba f’Vogtle u Hinkley Point C, il-kostijiet mil-lum għall-għada tal-Proġett jistgħu jilħqu EUR [minn 17 sa 18] biljun (reali fi prezzijiet tal-2023), jew EUR […] biljun f’termini nominali. F’każ bħal dan, jekk il-qbiż tal-kostijiet jiġu skattati totalment minn Raġunijiet Leġittimi, l-ammont tal-RFA jilħaq EUR […] biljun f’termini nominali.

(201)

F’dan l-istadju, l-istimi tal-kostijiet huma indikattivi u ġew żviluppati abbażi ta’ preċedenti. Il-kostijiet attwali se jiġu ddeterminati mir-riżultat tal-offerta tal-EPC u t-teknoloġija magħżula.

3.11.   Akkumulazzjoni

(202)

Il-miżura ma tistax tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra riċevuta biex tkopri l-istess kostijiet imġarrba fil-Proġett.

3.12.   Trasparenza

(203)

L-awtoritajiet Ċeki sostnew li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-miżura se tiġi ppubblikata fuq sit web nazzjonali (106), kif ukoll fuq ir-reġistru ta’ trasparenza tal-Kummissjoni.

3.13.   Raġunijiet biex jingħata bidu għall-proċedura

(204)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fit-30 ta’ Ġunju 2022. Il-Kummissjoni waslet għall-fehma preliminari li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. B’mod speċifiku, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji b’rabta mal-adegwatezza, il-proporzjonalità tal-għajnuna, u ma’ distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u l-kummerċ.

(205)

Fir-rigward tad-dubji dwar l-adegwatezza fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni staqsiet jekk il-kombinament tal-kuntratt ta’ ħruġ bil-prezz fiss propost inizjalment flimkien mal-RFA u l-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika kienx strument xieraq biex tiġi pprovduta l-għajnuna, speċjalment meta mqabbla ma’ strumenti oħra li tqiesu xierqa għall-investimenti nukleari tal-passat. Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk grad ogħla ta’ riskju għall-benefiċjarju kienx ikun aktar xieraq. B’mod speċifiku, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li bl-iżolament tal-benefiċjarju minn riskji importanti tas-suq, ċerti inċentivi għall-imġiba kompetittiva setgħu ġew imxekkla u qieset li t-tliet miżuri (jiġifieri, id-dispożizzjoni dwar il-Bidla fil-Liġi, il-kuntratt ta’ ħruġ u l-RFA) flimkien inaqqsu r-riskju tas-suq b’mod konsiderevoli. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sostniet li ma kienx ċar jekk il-bilanċ propost miċ-Ċekja fl-użu tat-tliet miżuri kienx dak it-tajjeb, u jekk jistgħux ikunu meħtieġa strumenti alternattivi jew alterazzjoni tal-istrumenti proposti biex jiġi żgurat livell ogħla ta’ skopertura għar-riskju tas-suq (107).

(206)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji fir-rigward tal-proporzjonalità tal-Proġett dwar jekk id-durata tal-kuntratt tal-ħruġ ta’ 60 sena kinitx limitata għall-minimu meħtieġ biex jiġi żgurat li l-Proġett jimxi ’l quddiem. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li d-durata taqbeż b’mod sinifikanti l-perjodu ta’ ħlas lura tal-assistenza finanzjarja (f’dan il-każ, 30 snin wara d-data tal-operazzjoni kummerċjali), kif ukoll id-durata tal-appoġġ aċċettat f’każijiet preċedenti (108). Il-Kummissjoni nnotat ukoll li filwaqt li l-kuntratti b’terminu twil huma rekwiżit komuni biex jippermettu investimenti kbar b’terminu twil, id-durata tal-kuntratt mhux neċessarjament tkopri dejjem it-tul kollu tal-ħajja ekonomika ta’ proġett.

(207)

Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk is-suppożizzjonijiet użati biex jiġi stmat ir-redditu meħtieġ jirriflettux b’mod korrett l-iskopertura għar-riskju tal-investitur. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-primjum għall-kostruzzjoni u l-operazzjonijiet nukleari li żdied fl-istima tal-mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali (CAPM, capital asset pricing model), minħabba l-iskopertura għar-riskju mnaqqsa tal-benefiċjarju minħabba t-tliet miżuri ta’ għajnuna kif ukoll il-possibbiltajiet għall-aġġustament tal-prezz tal-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija (PPA, power purchase agreement). Wara dan, il-Kummissjoni staqsiet jekk ir-RoE meħtieġa tirriflettix b’mod korrett ir-riskji mġarrba mill-benefiċjarju u li dan jikkorrispondi għal redditu raġonevoli għall-investitur f’attività bħal din, peress li l-kuntratt ta’ ħruġ jittrasferixxi kemm ir-riskji tal-prezzijiet kif ukoll tas-suq għall-SPV u għalhekk, lill-Istat (109).

(208)

Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità propost miċ-Ċekja jipprevjenix b’mod suffiċjenti l-kumpens żejjed, b’mod partikolari peress li jinkludi fattur ta’ kondiviżjoni ta’ 50:50 bejn l-Istat u EDU II (110).

(209)

Barra minn hekk, fir-rigward ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett, il-Kummissjoni nnotat li l-proċess ta’ għażla miftuħ għall-promotur tal-Proġett seta’ kien kapaċi jwassal għat-tnaqqis tal-appoġġ meħtieġ għat-twettiq tal-Proġett (111).

(210)

Fir-rigward tad-dubji b’rabta mal-effetti negattivi possibbli fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni, il-Kummissjoni ddubitat l-għażla ta’ ČEZ bħala l-benefiċjarju tal-Proġett u l-fatt li ČEZ intgħażlet mingħajr proċess ta’ sejħa għall-offerti jew proċess tal-għażla, u possibbilment mingħajr kunsiderazzjoni reali ta’ operaturi potenzjali oħra. Wara dan, il-Kummissjoni qajmet il-mistoqsija dwar l-għaliex ČEZ tista’ tkun l-aktar operatur effiċjenti, għaliex ma tmexxiet l-ebda offerta jew mekkaniżmu ta’ għażla oħra, u għal liema raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi ntgħażlet ČEZ. L-għażla ta’ ČEZ tqajjem dubji dwar distorsjoni potenzjali tal-istruttura tas-suq fid-dawl tal-pożizzjoni b’saħħitha ta’ ČEZ fis-suq tal-elettriku Ċek (112).

(211)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li l-possibbiltajiet għall-manipulazzjoni tal-prezzijiet u l-kapaċità miżmuma minn ČEZ ma jistgħux jiġu esklużi bis-sħiħ. Pereżempju, f’perjodi meta l-prezzijiet tas-suq ikunu ogħla mill-prezz fiss tal-PPA, ma kienx eskluż li l-Grupp ČEZ jista’ jkollu inċentiv ekonomiku biex inaqqas l-output ta’ EDU II, b’tali mod li unitajiet oħra ta’ ČEZ ikunu jistgħu jbigħu aktar enerġija bi prezzijiet tas-suq ogħla. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-manipulazzjoni possibbli tas-suq ma setgħetx tiġi eskluża b’mod partikolari minħabba l-pożizzjoni b’saħħitha tas-suq kurrenti ta’ ČEZ fir-rigward tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku kif ukoll il-ġenerazzjoni attwali fiċ-Ċekja. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk ČEZ jew EDU II jkollhomx l-inċentivi jew il-kapaċità li jimmanipulaw is-suq (113).

(212)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar ir-rwol tal-SPV fis-suq. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li peress li l-SPV tista’ tibbilanċja t-telf tagħha permezz ta’ fondi mill-Istat, ma kienx ċar jekk l-SPV jkollhiex biżżejjed inċentivi biex taġixxi bħala entità privata li timmassimizza l-profitt, sakemm dak ir-rwol ma jkunx tabilħaqq meħud minn impriża separata, li hija mmexxija minn strateġija ta’ massimizzazzjoni tal-profitt, magħżula permezz ta’ sejħa miftuħa għall-offerti li ma tirriżultax f’integrazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet ta’ negozjar tal-SPV ma’ ČEZ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li hemm ir-riskju li l-għajnuna lill-SPV tista’ tinfirex fuq konsumaturi kbar tal-elettriku. Dan ir-riskju jista’ jiġi aggravat iktar mill-fatt li l-SPV se tkun ikkontrollata mill-Istat. Peress li għadu mhux totalment ċar kif l-SPV se tbigħ l-elettriku, jew lil min, ma setax jiġi eskluż li l-SPV tista’ tikkonkludi kuntratti bilaterali b’kundizzjonijiet vantaġġużi mal-konsumaturi industrijali (114). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni indikat li d-distorsjoni tas-suq tista’ possibbilment isseħħ minħabba li huwa inċert jekk l-istruttura SPV-PPA tistax tipprevjeni s-sinjali tas-suq milli jaslu għand l-operatur tal-impjant tal-enerġija (115).

4.   IL-POŻIZZJONI TAL-GVERN ĊEK

(213)

Iċ-Ċekja bagħtet it-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ fit-30 ta’ Awwissu 2022. Is-sottomissjoni taċ-Ċekja pprovdiet diversi analiżijiet bi tweġiba għad-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ fir-rigward tal-adegwatezza, il-proporzjonalità u l-effett tal-miżura fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni.

(214)

Jenħtieġ li jiġi nnotat li t-tweġiba taċ-Ċekja għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tiddiskuti l-miżuri ta’ appoġġ għall-għajnuna mill-Istat kif deskritti fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Il-miżuri ta’ appoġġ kurrenti, li jinkludu l-bidliet meta mqabbla mal-miżuri ppjanati inizjalment li ġew introdotti sabiex jiġu indirizzati d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, huma stabbiliti fid-dettall fit-Taqsima 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

(215)

L-argumenti mressqa miċ-Ċekja huma deskritti f’aktar dettall hawn taħt.

4.1.   Pożizzjoni taċ-Ċekja dwar l-adegwatezza tal-għajnuna

(216)

Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, iċ-Ċekja argumentat li fil-kundizzjonijiet kurrenti dejjem jinbidlu u inċerti tas-suq, it-tliet miżuri kollha tal-Proġett huma mitluba jindirizzaw il-fallimenti tas-suq assoċjati mal-iżvilupp tal-enerġija nukleari (jiġifieri l-iskala tar-rekwiżit kapitali, il-lonġevità tal-esponiment għas-sinjali tal-ipprezzar tas-suq li huma stess huma distorti mill-interventi, u l-lonġevità tal-esponiment għad-deċiżjonijiet politiċi), kif rikonoxxut mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (116). Skont iċ-Ċekja, huma meħtieġa interventi tal-Istat separati iżda interkonnessi biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq imsemmija hawn fuq.

(217)

L-ewwel nett, fin-nuqqas ta’ finanzjament skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn sorsi privati minħabba l-iskala sinifikanti ta’ investimenti u riskji oħra assoċjati mal-iżvilupp ta’ proġetti nukleari, l-iskala importanti tar-riskju tar-rekwiżit kapitali tiġi mitigata mill-RFA.

(218)

It-tieni, il-lonġevità tal-iskopertura għar-riskju għas-sinjali tal-ipprezzar tas-suq tesponi lill-Proġett għal riskju għoli ta’ dħul kontra kostijiet fissi sinifikanti li jirriżultaw f’ingranaġġ operazzjonali għoli ħafna, li għalih l-investituri privati ma għandhomx dik il-predispożizzjoni. Dan ir-riskju jiġi indirizzat mill-protezzjoni tal-prezzijiet f’terminu twil offrut skont it-termini tal-PC (117).

(219)

It-tielet, il-lonġevità tal-esponiment għar-riskji tad-deċiżjonijiet politiċi, li hija preżenti fil-fażijiet kollha tal-Proġett (jiġifieri, mill-iżvilupp sad-dekummissjonar), tiġi indirizzata mill-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika, inkluża l-protezzjoni tar-“Raġunijiet Leġittimi” stabbilita fil-PC.

(220)

Biex tappoġġa dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Ċeki pprovdew lista ta’ proġetti nukleari li ġew abbandunati bħala riżultat ta’ wieħed jew aktar mill-fallimenti tas-suq imsemmija hawn fuq relatati mal-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni tal-enerġija nukleari. (118)

(221)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li minbarra dawk il-fallimenti prinċipali tas-suq, il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq żiedu b’mod sinifikanti r-riskji għall-promoturi ta’ proġetti nukleari ġodda. Dawn jinkludu (i) il-bidla teknoloġika li hi riesqa lejn, pereżempju, l-enerġija rinnovabbli u l-idroġenu, li tista’ tirriżulta fl-esklużjoni tat-teknoloġija nukleari minn sorsi b’kost marġinali tal-produzzjoni minimu, (ii) ix-xenarju makroekonomiku, li fost l-oħrajn, kien qed jesperjenza pressjonijiet inflazzjonarji kif ukoll bidliet fir-rati tal-imgħax u fir-rati tal-kambju f’munita barranija, (iii) il-volatilità fil-prezzijiet tas-suq tal-komoditajiet, li tirriżulta f’volatilità fil-prezzijiet tal-elettriku, u avvenimenti tat-tip “ċinju iswed” – bħall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna li wasslet għal tfixkil fis-suq u fil-katina tal-provvista.

(222)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki ppreżentaw xenarji kontrofattwali li skonthom jekk xi waħda mit-tliet miżuri ta’ appoġġ tal-Proġett kellha titneħħa, ir-riskji prinċipali deskritti hawn fuq jibqgħu mhux mitigati, u b’hekk jimminaw il-vijabbiltà tal-Proġett u jirriżultaw f’riskju inaċċettabbli għall-promotur tal-Proġett u fl-aħħar mill-aħħar fil-falliment tat-twettiq.

(223)

Fl-ewwel xenarju kontrofattwali, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-RFA tipprovdi l-kapital meħtieġ għall-kostruzzjoni tal-unità nukleari l-ġdida u ttaffi r-riskju ta’ falliment tas-suq li jirriżulta mill-iskala sinifikanti ħafna tar-rekwiżit kapitali u l-grad għoli ta’ riskju tal-kostruzzjoni. Fin-nuqqas tal-RFA, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li l-promotur tal-Proġett ma jkunx jista’ jikseb kapital permezz tas-swieq tad-dejn kummerċjali għall-fażi tal-kostruzzjoni minħabba li r-riskji msemmija hawn fuq iwasslu għal falliment tal-proġett. Barra minn hekk, iċ-Ċekja ssostni li jekk il-kapital ikun jista’ jinġabar fis-swieq tad-dejn kummerċjali, ikun probabbli ħafna li l-aċċess għal dan il-finanzjament privat ikun jeħtieġ kost tad-dejn ogħla b’mod sinifikanti meta mqabbel mal-miżura proposta mill-Istat; fl-aħħar mill-aħħar, dan jirriżulta f’livelli ogħla ta’ appoġġ għall-għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, biex jinkiseb l-istess livell ta’ redditu tal-ekwità, ikun meħtieġ Prezz tal-Eżerċitar tal-PC ogħla.

(224)

Fit-tieni xenarju kontrofattwali, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li l-PC jaġixxi bħala fattur mitiganti ewlieni għall-iskala sinifikanti ħafna tar-rekwiżit kapitali u l-lonġevità tal-iskopertura għall-volatilità tal-prezzijiet tas-suq. Fil-fehma taċ-Ċekja, kieku l-PC kellu jitneħħa, ma jkun hemm l-ebda interess mill-investituri biex jiddependu fuq redditi bbażati fuq is-suq tul il-ħajja tal-Proġett u l-iskopertura sħiħa għar-riskju tal-kost tal-fjuwil/OPEX (operating expenses) li jaqbżu ħafna l-prezzijiet tal-elettriku, il-volatilità tal-fluss tal-flus u l-kostijiet addizzjonali tal-iħħeġġjar li matul l-operazzjoni jkomplu jiskoraġġixxu aktar lill-investituri.

(225)

Fl-aħħar nett, fit-tielet xenarju kontrofattwali, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-bidliet legali, tal-politika u dawk regolatorji huma lil hinn mill-kontroll tal-iżviluppaturi tal-proġetti nukleari u tali bidliet jikkostitwixxu riskju sinifikanti għall-proġetti nukleari ġodda fid-dawl tal-lonġevità tagħhom u l-fehmiet diverġenti dwar ir-rwol tat-teknoloġija nukleari. Fin-nuqqas tal-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li l-promotur tal-Proġett x’aktarx jirtira mill-Proġett u jwassal għad-dewmien fl-iskedi ta’ żmien għall-ikkummissjonar u/jew għall-falliment fit-twettiq tal-proġett.

(226)

Matul l-investigazzjoni formali, iċ-Ċekja ddeċidiet li temenda l-miżura bil-ħsieb li tinjetta aktar riskju tas-suq fil-Proġett billi tissostitwixxi r-remunerazzjoni tal-prezz fiss tal-PC (119) b’formula ta’ remunerazzjoni aġġornata li tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq u tirreaġixxi għas-sinjali tas-suq. Għad-deskrizzjoni dettaljata tal-formula ta’ remunerazzjoni, ara l-premessi 83-106 hawn fuq.

4.2.   Pożizzjoni taċ-Ċekja dwar il-proporzjonalità tal-għajnuna

4.2.1.   Tul ta’ żmien tal-appoġġ

(227)

Bi tweġiba għad-dubji tal-Kummissjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-PC imqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki, l-ewwel argumentaw li l-PC jeħtieġ li jkun proporzjonat mal-ambjent kurrenti ta’ investiment ta’ riskju. B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li x-xenarju tal-investituri għall-iżvilupp tal-enerġija nukleari għadda minn bidliet sinifikanti bħala riżultat tar-riskji li qed jiżdiedu li jirriżultaw minn nuqqasijiet fil-katina tal-provvista globali, il-pressjoni inflazzjonarja, is-swieq internazzjonali tal-kambju volatili u d-deterjorament tal-ambjent ġeopolitiku fl-Ewropa (bħall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna). Is-swieq tal-enerġija huma suxxettibbli għal riskji ġeopolitiċi bħal dawn li riċentement irriżultaw f’volatilità għolja tal-prezzijiet tal-enerġija. L-investituri nukleari huma partikolarment affettwati minn dawn il-bidliet minħabba l-lonġevità tal-proġetti u l-kapital sinifikanti meħtieġ fil-bidu tal-ħajja ta’ dawn il-proġetti. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, iċ-Ċekja targumenta li t-terminu propost tal-PC ta’ 60 sena jikkorrispondi għall-ambjent tar-riskju kurrenti u kwalunkwe tnaqqis fit-terminu tal-maturità jissarraf fi skopertura ogħla għar-riskju tal-investituri u għaldaqstant f’ROE ogħla. Skont l-awtoritajiet Ċeki, dan jissarraf fi Prezz tal-Eżerċitar tal-PC ogħla, li jimmina l-objettiv tal-Proġett li jipprovdi elettriku affordabbli.

(228)

It-tieni, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li aktar ma jkun twil il-kuntratt tal-ħruġ, aktar ikun baxx il-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC u aktar ikun baxx ir-riskju li l-elettriku jsir aktar għali. Iċ-Ċekja sostniet li PC b’durata iqsar minn 60 sena jesponi lill-Proġett għal riskji amplifikati. Tali riskji jinkludu li l-promotur tal-Proġett ikollu bżonn jinforza Prezz tal-Eżerċitar tal-PC ogħla b’mod sinifikanti biex jibni riżervi akbar ta’ kapital operatorju kif ukoll jagħmel kontribuzzjonijiet akbar għar-riżerva tad-dekummissjonar (120) fuq perjodu iqsar sabiex jimmaniġġja r-riskji f’kundizzjonijiet avversi tas-suq (bħal volatilità fil-prezzijiet tas-suq) wara l-iskadenza tal-kuntratt tal-ħruġ. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet Ċeki enfasizzaw l-importanza ta’ prezzijiet tal-elettriku stabbli u affordabbli għall-konsumaturi li jinkisbu minn PC tal-elettriku b’terminu twil. Fl-aħħar nett, iċ-Ċekja affermat li jkun meħtieġ terminu tal-PC li jestendi lil hinn mill-perjodu ta’ ħlas lura tal-RFA ta’ 30 sena biex jiġi żgurat li l-Proġett ma jiġix ipperikolat minn riskji akbar u li l-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC jibqa’ raġonevoli u stabbli fit-tul.

(229)

It-tielet, l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li t-tixrid tal-appoġġ operazzjonali tul il-ħajja kollha tal-NPP tipprevjeni r-riskju ta’ gwadann imprevist għall-benefiċjarju. B’mod speċifiku, iċ-Ċekja spjegat li l-mekkaniżmu ta’ kumpens żejjed flimkien mal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC f’intervalli regolari biex tiġi żgurata remunerazzjoni proporzjonata jiżguraw li r-riskju ta’ profitti imprevisti jiġi minimizzat. L-awtoritajiet Ċeki semmew ukoll li t-tul ta’ żmien ta’ 60 sena tal-PC jillimita wkoll kwalunkwe profitt imprevist li jista’ jseħħ wara l-iskadenza tal-kuntratt ta’ ħruġ f’każijiet ta’ terminu iqsar.

(230)

Ir-raba’, iċ-Ċekja spjegat li t-tixrid tal-appoġġ tul il-ħajja tal-NPP jimminimizza l-impatt speċifiku tal-prezzijiet u jnaqqas ir-riskju ta’ trasferimenti ekonomiċi interġenerazzjonali inġusti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li l-PC huma għodda importanti biex jipproteġu lill-konsumaturi minn żviluppi volatili tas-suq. Barra minn hekk, id-durata tal-PC għall-Proġett li taqbel ma’ tul il-ħajja tal-NPP tipprovdi provvista u stabbiltà tal-prezzijiet akbar lill-konsumaturi tal-enerġija għall-kuntrarju ta’ kuntratt ta’ ħruġ b’durata iqsar li jesponi lill-promotur tal-Proġett u lill-konsumaturi tal-enerġija għal inċertezza fil-prezzijiet u fil-provvista. F’każijiet ta’ durata ta’ PC iqsar minn 60 sena, ikun hemm riskju akbar ta’ trasferimenti ekonomiċi interġenerazzjonali inġusti li jistgħu jirriżultaw minn inċertezza fil-prezzijiet jew fil-provvista. Barra minn hekk, iċ-Ċekja semmiet li l-appoġġ operazzjonali tul il-ħajja tal-NPP huwa komuni f’ħafna każijiet tar-RES (renewable energy sources). Approċċ bħal dan inaqqas ir-riskju tal-investimenti peress li jipprovdi livell garantit ta’ redditi għall-investituri.

(231)

Il-ħames, l-awtoritajiet Ċeki argumentaw ukoll li t-terminu twil ta’ PC isaħħaħ il-kunfidenza li l-NPP se jkompli l-operazzjonijiet tul il-ħajja tiegħu u jippromwovi s-sigurtà tal-enerġija Ċeka. B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li d-durata twila ta’ PC tipprovdi sinjal tas-suq li jindika l-impenn tal-Istat għas-sigurtà tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju f’perjodu fit-tul. Din il-kunfidenza tista’ tissarraf f’kostijiet aktar baxxi għall-Proġett.

(232)

Is-sitt u l-aħħar nett, iċ-Ċekja ssostni li l-miżuri (inkluża d-durata proposta tal-PC) jippermettu l-allokazzjoni tar-riskju massima vijabbli lill-iżviluppatur tal-Proġett u lill-kuntrattur li dawk il-partijiet jistgħu jġorru. Skont il-pakkett ta’ appoġġ propost, l-awtoritajiet Ċeki semmew li r-riskji importanti jibqgħu f’idejn il-promotur tal-Proġett (bħad-dewmien, il-qbiż tal-kostijiet, il-kwistjonijiet tal-katina ta’ provvista, il-prestazzjoni u l-indisponibilitajiet tal-impjant kif ukoll bidliet mhux koperti mir-raġunijiet Leġittimi). Għalhekk, fil-fehma taċ-Ċekja, il-miżuri proposti jikkostitwixxu għajnuna proporzjonata li hija stabbilita għall-ammont minimu li ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

(233)

Matul l-investigazzjoni formali, iċ-Ċekja ddeċidiet li tqassar id-durata tal-PC minn 60 sena għal 40 sena (ara l-premessi 83-85 hawn fuq).

4.2.2.   Riskju ta’ kumpens żejjed

(234)

Bi tweġiba għad-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tar-riskju ta’ kumpens żejjed imqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki sostnew li l-mekkaniżmu ta’ kumpens żejjed propost huwa biżżejjed biex jipprevjeni l-kumpens żejjed. Il-mekkaniżmu ta’ kumpens żejjed propost jikkonsisti fi tliet għodod ewlenin li joffru protezzjoni qawwija: jiġifieri, (i) il-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti li, fil-fehma taċ-Ċekja, imur lil hinn minn u huwa aktar strett mid-dispożizzjonijiet ekwivalenti fi proġetti nukleari li kienu approvati qabel, (ii) il-proċess ta’ sejħa għall-offerti tal-EPC li se jikkontribwixxi għall-kalibrazzjoni tal-prezz tal-PC (121), u (iii) l-iżolament mis-swieq tal-enerġija permezz tal-istruttura tal-PC li jipprevjeni lil EDU II milli tikseb kumpens żejjed bħala riżultat ta’ bidliet sostanzjali fil-prezz tal-enerġija f’perjodu fit-tul.

(235)

Fir-rigward tal-ewwel miżura, l-awtoritajiet Ċeki semmew li l-mekkaniżmu propost ikejjel il-prestazzjoni tal-Proġett tul il-ħajja tiegħu u jiżgura li r-rendiment addizzjonali jkun kopert mill-ambitu tiegħu. B’mod partikolari, ir-redditi kollha miksubin li jkunu ogħla mir-redditu tal-każ inizjali negozjat ta’ EDU II huma soġġetti għal fattur ta’ kondiviżjoni ta’ 50 %. L-awtoritajiet Ċeki enfasizzaw ukoll li l-mekkaniżmu propost għall-kondiviżjoni tal-profitti jħeġġeġ lil EDU II tagħmel redditi akbar u joffri l-possibbiltà lill-Istat li jirċievi riċevuti tal-kondiviżjoni tal-profitti f’każ ta’ rendiment addizzjonali tal-Proġett.

(236)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki sostnew li l-mekkaniżmu propost għall-kondiviżjoni tal-profitti huwa bbażat fuq il-mekkaniżmu ta’ Hinkley Point C li ġie approvat mill-Kummissjoni. Madankollu, huma jargumentaw li l-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti tal-proġett jipprovdi kondiviżjoni akbar bejn l-Istat u l-operatur f’redditu tal-ekwità aktar baxx meta mqabbel ma’ Hinkley Point C. B’mod speċifiku, il-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti tal-proġett għandu limitu tal-kondiviżjoni ferm aktar baxx minn ta’ Hinkley Point C (122). Barra minn hekk, il-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti ta’ Hinkley Point C huwa attivat biss meta l-IRR (WACC, weighted average cost of capital) tal-proġett jaqbeż il-11,4 % (id-WACC tal-każ ta’ bażi ta’ 9,02 %), filwaqt li l-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti tal-proġett ikun attivat b’redditu ekonomiku ħafna aktar baxx għall-proġett (id-WACC tal-każ ta’ bażi ta’ 3,7 %). Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti tal-Proġett għandu fattur ta’ kondiviżjoni inizjali ogħla minn ta’ Hinkley Point C (50 % meta mqabbel ma’ 30 %).

Illustrazzjoni 2

EDU II vs il-mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tal-profitti ta’ Hinkley Point C […]

Sors:

Awtoritajiet Ċeki

(237)

Fir-rigward tat-tieni miżura, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li fil-proċess għall-istabbiliment tas-suppożizzjonijiet, is-sejħa għall-offerti tal-EPC tinkorpora mekkaniżmu kompetittiv ibbażat fuq is-suq. Dan il-mekkaniżmu jiżgura li kwalunkwe żieda potenzjali koperta fis-suppożizzjonijiet f’terminu twil tiġi minimizzata bħala riżultat tal-eżitu tal-proċess ta’ sejħa għall-offerti. B’mod simili, fil-fehma taċ-Ċekja, il-proċess ta’ sejħa għall-offerti tal-EPC jiżgura li kwalunkwe kumpens żejjed minn kontinġenza potenzjali mhux dovuta fis-suppożizzjonijiet sottostanti jkun limitat. Iċ-Ċekja targumenta wkoll li l-proċess ta’ sejħa għall-offerti fil-Proġett ivarja mill-proċedura tal-għażla f’Hinkley Point C fejn il-promotur tal-proġett kellu aktar għodod biex iwassal għal kumpens żejjed (123).

(238)

Fir-rigward tat-tielet miżura, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-istruttura proposta tal-PC tnaqqas ir-rabta bejn il-promotur tal-Proġett u l-esponiment għall-prezzijiet tas-suq u b’hekk tneħħi l-possibbiltà għall-promotur li jirċievi kumpens żejjed bħala riżultat ta’ bidliet fis-suq (strutturali jew relatati mal-prezz). Fit-teorija, riskju bħal dan jista’ jseħħ wara t-tmiem tad-durata tal-PC u skont iċ-Ċekja din hija raġuni addizzjonali favur PPA itwal ta’ 60 sena li taqbel mat-tul tal-ħajja tal-NPP. Abbażi tal-istruttura proposta tal-PC, EDU II setgħet biss taqla’ kumpens żejjed f’każijiet ta’ rendiment addizzjonali f’termini ta’ produzzjoni tal-kapaċità.

(239)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-kapaċità għall-promotur tal-Proġett li jaqla’ xi żieda limitata ’l fuq mill-mira tar-ROE għandha l-effetti ta’ inċentiv mixtieqa u se tinċentiva lil EDU II biex tinvolvi ruħha fl-imġiba ekonomika tas-suq. Iċ-Ċekja fasslet u nnegozjat l-appoġġ għall-Proġett bl-objettiv li minn naħa waħda, ir-riskju tollerabbli massimu jiġi ttrasferit lil EDU II u min-naħa l-oħra biex jinżammu inċentivi biex tiġi inċentivata l-imġiba ekonomika t-tajba ta’ EDU II u ČEZ. L-inċentivi inklużi fl-istruttura proposta jippermettu lil EDU II timmaniġġja b’mod effettiv ir-riskji, tinnova, tiżgura l-effiċjenzi u twassal il-Proġett fit-termini arranġati. Fl-aħħar nett, iċ-Ċekja targumenta li l-mekkaniżmi addizzjonali ta’ kumpens żejjed biex jillimitaw żieda potenzjali jżidu l-pożizzjoni ta’ riskju netta għal EDU II u għalhekk jistgħu ma jkunux allinjati mal-pożizzjoni ta’ għajnuna minima kurrenti. B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki semmew li l-mekkaniżmu propost għall-kondiviżjoni tal-profitti jipproteġi kontra l-kumpens żejjed billi jnaqqas il-potenzjal għall-vantaġġi u dan huwa rifless fir-ROE kurrenti u fil-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC miftehmin bejn iċ-Ċekja u l-promotur tal-Proġett. Kwalunkwe miżura addizzjonali biex jitnaqqas aktar it-titjib potenzjali jista’ jirriżulta f’esponiment għar-riskju ogħla għall-promotur tal-Proġett u li possibbilment jirriżulta fi prezz ogħla tal-ROE u tal-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC.

(240)

Matul l-investigazzjoni formali, iċ-Ċekja rrevediet il-formula tal-PC għar-remunerazzjoni ta’ ČEZ (ara l-premessi 83-106 hawn fuq) biex tirrifletti r-riskji tas-suq u aġġornat il-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti (ara l-premessi 161-169 hawn fuq) biex tipprevjeni l-kumpens żejjed.

4.2.3.   RoE kkalkulat fil-livell minimu rekwiżit

(241)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-medda proposta għar-RoE ġiet ivvalutata meta tqiesu r-riskji ffaċċjati minn EDU II meta mqabbla ma’ proġetti kbar oħra ta’ infrastruttura tal-enerġija. B’mod speċifiku, ir-riskji tal-proġetti ġew ivvalutati skont sitt kategoriji: jiġifieri, l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat, id-dħul, il-finanzjament, u r-regolamentazzjoni. Il-komparaturi huma maqsuma fi tliet taqsimiet: jiġifieri, (i) il-proġetti tal-ġenerazzjoni nukleari (EDU II, HPC u Paks II), (ii) il-proġetti kbar ta’ infrastruttura kummerċjali (proġetti ta’ impjanti tal-enerġija konvenzjonali u tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta), u (iii) il-kontrolli regolatorji Ċeki tal-prezzijiet. Il-valutazzjoni kwalitattiva tar-riskju mwettqa miċ-Ċekja ssib li l-proġetti tal-ġenerazzjoni nukleari jitqiesu bħala riskju “Għoli”, filwaqt li l-kategoriji l-oħra jitqiesu bħala riskju “Medju” u “Baxx”. It-tabella ta’ hawn taħt tiġbor fil-qosor l-analiżi tal-valutazzjoni komparattiva tar-riskju fil-fatturi ta’ riskju u l-proġetti komparaturi kollha kkunsidrati skont is-sitt kategoriji tar-riskju.

Tabella 4

Sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju fil-fatturi tar-riskju u l-proġetti komparaturi kollha

Image 4

Image 5

Sors:

Awtoritajiet Ċeki

(242)

Skont iċ-Ċekja, ir-redditi tipiċi għal dawk il-proġetti komparaturi jidhru li jikkorrispondu għar-riskji sottostanti. Għall-proġetti tal-ġenerazzjoni nukleari, ir-redditi jvarjaw bejn 9-12,5 % (għal Hinkley Point C, 11-11,5 % (ingranati), 9,02 % (mhux ingranati) u għal Paks II, 10,9-12,5 %). Għall-proġetti tal-impjanti tal-enerġija konvenzjonali, ir-redditi ingranati huma bejn 10-11 %, filwaqt li għall-park eoliku lil hinn mill-kosta jvarjaw bejn 7-9 %. Fl-aħħar nett, għad-distribuzzjoni regolata tal-elettriku u tal-gass Ċeka, ir-redditi jvarjaw bejn 7,76-7,94 %.

(243)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li ntużat analiżi dettaljata bbażata fuq il-varjabbli tas-suq biex tiġi kkalkolata l-firxa tar-RoE meħtieġa għal EDU II. Din l-analiżi indikat medda tar-RoE bejn […]-[…] %, li hija allinjata mal-valutazzjoni tar-riskju kwalitattiva u komparattiva u r-redditi għall-proġetti b’valutazzjoni komparattiva. B’mod speċifiku, intużaw varjabbli tas-suq mis-swieq finanzjarji Ċeki u Ewropej biex jiġu stmati l-parametri tas-CAPM inklużi l-valuri tar-Rata Mingħajr Riskju, tal-Primjum tar-Riskju tal-Ekwità, u tal-Beta. Barra minn hekk, għandu jiġi inkluż primjum nukleari meta mqabbel mal-enerġija konvenzjonali jew man-networks regolati fid-dawl tar-riskju akbar għall-proġetti nukleari. Dan minħabba li l-proġetti nukleari għandhom riskju materjali ta’ kostruzzjoni u ta’ operat u fil-fehma taċ-Ċekja kemm ir-rekord u kif ukoll id-diffikultajiet prattiċi tal-implimentazzjoni tal-proġetti nukleari fil-ħin u fi ħdan il-baġit juru dan. Iċ-Ċekja ssostni li minħabba l-protezzjonijiet mogħtija mill-Proġett, primjum ta’ 3-3,5 % huwa adegwat u ġie inkluż fil-kalkolu minn isfel għal fuq tas-CAPM.

(244)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki semmew li l-mekkaniżmi ta’ appoġġ proposti huma mfassla biex jittrasferixxu r-riskju massimu lil EDU II filwaqt li huma biżżejjed biex jindirizzaw il-fallimenti prinċipali tas-suq.

(245)

Matul l-investigazzjoni formali, iċ-Ċekja pproponiet ROE aġġornat kif deskritt fit-Taqsima 3 (ara l-premessi 84-99 hawn fuq).

4.3.   Pożizzjoni taċ-Ċekja dwar l-għażla ta’ ČEZ

(246)

Fit-tweġiba tagħhom għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li kienu ġew ikkunsidrati soluzzjonijiet alternattivi għar-rwol tal-promotur tal-Proġett u ČEZ intgħażlet bħala l-għażla ppreferuta (il-premessi 147-148). Qabel l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett, twettqu analiżijiet dettaljati ta’ tliet għażliet li kienu qed jiġu kkunsidrati (jiġifieri, (i) il-konsorzju ta’ investituri privati, (ii) il-maġġoranza tal-proġett li huwa ta’ proprjetà tal-Istat Ċek u mħaddem minnu, u (iii) l-għażla fejn ČEZ kienet il-promotur tal-Proġett) (ara l-premessa 51 hawn fuq). Iċ-Ċekja għażlet it-tielet għażla.

(247)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li ČEZ hija l-aktar għażla adegwata bħala promotur tal-Proġett fid-dawl tal-kapaċità u l-inċentivi tagħha biex twettaq il-Proġett, kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-interessi tas-sigurtà nazzjonali, u n-newtralità teknoloġika. B’mod speċifiku:

—

ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett tinsab f’pożizzjoni unika biex twettaq dan il-Proġett minħabba l-esperjenza estensiva tagħha fis-suq bħala żviluppatur u operatur kredibbli tal-NPP fl-Ewropa u bħala ġeneratur eżistenti fiċ-Ċekja. Barra minn hekk, ČEZ Group huwa wieħed mill-akbar għaxar kumpaniji tal-enerġija fl-Ewropa, kemm f’termini ta’ kapaċità installata kif ukoll ta’ għadd ta’ klijenti. Barra minn hekk, ČEZ se tipprovdi sa EUR 1,95 biljun f’investiment ta’ ekwità f’EDU II u dan se joħloq inċentiv qawwi għal ČEZ biex twettaq b’suċċess lil EDU II.

—

Fid-dawl tal-miri tan-newtralità tal-karbonju taċ-Ċekja sal-2050, il-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà tal-provvista kellhom rwol importanti fl-għażla tal-mudell tal-investitur għall-Proġett. ČEZ hija impenjata bis-sħiħ li twettaq il-Proġett f’perjodu ta’ żmien li jipproteġi s-sigurtà tal-provvista taċ-Ċekja u sa issa ħadet l-azzjonijiet kollha meħtieġa f’din id-direzzjoni (pereżempju, akkwistat is-sit, kisbet l-approvazzjonijiet u l-permessi tal-ippjanar meħtieġa).

—

ČEZ, bħala kumpanija fil-maġġoranza ta’ proprjetà tal-Istat Ċek u elenkata pubblikament b’impronta importanti fis-suq tal-enerġija Ċek, tiżgura li l-interessi tas-sigurtà nazzjonali taċ-Ċekja jkunu protetti – speċjalment f’ambjent fejn l-ekonomija taċ-Ċekja hija fil-biċċa l-kbira esposta għal theddid estern għall-provvista tar-riżorsi tal-enerġija.

—

Fl-aħħar nett, filwaqt li ČEZ intgħażlet bħala l-promotur tal-Proġett, il-fornitur tat-teknoloġija nukleari se jiġi akkwistat permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ sejħa għall-offerti. Il-fornitur tal-EPC se jkun responsabbli għall-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar tal-Proġett u għalhekk se jkollu responsabbiltà sinifikanti biex jiżgura li l-proġett jitwettaq b’suċċess.

(248)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-għażla ta’ ČEZ toħloq effiċjenzi sinifikanti, tevita kostijiet addizzjonali, u ma teħtieġx żvilupp separat tas-sit. Għalhekk, din l-għażla toħloq vantaġġ sinifikanti taż-żmien tat-twettiq tal-Proġett li ma setax ikun replikabbli minn strutturi alternattivi.

(249)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll ix-xogħlijiet preparatorji kollha li ČEZ wettqet s’issa. ČEZ Group huwa s-sid tas-sit propost għall-NPP (EDU II). Il-proċess ta’ akkwist għall-art meħtieġ għas-sit tal-kostruzzjoni beda f’April 2008 u ġie konkluż fl-2021 (il-premessa 77). Barra minn hekk, ČEZ wettqet studji tal-fattibbiltà bl-għan li tnaqqas il-ħin u l-kost għaċ-Ċekja fl-iżvilupp tal-Proġett.

(250)

Barra minn hekk, sa mill-bidu tal-2021 ČEZ kisbet il-liċenzji u l-permessi ewlenin kollha meħtieġa biex il-Proġett jimxi ’l quddiem f’konformità mal-pjan tal-Proġett (pereżempju, il-liċenzja għas-sit tal-installazzjoni nukleari u l-VIA (Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali) (il-premessi 78-79). Il-liċenzja għall-post tal-installazzjoni nukleari tipikament teħtieġ 6-7 snin u l-akkwist tal-VIA bejn 3-5 snin.

(251)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li ČEZ bħala sid u operatur ta’ impjant tal-enerġija nukleari għandha għarfien u fehim profond tar-rekwiżiti regolatorji, inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar, għal NPP ġdid u l-leġiżlazzjoni fiċ-Ċekja (il-premessa 149). Barra minn hekk, ČEZ u EDU II huma membri ta’ diversi organizzazzjonijiet internazzjonali inklużi l-Assoċjazzjoni Dinjija ta’ Operaturi Nukleari (“WANO”, World Association of Nuclear Operators) (124), ir-Rekwiżiti Armonizzati Ewropej għal Impjanti Ġodda tal-Enerġija Nukleari (“EUR”, European Harmonised Requirements for New Nuclear Power Plants) (125), l-Istitut tar-Riċerka dwar l-Enerġija Elettrika (“EPRI”, Electric Power Research Institute) (126), l-Assoċjazzjoni Nukleari Dinjija (“WNA”, World Nuclear Association) (127) u l-Alleanza tal-Ġenerazzjoni Nukleari II & III (“NUGENIA”, Nuclear Generation II & III Alliance) (128), u bħala tali għandhom aċċess għal standards u proċessi li huma rikonoxxuti u inkoraġġuti mir-regolaturi madwar id-dinja biex jippromwovu titjib kontinwu.

(252)

L-awtoritajiet Ċeki komplew jenfasizzaw ir-rwol ewlieni tal-Proġett fis-sigurtà tal-provvista tal-elettriku taċ-Ċekja fil-futur, speċjalment fid-dawl tad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam. B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li perjodu ta’ żvilupp iqsar għall-Proġett se jikkontribwixxi biex jiġi indirizzat id-distakk previst fil-kapaċità (129). L-iżvilupp ta’ proġett differenti f’sit differenti b’perjodu ta’ żmien ferm itwal ma jindirizzax il-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista tas-sistema.

(253)

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-argument, iċ-Ċekja spjegat li jekk xi promotur ta’ proġett alternattiv kellu jakkwista sit potenzjalment adegwat għall-impjant tal-enerġija nukleari fit-territorju taċ-Ċekja dan iwassal għal dewmien sinifikanti għat-twettiq tal-proġett meta mqabbel ma’ ČEZ. B’mod speċifiku, f’dan ix-xenarju alternattiv, l-awtoritajiet Ċeki jistmaw dewmien sa 14-il sena (meta mqabbel mall-Proġett) mingħajr assigurazzjonijiet li l-karatterizzazzjoni tas-sit jew li l-passi tal-ippjanar li kienu ta’ suċċess għal EDU II ma jiffaċċjaw l-ebda kwistjonijiet, fejn b’hekk jiżdiedu r-riskji u l-kostijiet għall-iżvilupp tal-proġett. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Ċeki jsostnu li fl-Ewropa ma hemm l-ebda evidenza ta’ operatur nukleari teknoloġikament newtrali u esperjenzat li qed jiżviluppa NPP barra minn pajjiżu stess.

(254)

F’każ li promotur tal-proġett għajr ČEZ kellu jiżviluppa l-Proġett, iċ-Ċekja tistma li jiġġarrbu kostijiet addizzjonali ta’ mill-inqas madwar EUR [200 sa 700] miljun u jkun meħtieġ li jiġu ffinanzjati. Dawn il-kostijiet jikkonsistu prinċipalment fil-valur tas-sit għall-NPP, l-istudji tal-fattibbiltà, l-attivitajiet ta’ liċenzjar u ta’ żvilupp li ČEZ wettqet s’issa, kif ukoll is-sinerġiji mal-NPP eżistenti ta’ Dukovany.

(255)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Ċeki semmew li l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett kienet konformi ma’ każijiet nukleari tal-passat ivvalutati mill-Kummissjoni fejn ma twettaq l-ebda proċess ta’ kompetizzjoni miftuħa għall-għażla tal-promoturi tal-proġetti minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dawk il-proġetti (130).

(256)

F’sottomissjoni oħra datata s-16 ta’ Marzu 2023, iċ-Ċekja indikat ir-rekord ta’ ČEZ fil-konsenja u fl-operat tal-impjanti tal-enerġija nukleari. Fil-passat, ČEZ żviluppat u bniet żewġ unitajiet b’kapaċità installata ta’ 1 125 MW f’Temelín (iċ-Ċekja) li ġew ikkummissjonati fl-2000 u fl-2002, kif ukoll l-ewwel impjant tal-enerġija nukleari f’Dukovany b’kapaċità installata kurrenti ta’ 2 040 MW. Dawn l-unitajiet ġew ikkummissjonati bejn l-1985 u l-1987 u ċ-Ċekja tenfasizza li l-WANO tqis li dawn l-unitajiet huma fost l-20 % tal-aqwa impjanti tal-enerġija mħaddma.

(257)

Barra minn hekk, minbarra s-sigurtà tal-provvista u l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali, iċ-Ċekja tenfasizza l-perspettiva tas-sigurtà finanzjarja peress li ČEZ tibbenefika minn klassifikazzjoni tal-kreditu governattiva b’saħħitha (131).

(258)

Fl-aħħar nett, iċ-Ċekja speċifikat li offerta għall-għażla ta’ Promotur tal-Proġett li tista’ tkun potenzjalment differenti minn ČEZ tkun tinvolvi żvantaġġi sinifikanti. Essenzjalment, iċ-Ċekja ssostni li f’dan il-każ il-kompetizzjoni fuq dan il-livell tal-Proġett ma tagħti l-ebda riżultat bil-ħsieb li jintgħażel l-aktar operatur effiċjenti. Kif indikat fir-raġunijiet irrapportati hawn fuq, iċ-Ċekja hija tal-fehma li peress li ma jkun hemm l-ebda vantaġġ tal-kompetizzjoni fit-talba għall-interess ta’ partijiet oħra jew fl-organizzar tal-offerta, u għalhekk l-iżvantaġġi ta’ dan il-proċess, b’mod partikolari d-dewmien u l-kostijiet addizzjonali mġarrba kif ukoll it-tħassib dwar is-sigurtà marbuta ma’ kwalunkwe kandidat potenzjali ieħor, ma jkunux jistgħu jiġu bbilanċjati. Iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li fl-ebda stadju tal-ippjanar tal-Proġett, xi parti terza ma lmentat dwarha jew qajmet oġġezzjonijiet dwar il-ħatra ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett, inklużi t-tweġibiet ta’ partijiet terzi għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

4.4.   Pożizzjoni taċ-Ċekja dwar l-impatt tal-Proġett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni

4.4.1.   Manipulazzjoni potenzjali tal-prezzijiet u l-kapaċità miżmuma minn ČEZ

(259)

Bi tweġiba għad-dubji tal-Kummissjoni mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ b’rabta mal-possibbiltà tal-kapaċità miżmuma minn ČEZ, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-Grupp ČEZ la se jkollu l-inċentivi ekonomiċi u lanqas il-kapaċità li jgħolli l-prezzijiet bl-ingrossa billi jnaqqas il-produzzjoni ta’ EDU II.

(260)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Ċeki jsostnu li dan huwa minħabba li l-istruttura ta’ governanza tal-proġett EDU II hija indipendenti mill-Grupp ČEZ; b’hekk, effettivament jillimita l-kapaċità ta’ dan tal-aħħar li jinterferixxi bla bżonn fl-operat ta’ kuljum tal-NPP.

(261)

It-tieni, skont ir-rapport ta’ Oxera (132), “l-ikkummissjonar ta’ EDU II għandu effett ċkejken iżda notevoli fuq il-prezz tal-elettriku Ċek”. Il-projezzjonijiet f’dan ir-rapport juru li l-ikkummissjonar ta’ EDU II inaqqas il-prezzijiet tal-elettriku Ċek b’madwar EUR 2/MWh bejn l-2040 u l-2050 (il-premessa 170). Wara dan, l-awtoritajiet Ċeki jistmaw li jekk EDU II tkun marret totalment offline għal sena, dan jirriżulta f’telf ta’ dħul li jammonta għal madwar EUR 450 miljun għal EDU II (133), filwaqt li ČEZ takkumula biss madwar EUR 17-il miljun ta’ dħul addizzjonali mill-bejgħ tal-parti mhux iħħeġġjata tal-produzzjoni għas-sena ta’ wara (134) li jwassal għal telf finanzjarju sinifikanti għall-Grupp ČEZ.

Illustrazzjoni 3

Differenza fil-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa fiċ-Ċekja bejn xenarji fattwali u kontrofattwali (2030-50)

Image 6

(262)

It-tielet, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li għalkemm xi tnaqqis żgħir fl-output tal-produzzjoni jista’ jkun teoretikament possibbli għal EDU II (135), tali bidla x’aktarx ma tirriżultax f’xi moviment sinifikanti fil-prezzijiet tal-elettriku tant kemm huma interkonnessi s-swieq tal-enerġija fl-Ewropa. B’mod speċifiku, iċ-Ċekja u l-ġirien immedjati tagħha bi swieq tal-elettriku interkonnessi huma l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Polonja u s-Slovakkja. Iċ-Ċekja tallega li l-Proġett ma jkollu l-ebda impatt jew ikollu biss impatt limitat ħafna fuq l-iffissar tal-prezzijiet fiċ-Ċekja bejn l-2030 u l-2050. Tabilħaqq, hija tistma li l-prezz tas-suq tal-elettriku għar-reġjun interkonness huwa stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-elettriku għall-enerġija ġġenerata barra miċ-Ċekja (sa 98 % tas-sigħat minn ġeneraturi barranin). L-enerġija ġġenerata fiċ-Ċekja tkun koperta mill-gass naturali u mil-linjite, b’għadd dejjem akbar ta’ RES. Dawn it-teknoloġiji bbażati fiċ-Ċekja jkunu qed jiffissaw il-prezzijiet għal ftit sigħat biss.

(263)

L-awtoritajiet Ċeki jargumentaw ukoll li ČEZ tiġi affettwata b’mod negattiv jekk l-SPV tagħti struzzjonijiet lil EDU II biex tnaqqas il-produzzjoni – anki għal raġunijiet validi, bħall-ibbilanċjar tas-sistema – peress li tali tnaqqis iwassal għal flussi ta’ flus aktar baxxi għal ČEZ. Fi kwalunkwe każ, iċ-Ċekja ssostni li ladarba l-NPP jkun operazzjonali, ikollu kostijiet marġinali tal-operatbaxxi u fil-biċċa l-kbira ma jkunux mgħammra tajjeb biex jimmodulaw il-volumi tal-output tagħhom.

(264)

Ir-raba’, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-azzjoni ekonomikament razzjonali kemm għal EDU II kif ukoll għal ČEZ Group hija li dejjem jipproduċu l-output massimu possibbli mill-NPP minħabba li EDU II se taqla’ biss dħul għall-elettriku fornut (136). L-awtoritajiet Ċeki rreferew għar-rapport ta’ Oxera li jaqra “[k]ull tnaqqis fl-output ta’ EDU II se jfisser flussi ta’ flus mitlufa u kwistjonijiet finanzjarji potenzjali għal EDU II minħabba kemm huwa baxx il-marġni ta’ manuvra għall-profittabbiltà li taħtu jopera l-proġett bil-prezz propost bħalissa ta’ EUR 50/MWh PPA” (137). Huma spjegaw ukoll li bħala medja l-marġni operattiv ta’ EDU II huwa [minn 40 sa 50] %, li jaqa’ għal 6 % ladarba jiġu inklużi l-kost u l-ħlas lura tal-RFA. Tnaqqis fil-fattur previst tat-tagħbija [minn 75 sa 100] % għal inqas [minn 70 sa 90] % jelimina l-flus disponibbli biex jitħallas id-dejn u potenzjalment iwassal biex EDU II ma tkunx tista’ tħaddem l-RFA. Tnaqqis [minn 40 sa 60] % iwassal biex il-flussi tal-flus ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-kostijiet operatorji.

(265)

Fir-rigward tad-dubji tal-Kummissjoni dwar il-manipulazzjoni potenzjali tal-prezzijiet minn ČEZ imqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li s-sehem mis-suq ta’ ČEZ fiċ-Ċekja u fis-swieq ġirien se jiżdied biss marġinalment bħala riżultat tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni konsenjabbli installata ta’ EDU II u se jkollu impatt limitat fuq is-saħħa tas-suq ta’ ČEZ. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li l-gwadann fis-sehem mis-suq permezz tal-investiment tal-Proġett fl-enerġija nukleari se jiġi kkumpensat bi tnaqqis fis-sehem mis-suq bħala riżultat ta’ investiment aktar baxx f’impjanti tal-faħam u d-dekummissjonar ippjanat tal-NPP eżistenti. Fi kwalunkwe każ, iċ-Ċekja targumenta li l-SPV imfassla speċifikament biex tipprevjeni kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni.

(266)

Iċ-Ċekja tikkontesta wkoll li s-suq rilevanti jkun jinkludi ċ-Ċekja biss. Minħabba l-implimentazzjoni kontinwa tal-mekkaniżmi tal-akkoppjament tas-swieq u l-għan tad-dekarbonizzazzjoni tal-Ewropa bl-għajnuna tal-integrazzjoni tar-RES, iċ-Ċekja ssostni li l-interkonnettività bejn is-sistemi tal-elettriku fl-Istati Membri hija mistennija li tiżdied (138). Ta’ min jikkunsidra wkoll il-potenzjal għar-rieżamijiet futuri taż-żoni tal-offerti u l-possibbiltà għal fużjonijiet transfruntiera taż-żoni tal-offerti. Għalhekk, iċ-Ċekja tikkonkludi li s-suq rilevanti huwa usa’ miċ-Ċekja, fejn għandu impatt fuq l-ishma mis-suq ta’ ČEZ kif ġej:

(267)

B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li l-kapaċità li se tiġi ġġenerata minn EDU II mhux se taffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa tas-suq tal-Grupp ČEZ fiċ-Ċekja (139). B’mod partikolari, huma jistmaw li l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni konsenjabbli ta’ EDU II se tkun ekwivalenti biss għal 4 % tas-suq Ċek u ta’ madwar 0,8 % tas-suq ġeografiku rilevanti għall-Proġett fl-2040 (140). Skont iċ-Ċekja, is-sehem mis-suq ipproġettat tal-Grupp ČEZ jitnaqqas b’mod sinifikanti bejn l-2030 u l-2050 u jekk EDU II issir operazzjonali, is-sehem mis-suq tal-Grupp jiżdied biss b’4,08 % / 0,76 % (fl-2040) u b’6,97 % / 0,76 % (fl-2050) fiċ-Ċekja u s-suq ġeografiku rilevanti, rispettivament. Tali żieda fis-sehem mis-suq tal-Grupp abbażi tal-kapaċità ta’ EDU II ma hijiex mistennija li jkollha effett materjali fuq is-saħħa tas-suq tal-Grupp fiċ-Ċekja jew fis-swieq ġirien.

Tabella 5

Sehem mis-suq ta’ ČEZ f’termini ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni konsenjabbli installata (2020-50), xenarju fattwali

Image 7

Tabella 6

Stima tas-sehem mis-suq futur ta’ ČEZ f’termini ta’ ġenerazzjoni skont iċ-Ċekja

Image 8

(268)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li l-objettiv strateġiku ewlieni ta’ ČEZ Group kien il-ġestjoni effiċjenti tal-impjanti nukleari kif ukoll tal-estrazzjoni tal-linjite u tal-impjanti tal-faħam. Madankollu, l-impjanti tal-faħam (li kienu jirrappreżentaw 45 % tal-kapaċità installata f’GW u 39 % tal-elettriku totali prodott f’TWh fl-2019) huma ppjanati li jitneħħew gradwalment f’konformità mar-rekwiżiti tad-dekarbonizzazzjoni tal-UE. ČEZ hija impenjata għan-newtralità karbonika sal-2050 u ppjanat li tnaqqas il-kapaċità mill-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam bi kważi nofs għal 3 GW sal-2025 u għal 2 GW sal-2030. Fiċ-Ċekja, bħalissa l-faħam jammonta għal madwar nofs il-produzzjoni tal-elettriku, u se jiġi parzjalment sostitwit mill-enerġija nukleari u, sa ċertu punt, minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (141).

Tabella 7

Sehem tal-fjuwils individwali fil-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku fiċ-Ċekja

Image 9

(269)

Bħala riżultat tal-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, se jkun meħtieġ ammont sinifikanti ta’ ġenerazzjoni tal-faħam fiċ-Ċekja, investimenti ġodda fil-kapaċità tal-produzzjoni nukleari, tar-RES u tal-gass naturali biex timtela l-lakuna (142). Il-ġenerazzjoni tal-faħam iebes u tal-linjite hija mistennija li titneħħa gradwalment u totalment fl-2037, tnaqqis fil-kapaċità ta’ madwar 6,5 GW (143).

(270)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li EDU II għandha rwol sinifikanti fil-kisba tal-miri tal-gvern Ċek għat-tnaqqis tal-emissjonijiet filwaqt li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista meħtieġa fiċ-Ċekja. L-unitajiet nukleari l-ġodda huma maħsuba biex jissostitwixxu xi wħud mill-kapaċità kurrenti tal-ġenerazzjoni tal-linjite u tal-faħam iebes kif ukoll l-unitajiet nukleari li għandhom jiġu rtirati fis-sit ta’ Dukovany fil-perjodu bejn l-2045 u l-2047 (144). Iċ-Ċekja ssostni wkoll li l-Proġett ma jwaqqafx l-investiment fil-produzzjoni tal-enerġija eolika fuq l-art. Fix-xenarji bil-Proġett u mingħajru l-istess ammont ta’ produzzjoni ta’ enerġija mill-kapaċità eolika jiġi installat bejn l-2030 u l-2050 għalkemm l-installazzjoni sseħħ ftit aktar tard jekk il-proġett jitwettaq.

Illustrazzjoni 4

Kapaċità ta’ ġenerazzjoni netta fix-xenarju ta’ referenza għal kull sena u teknoloġija

Image 10

Sors:

Awtoritajiet Ċeki

(271)

Is-sitt, iċ-Ċekja targumenta li minħabba l-obbligu ta’ ČEZ skont il-PC li tbigħ l-output kollu ta’ EDU II lill-SPV kif ukoll l-impenji taċ-Ċekja dwar in-negozjar tal-elettriku prodott mill-NPP matul il-ħajja tiegħu (ara t-taqsima 3.6.4), kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni implikata minn dan l-investiment ma tkunx mistennija li tirriżulta f’żieda fl-elettriku disponibbli għall-bejgħ lill-klijenti ta’ ČEZ.

(272)

Fl-aħħar nett, iċ-Ċekja tallega li ċ-ċentralità ta’ ČEZ (145) skont l-indiċi tal-provvista residwa (“RSI”, residual supply index), li huwa indiċi li spiss jintuża biex tiġi evalwata l-kapaċità ta’ ġeneratur li jaġixxi indipendentement mill-kompetituri tiegħu, tonqos b’mod sinifikanti fil-futur:

Illustrazzjoni 5

Ċentralità ta’ ČEZ bl-użu tal-RSI skont iċ-Ċekja

Image 11

4.4.2.   Rwol tal-SPV fis-suq

(273)

Fir-rigward tar-rwol tal-SPV fis-suq, l-awtoritajiet Ċeki sostnew li l-arranġament kummerċjali madwar l-SPV tħalla deliberatament miftuħ u flessibbli sabiex ikun imfassal b’mod xieraq biex jipprevjeni kwalunkwe distorsjoni possibbli tas-suq.

(274)

Iċ-Ċekja spjegat li l-SPV se tkun totalment indipendenti minn EDU II u mill-Grupp ČEZ u se jkollha struttura ta’ governanza u ġestjoni separata. Dan se jagħmel tranżazzjonijiet ma’ EDU II (u jekk rilevanti ma’ ČEZ ukoll) fuq prinċipju ta’ distakkament. L-awtoritajiet Ċeki semmew li minn naħa waħda, din l-istruttura tal-gvern tissepara l-istrateġija kummerċjali tat-teħid tad-deċiżjonijiet li tinsab fl-SPV u l-impatti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-swieq tal-elettriku u min-naħa l-oħra, mill-iżvilupp u l-operat tal-NPP li jinsab f’EDU II.

(275)

L-awtoritajiet Ċeki għamlu wkoll distinzjoni bejn l-approċċ tal-SPV imressaq mill-Proġett u l-miżuri f’każijiet nukleari oħra fir-rigward tal-istruttura kummerċjali u l-mekkaniżmi tal-ħruġ tal-NPP. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li meta mqabbel mal-każijiet l-oħra n-novità tal-approċċ tal-SPV tinsab fl-istabbiliment ta’ entità separata li hija indipendenti mill-operatur tal-NPP. EDU II se tkun is-sid u se tħaddem l-NPP u tiġġenera elettriku b’liċenzja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku biss. Il-kapaċità ġġenerata ta’ EDU II se tinħareġ totalment mill-SPV, li se jkollha liċenzja għan-negozjar tal-elettriku. L-SPV se tbigħ l-output ta’ EDU II fis-suq tal-operaturi u se tkun ukoll il-parti responsabbli mill-ibbilanċjar (“BRP”, balancing responsible party) bħala negozjant tal-elettriku lil OTE. B’riżultat ta’ dan, EDU II mhux se tinnegozja ma’ parteċipanti oħra fis-suq (minbarra l-SPV) u mhux se tkun esposta għall-kundizzjonijiet tas-suq. L-awtoritajiet Ċeki enfasizzaw li l-għan ta’ din l-istruttura huwa li tillimita r-riskju ta’ distorsjonijiet potenzjali tas-suq li jirriżultaw mis-saħħa tas-suq.

Tabella 8

Tqabbil tal-istruttura kummerċjali bejn EDU II (fit-Tabella ta’ hawn taħt imsejħa “Dukovany II”), HPC u Paks II

Image 12

Sors:

Awtoritajiet Ċeki

(276)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw ukoll li l-SPV prevista li tistabbilixxi l-post tan-negozjar u l-operazzjonijiet tagħha stess iżda jekk jitqies aktar xieraq u kost-effiċjenti, l-SPV tista’ tikkunsidra li jkollha offerta kompetittiva biex testernalizza l-funzjoni tan-negozjar fil-futur.

(277)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki semmew li l-SPV se tadotta strateġija kummerċjali li timminimizza r-riskju u li l-approċċ tagħha se jkun li tevita kwalunkwe impatt negattiv fuq is-suq. B’mod partikolari, il-mudell kummerċjali previst huwa mistenni li jinċentiva r-rikavati massimi mill-bejgħ tal-elettriku mill-SPV għall-Istat Ċek u, sussegwentement, il-minimizzazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li tgħaddi lejn il-Proġett. Fir-rigward tal-istrateġija kummerċjali tiegħu, l-SPV se topera primarjament fis-suq tal-operaturi tal-enerġija Ċek iżda bil-fehim li hemm grad għoli ta’ interkonnessjoni fir-reġjun u ta’ akkoppjament tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem mal-pajjiżi ġirien. Hekk kif is-swieq huma mistennija li jikbru u l-livelli ta’ likwidità mistennija jiżdiedu fil-futur, speċjalment meta jitqies li s-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem lestew l-akkoppjament bejn ir-reġjun tal-Ġermanja, tal-Polonja u tal-Awstrija u r-reġjun taċ-Ċekja, tal-Ungerija, tas-Slovakkja u tar-Rumanija f’Ġunju 2021, l-istrateġija kummerċjali se tiġi vvalutata regolarment biex tallinja ruħha mal-aħħar kundizzjonijiet tas-suq. L-istrateġija kummerċjali finali, ibbażata fuq approċċ trasparenti u li jimminimizza r-riskju, hija mistennija li tiġi adottata wara l-2030.

(278)

Matul l-investigazzjoni formali, iċ-Ċekja ddeċidiet li toffri impenji għan-negozjar tal-enerġija nukleari (kif deskritt fil-premessi minn 112 sa 119 hawn fuq).

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(279)

Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet minn 18-il rispondent matul il-konsultazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, li damet sal-5 ta’ Settembru. Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-biċċa l-kbira tal-osservazzjonijiet minn partijiet terzi (jiġifieri, 12 minn 18) kienu qed jappoġġaw il-Proġett. Deskrizzjoni tal-kummenti rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat hija pprovduta hawn taħt.

(280)

Waslu kummenti mingħand l-Istati Membri, l-impriżi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi (“NGOs”, non-governmental organisations). Il-kummenti minn partijiet terzi se jiġu indirizzati fil-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni mingħajr ma jissemma b’mod speċifiku l-kumment speċifiku.

(281)

L-osservazzjonijiet minn partijiet terzi se jiġu deskritti billi jinġabru flimkien skont is-suġġett.

5.1.   Kummenti dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(282)

Ma wasal l-ebda kumment dwar l-eżistenza ta’ għajnuna.

5.2.   Kummenti dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

5.2.1.   Kummenti dwar l-adegwatezza tal-miżura

(283)

Żewġ partijiet terzi jtennu l-appoġġ tagħhom għat-tħassib tal-Kummissjoni b’rabta mal-adegwatezza tal-miżura mqajjem fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(284)

Barra minn hekk, wieħed mir-rispondenti sostna li l-iżviluppi kurrenti fis-suq tal-elettriku Ewropew u l-effetti futuri tagħhom għadhom ma jistgħux jiġu stmati. B’riżultat ta’ dan, ikun diffiċli ħafna li ssir valutazzjoni konkreta tal-adegwatezza tal-miżura.

(285)

Fl-istess ħin, ħafna rispondenti sostnew li ma jaqblux mat-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-miżura. Fil-fehma tagħhom, il-miżura proposta hija xierqa minħabba li l-miżura tikkonsisti f’kombinament xieraq ta’ strumenti biex jintlaħqu l-objettivi maħsuba tal-Proġett filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm politiki jew strumenti inqas distorsivi li kapaċi jiksbu l-istess riżultati. Barra minn hekk, xi partijiet terzi argumentaw li l-elementi kostitwenti tal-miżura (jiġifieri, il-kuntratt ta’ ħruġ, is-self u l-protezzjoni kontra l-bidliet fil-mekkaniżmu tal-liġi) huma inseparabbli u meħtieġa biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq rilevanti tal-Proġett.

(286)

Barra minn hekk, xi rispondenti osservaw li fid-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni f’Hinkley Point C ġie approvat kombinament simili ta’ miżuri (jiġifieri l-kuntratt għad-differenza, il-garanzija tal-gvern, u l-mekkaniżmu ta’ protezzjoni kontra deċiżjonijiet politiċi potenzjalment dannużi) u r-riskju mġarrab mill-promotur kien simili.

5.2.2.   Kummenti dwar il-proporzjonalità tal-miżura

(287)

Żewġ rispondenti itennu mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għat-tħassib tal-Kummissjoni mqajjem fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ dwar il-proporzjonalità tal-miżura.

(288)

Barra minn hekk, wieħed mir-rispondenti sostna li l-iżviluppi kurrenti fis-suq tal-prezzijiet tal-elettriku Ewropew u l-effetti futuri tagħhom għadhom ma jistgħux jiġu stmati. B’riżultat ta’ dan, ikun diffiċli ħafna li ssir valutazzjoni konkreta tal-proporzjonalità tal-miżura.

(289)

Min-naħa l-oħra, ħafna partijiet terzi wieġbu li ma jaqblux mat-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura. Fil-fehma tagħhom, il-miżura proposta hija proporzjonata.

(290)

Diversi rispondenti argumentaw li s-suppożizzjonijiet użati biex jiġi stmat ir-RoE tal-Proġett jirriflettu b’mod korrett l-esponiment għar-riskju ta’ ČEZ u r-riskju mġarrab mill-benefiċjarju.

(291)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet xi kummenti li r-rieżami perjodiku propost tal-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC ibbażat fuq l-evalwazzjonijiet tas-suq jaġixxi bħala stabbilizzatur awtomatiku suffiċjenti biex jipprevjeni l-kumpens żejjed u jenħtieġ li jipprovdi biżżejjed inċentivi finanzjarji kemm lil EDU II kif ukoll lill-SPV biex jimmassimizzaw il-produzzjoni u jikkonkludu negozjar kummerċjali profittabbli tal-enerġija.

(292)

Parti terza osservat li d-durata proposta tal-PC (jiġifieri, is-60 sena li jkopru l-perjodu operattiv tal-impjant (skont l-LCA (Low-carbon Act), it-30 sena li jistgħu jiġu estiżi b’10 snin għal diversi drabi) b’valutazzjoni mill-ġdid tal-proporzjonalità tal-Prezz tal-Eżerċitar irregolat mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija taċ-Ċekja) hija definita biex tirrifletti l-kundizzjonijiet partikolari tekniċi, regolatorji u ta’ finanzjament.

5.2.3.   Kummenti fir-rigward tal-ħtieġa għal intervent mill-Istat

(293)

Wieħed mir-rispondenti kkummenta li l-provvista tal-enerġija tista’ tiġi ggarantita wkoll minn teknoloġiji orħos u argumenta li s-sussidji fis-settur nukleari jnaqqsu r-ritmu tal-progress ta’ teknoloġiji oħra orħos, aktar veloċi u li ma jagħmlux ħsara lill-klima. Wara dan hija sostniet li l-produzzjoni tal-elettriku mill-NPP jenħtieġ li ma tkunx issussidjata minħabba li din it-teknoloġija hija matura u mhux profittabbli.

(294)

Il-Kummissjoni rċeviet kumment wieħed li indika li l-intervent tal-Istat għall-produzzjoni tal-elettriku minn impjanti tal-enerġija nukleari mhuwiex ġustifikat fid-dawl tal-iżviluppi reċenti tas-suq. B’mod partikolari, dan ir-rispondent argumenta li l-prezzijiet tal-elettriku għoljin li rriżultaw mit-taqlib reċenti fis-suq se jibqgħu f’livelli għoljin fid-deċennji li ġejjin u b’riżultat ta’ dan l-ammont ta’ għajnuna għall-miżura mhux se jaqdi wieħed mill-objettivi tiegħu li jiżgura prezzijiet tal-elettriku aktar baxxi fis-suq.

(295)

Sottomissjoni waħda rreferiet għall-possibbiltà li ċ-Ċekja tinvesti fl-iżvilupp tar-RES u tiġġenera 5,3 TWh minn park eoliku ġdid u 4,9 TWh minn impjanti fotovoltajċi ġodda sal-2030 minflok ma tippromwovi l-iżvilupp tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Dukovany. Barra minn hekk, hija argumentat li l-appoġġ mill-Istat għall-iżvilupp tal-enerġija eolika u solari jkun ħafna aktar baxx meta mqabbel mal-enerġija nukleari.

(296)

Għall-kuntrarju ta’ dawn il-kummenti, diversi partijiet terzi sostnew li l-intervent mill-Istat huwa neċessarju sabiex il-miżura tilħaq l-għanijiet tagħha.

(297)

Xi rispondenti osservaw li fin-nuqqas tal-involviment tal-Istat, ma jkunx fattibbli li jiġi implimentat proġett ġdid ta’ impjant tal-enerġija nukleari fis-suq tal-elettriku kurrenti Ewropew. Huma sostnew ukoll li minħabba fallimenti eżistenti tas-suq (l-iskopertura għall-iskala tar-rekwiżiti kapitali, il-volatilità ta’ terminu twil tal-prezzijiet tas-suq u r-riskji legali, tal-politika u regolatorji), u l-livell għoli ta’ inċertezza marbut mal-proġetti nukleari, l-investituri privati huma skoraġġuti, u l-intervent mill-Istat huwa meħtieġ biex jiġi żgurat investiment f’impjanti tal-enerġija nukleari b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

(298)

Barra minn hekk, xi partijiet terzi indikaw li l-volatilità reċenti fis-swieq tal-enerġija turi l-ħtieġa għal skemi ta’ appoġġ għall-għajnuna mill-Istat biex jikkumpensaw għad-distorsjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, dawn ir-rispondenti semmew li l-kundizzjonijiet tas-suq ma jipprovdux inċentiv għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-enerġija fuq skala kbira.

(299)

Rispondent minnhom argumenta li proġetti nukleari ġodda jeħtieġ li jiġu analizzati mill-perspettiva l-ġdida tas-sigurtà tal-provvista u jingħataw prijorità, minħabba l-potenzjal li titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet Russi. Hu osserva wkoll li l-inklużjoni reċenti tal-enerġija nukleari fit-Tassonomija tal-UE għal Finanzi Sostenibbli, tagħmel pass ewlieni biex titwitta t-triq għal aktar żvilupp tal-enerġija nukleari.

5.2.4.   Kummenti li waslu dwar l-għażla ta’ ČEZ

(300)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom ċerti partijiet terzi jiddikjaraw espliċitament li huma ma jaqblux mat-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-għażla ta’ ČEZ mingħajr sejħa għall-offerti jew konsultazzjoni. Għal raġunijiet ta’ sigurtà tal-Istat u tal-enerġija, kif ukoll għal raġunijiet oħra (bħall-għarfien espert, l-għarfien prattiku u l-effiċjenza tal-operatur eżistenti), dawk il-partijiet iqisu li huwa totalment ġustifikat li tiġi assenjata kumpanija tal-enerġija tal-Istat bid-dmir li tiżviluppa kompitu kumpless bħall-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari, filwaqt li jinnotaw li dan jirrifletti prattika internazzjonali usa’.

(301)

L-ebda kompetitur jew parti terza oħra ma qajmet xi tħassib fir-rigward tal-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett.

5.2.5.   Kummenti li waslu dwar distorsjonijiet potenzjali bla bżonn għall-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(302)

Fis-sottomissjoni tiegħu, wieħed mir-rispondenti jtenni l-appoġġ tiegħu għat-tħassib tal-Kummissjoni mqajjem fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ b’rabta ma’ distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni fis-suq. Hu jqis ukoll li l-produzzjoni tal-elettriku mit-teknoloġija nukleari hija ssussidjata żżejjed u b’riżultat ta’ dan ma hijiex kompetittiva u jargumenta li kwalunkwe ssussidjar iwassal għal distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni fis-suq.

(303)

Min-naħa l-oħra, diversi partijiet terzi osservaw li hemm riskju limitat li l-miżura tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq.

(304)

Xi rispondenti sostnew li l-arkitettura tal-SPV jista’ jkollha impatt limitat fuq is-suq peress li ČEZ u EDU II huma żewġ entitajiet ekonomiċi separati li se jkunu totalment indipendenti minn xulxin. Wara dan, huma jargumentaw li jkun hemm ambitu limitat għall-manipulazzjoni tas-suq.

(305)

Wieħed mir-rispondenti innota li ČEZ għandha flotta kbira ta’ ġenerazzjoni bbażata fuq il-faħam li hija ppjanata li tirtira fis-snin 2030 kif ukoll l-erba’ unitajiet eżistenti fis-sit ta’ Dukovany huma mistennija li jingħalqu bejn l-2045 u l-2047. Abbażi ta’ dan, hija argumentat li l-ishma mis-suq ta’ ČEZ fil-produzzjoni tal-elettriku mhux se jiżdiedu b’mod sinifikanti.

(306)

Barra minn hekk, parti terza kkummentat li r-riskju ta’ manipulazzjoni fejn il-prezzijiet tas-suq huma ogħla mill-prezz tax-xiri tal-PC u l-Grupp ČEZ jista’ jkollu inċentiv ekonomiku biex inaqqas l-output ta’ EDU II sabiex unitajiet oħra jbigħu aktar enerġija bi prezzijiet tas-suq ogħla biex b’hekk il-prezz ikun jidher baxx. Dan għaliex EDU II se tkun konnessa ma’ fattur ta’ tagħbija għoli (90 %) u l-inċentiv ekonomiku ta’ EDU II huwa li tipprovdi l-volumi kollha disponibbli tagħha lis-suq biex tiżgura li tirċievi l-kumpens tagħha, u tkun tista’ tħallas id-dejn tagħha. Barra minn hekk, hemm is-separazzjoni bejn ČEZ Group u EDU II. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija bl-Ingrossa (REMIT, Regulation on Wholesale Energy Market Integrity and Transparency) jipprojbixxi l-imġiba ta’ manipulazzjoni tas-suq.

(307)

Barra minn hekk, parti terza sostniet li l-NPP ta’ Dukovany għandu l-għan li jiġġenera kapaċità ġdida u li jimla nuqqas fil-produzzjoni tal-elettriku li huwa mistenni fl-2030-2040 u li se jirriżulta f’effetti pożittivi fuq is-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista għall-pajjiżi ġirien. Għaldaqstant, hija targumenta li dawn l-effetti pożittivi tal-miżura jegħlbu l-effett negattiv tagħha, jekk ikun hemm.

(308)

Fl-aħħar nett, parti terza osservat li kwalunkwe impatt allegat fuq il-kompetizzjoni jenħtieġ li jiġi vvalutat filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi reali fis-settur tal-enerġija minħabba li l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida bilkemm tiġi żviluppata biss fuq il-bażi tas-suq. Din il-parti semmiet li, pereżempju, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli jibbenefikaw mhux biss minn skemi ta’ appoġġ dirett, iżda wkoll minn firxa ta’ miżuri introdotti mill-Patt Ekoloġiku tal-UE u l-pakketti tar-REPowerEU.

5.2.6.   Kummenti fir-rigward ta’ ksur tad-dritt tal-UE

(309)

Parti terza sostniet li l-użu tal-enerġija nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jikser il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u l-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE.

(310)

Barra minn hekk, żewġ partijiet terzi osservaw li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas mhuwiex żgurat mill-Proġett minħabba li l-miżura ma tqisx il-ġestjoni tal-fjuwil nukleari użat, u dan iqajjem dubji dwar jekk hux se jkun hemm riżorsi disponibbli fi tmiem it-tul tal-ħajja utli stmata tal-impjant tal-enerġija nukleari li tikkorrispondi għall-kost stmat tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar. Dawk ir-rispondenti qiesu wkoll li sakemm is-sistema ta’ tariffi mħallsa lill-Fond Atomiku Nazzjonali applikata bħalissa ma tinbidilx b’mod konsiderevoli, dawk il-fondi mhux se jkunu disponibbli, u b’hekk ma jkunux qed jirrispettaw il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

(311)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn rispondent ieħor li jsostni li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-uffiċjali Ċeki jindikaw li se jfittxu li jemendaw jew jipposponu l-kundizzjonijiet tat-Tassonomija li jikkonċernaw l-operazzjonalizzazzjoni ta’ repożitorju profond ta’ skart ta’ livell radjuattiv għoli sal-2050.

(312)

Min-naħa l-oħra, xi rispondenti argumentaw li l-miżura ma tiksirx id-dritt tal-UE.

5.2.7.   Kummenti li waslu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista

(313)

Żewġ rispondenti kkummentaw li l-enerġija nukleari ma tista’ toffri l-ebda vantaġġ fuq sorsi oħra ta’ enerġija mill-perspettiva tas-sigurtà tal-provvista filwaqt li nnotaw li d-disponibbiltà tal-uranju u t-torju hija limitata u li l-UE għandha dipendenza għolja ħafna fuq l-importazzjoni.

(314)

Min-naħa l-oħra, parti terza argumentat li l-enerġija nukleari għandha dipendenza baxxa fuq l-importazzjonijiet, filwaqt li ddikjarat li l-materja prima tirrappreżenta massimu ta’ 10 % tal-kost tal-produzzjoni, u nnotat ukoll li s-suq internazzjonali tal-uranju huwa rregolat sew u stabbli.

(315)

Barra minn hekk, ġew ippreżentati ħafna argumenti lill-Kummissjoni b’appoġġ għall-miżura fid-dawl tat-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista, id-dekarbonizzazzjoni, l-affordabbiltà tal-enerġija, u l-iżviluppi tas-suq marbuta mal-invażjoni Russa tal-Ukrajna. B’mod speċifiku, ir-rispondenti osservaw li r-reatturi nukleari huma t-teknoloġija li qiegħda fl-aħjar pożizzjoni li tiggarantixxi t-triq lejn in-newtralità karbonika filwaqt li tmantni s-sigurtà tal-provvista tal-UE. Barra minn hekk, huma indikaw li l-enerġija nukleari hija wkoll mezz stabbli u kontrollabbli ta’ ġenerazzjoni, li tippermetti ġestjoni affidabbli tal-grilja tal-elettriku u tikkontribwixxi għal sigurtà għolja tal-provvista.

(316)

Diversi osservazzjonijiet irreferew għall-iżvilupp ta’ proġetti nukleari madwar l-UE biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE fir-rigward tat-tibdil fil-klima kif ukoll biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista b’enerġija stabbli, affidabbli, sostenibbli, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u kompetittiva.

(317)

Ħafna kummenti rreferew għall-kuntest ġeopolitiku (inklużi interruzzjonijiet fil-provvista taż-żejt u tal-gass u l-volatilità tal-prezzijiet) u għall-importanza tas-sigurtà tal-provvista biex tkompli titnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE mir-Russja. Barra minn hekk, parti terza osservat li l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tenfasizza l-ħtieġa li l-enerġija nukleari tikseb indipendenza mill-provvisti tal-fjuwil mir-Russja.

5.2.8.   Kummenti oħra mqajma minn partijiet terzi

(318)

Tressqu argumenti lill-Kummissjoni dwar kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà. Xi rispondenti qajmu tħassib b’mod ġenerali b’rabta mal-ġestjoni sikura u sostenibbli tal-iskart radjuattiv ta’ livell għoli. Barra minn hekk, huma rreferew għall-potenzjal ta’ periklu tal-impjanti nukleari f’kunflitt armat, flimkien mar-riskji maħluqa minn inċidenti nukleari kbar. Xi wħud mill-osservazzjonijiet jargumentaw li s-sitwazzjoni kurrenti fl-Ukrajna turi r-riskji addizzjonali li joħolqu l-impjanti tal-enerġija nukleari fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà.

(319)

Barra minn hekk, xi rispondenti indikaw li minħabba d-domanda għolja għall-ilma tat-tberrid, l-impjanti tal-enerġija nukleari huma sensittivi ħafna għaż-żieda fit-temperaturi. Huma argumentaw ukoll li x-xmara Jihlava tipprovdi ftit wisq ilma għall-blokok tal-impjanti tal-enerġija addizzjonali u ġodda fis-sit ta’ Dukovany biex jiġu pprovduti b’mod affidabbli bl-ilma tat-tberrid, filwaqt li nnotaw li dan kien diġà rikonoxxut matul l-ippjanar tal-programm nukleari Ċekoslovakk u wassal għal-limitazzjoni tal-potenza tal-unitajiet installati fis-sit. Fid-dawl tat-tibdil fil-klima, xi partijiet terzi jipproġettaw li l-operazzjoni tal-impjanti l-ġodda tal-enerġija nukleari mhux se tkun stabbli daqs kemm kien previst u li l-użu tagħhom mhux se jilħaq il-livelli ppjanati.

(320)

Xi sottomissjonijiet iqajmu tħassib dwar il-provvista tal-ilma għall-impjant il-ġdid tal-enerġija nukleari u b’mod partikolari l-impatt tagħha fuq ix-Xmara Jihlava, u jiddikjaraw ukoll li bħalissa hemm nuqqas ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma.

(321)

Żewġ partijiet terzi jqajmu t-tħassib li l-proġett jaf ma jitlestiex fil-ħin peress li t-tliet fornituri potenzjali tat-teknoloġija jistgħu ma jkunux ippreparati biex joperaw fl-Ewropa minn perspettiva teknika, fejn dan jista’ jwassal għal dewmien. Ir-rispondenti jqisu li dan jista’ jwassal għall-konsegwenzi ekonomiċi u jkollu impatti fuq l-ambjent u l-protezzjoni tal-klima. Ir-rispondenti jqajmu wkoll il-kwistjoni taż-żieda fil-kostijiet li hija komuni għall-proġetti ta’ binjiet ġodda nukleari.

(322)

Rispondent ikkritika n-nuqqas ta’ trasparenza fit-tħejjija tal-Proġett ta’ reattur ġdid, filwaqt li rrefera għall-fergħa Ċeka ta’ Transparency International li kienet qed tiddubita mit-trasparenza tal-Proġett (146). B’mod partikolari, il-parti terza ssemmi li l-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija Ċek irrifjuta li jiżvelalha ċerti dokumenti dwar l-analiżi tal-mudelli tal-investituri tal-Proġett u l-proċeduri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Proġett minkejja talba għal aċċess għad-dokumenti sottomessa mill-parti.

(323)

Wieħed mir-rispondenti jsostni li r-responsabbiltà limitata tal-operatur tal-impjant tal-enerġija nukleari ma hijiex suffiċjenti biex tkopri d-danni potenzjali minn inċident nukleari, filwaqt li jindika r-rifjut tar-Repubblika Ċeka li taderixxi mal-Protokoll Supplimentari għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1997 dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari, li jirrikjedi l-livell minimu ta’ responsabbiltà għad-danni ta’ SDR 300 miljun (Drittijiet Speċjali ta’ Prelevament). Barra minn hekk, ir-rispondent jargumenta li l-għajnuna addizzjonali mill-Istat se tiġġarrab fil-kostijiet tal-kostruzzjoni, it-trażmissjoni u l-protezzjoni speċjali tal-pulizija tas-sit tal-impjant.

(324)

Skont diversi sottomissjonijiet, il-Proġett jikkontribwixxi għall-objettivi Ewropej li jintlaħqu l-miri tal-enerġija u li jingħata kontribut għall-Patt Ekoloġiku.

(325)

Diversi partijiet terzi ġibdu l-attenzjoni wkoll għall-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-enerġija nukleari, filwaqt li nnotaw b’mod partikolari l-impjiegi pprovduti u l-kontribut kbir tal-enerġija nukleari lejn l-ekonomiji tal-Istati Membri tal-UE. B’mod partikolari, skont analiżi minn Deloitte fl-2019, l-industrija nukleari fil-livell tal-UE ssostni aktar minn 1,1 miljun impjieg dirett u indirett u tiġġenera aktar minn nofs triljun euro fil-PDG (147).

6.   Kummenti mingħand ČEZ

(326)

ČEZ ressqet il-kummenti tagħha fil-5 ta’ Settembru 2022. Fis-sottomissjoni tagħha, ČEZ tipprovdi evidenza u analiżi b’appoġġ għall-argument tagħha li xi wħud mid-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ikunu bla bażi.

(327)

L-argumenti ewlenin ta’ ČEZ huma deskritti f’aktar dettall hawn taħt.

6.1.   Pożizzjoni ta’ ČEZ dwar l-adegwatezza tal-għajnuna

(328)

Fis-sottomissjoni tagħha, ČEZ argumentat li l-miżuri proposti jipprovdu appoġġ xieraq u mmirat biex jindirizzaw il-fallimenti prinċipali tas-suq rikonoxxuti mill-Kummissjoni (jiġifieri, l-iskala tar-rekwiżit kapitali, il-lonġevità tal-iskopertura għas-sinjali tal-ipprezzar tas-suq, u l-lonġevità tal-iskopertura għad-deċiżjonijiet politiċi) filwaqt li t-tliet miżuri jenħtieġ li jitqiesu bħala pakkett uniku ta’ appoġġ interkonness. B’mod partikolari, ČEZ issostni li l-pakkett ta’ appoġġ propost mill-Istat (jiġifieri, il-PC, l-RFA u l-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika) huwa xieraq fl-intier tiegħu peress li, f’każ li waħda mill-miżuri kellha titneħħa, ir-riskji sottostanti ma jkunux mitigati. F’xenarju bħal dan, il-vijabbiltà tal-Proġett tiddgħajjef.

(329)

ČEZ semmiet ukoll li pakketti ta’ appoġġ simili (bħal f’Hinkley Point C) ġew approvati mill-Kummissjoni fil-passat.

(330)

Fl-aħħar nett, ČEZ spjegat li l-miżuri proposti huma adegwati biex itaffu r-riskju ta’ falliment potenzjali tal-Proġett u l-kostijiet pubbliċi assoċjati.

6.2.   Pożizzjoni ta’ ČEZ dwar ċerti elementi tal-proporzjonalità tal-għajnuna

6.2.1.   Riskju ta’ kumpens żejjed

(331)

Bi tweġiba għad-dubji tal-Kummissjoni dwar ir-riskju ta’ kumpens żejjed, ČEZ argumentat li l-miżuri proposti jinkludu mekkaniżmu xieraq ta’ kontroll ta’ kumpens żejjed li jippermetti t-twettiq tar-RoE bbażata fuq is-suq li hija proporzjonata mar-riskju tal-Proġett. Skont ČEZ, l-intenzjoni tal-mekkaniżmi proposti ma hijiex li tipprevjeni totalment il-kumpens żejjed, minħabba li ČEZ tkun qed tiffaċċja riskji sinifikanti assoċjati mal-Proġett.

(332)

Fil-fehma ta’ ČEZ, il-preżenza ta’ miżuri addizzjonali biex tiġi eliminata kwalunkwe żieda potenzjali ulterjuri lil hinn mill-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitt se taffettwa l-bilanċ tal-iskoperturi pożittivi u negattivi. Primjums tar-riskju addizzjonali potenzjali jirriżultaw f’impatt ’l fuq għar-RoE li jżid il-prezz tal-PC u għalhekk il-kost għall-appoġġ mill-Istat.

(333)

Barra minn hekk, ČEZ argumentat li l-kumpens żejjed jiġi ġestit permezz tal-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti matul il-fażi operazzjonali ta’ EDU II. Il-mekkaniżmu propost ta’ kondiviżjoni tal-profitti huwa bbażat fuq il-mekkaniżmu ta’ Hinkley Point C approvat preċedentement u huwa aktar strett minnu b’kondiviżjoni akbar li sseħħ b’redditu ta’ ekwità aktar baxx. Il-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti huwa mfassal biex jikseb l-aqwa prestazzjoni tal-ekwità realizzata billi jsegwi l-attwarji tal-Proġett ta’ EDU II u l-IRR tal-ekwità. Dan il-mekkaniżmu jkejjel il-prestazzjoni tal-Proġett tul il-ħajja kollha tiegħu u jiżgura li l-aqwa prestazzjoni titqies kollha.

6.2.2.   Stima tar-RoE

(334)

ČEZ ipprovdiet analiżi tar-riskji komparattivi u r-redditi proporzjonati ta’ EDU II meta mqabbla ma’ proġetti oħra tal-infrastruttura tal-enerġija (jiġifieri, Hinkley Point C, Paks II, il-proġetti tal-impjanti tal-enerġija konvenzjonali indipendenti, u l-enerġija eolika lil hinn mill-kosta). L-analiżi indikat li l-medda tar-RoE xierqa għal EDU II tkun bejn […] %. Hija semmiet ukoll li l-kalkolu preċiż tar-RoE jkun jiddependi fuq il-kjarifika ulterjuri tal-parametri tal-Proġett, l-allokazzjoni tar-riskju u l-karatteristiċi ewlenin tal-involviment tal-Istat.

(335)

B’mod partikolari, stima tar-RoE eqreb lejn l-ogħla tarf tal-medda ta’ fuq tkun konsistenti ma’ xenarju fejn EDU II għandha allokazzjoni ta’ riskju għoli b’mod sproporzjonat u riskju għoli ta’ abbandun tal-Proġett. Min-naħa l-oħra, stima tar-RoE eqreb lejn in-naħa t’isfel tal-medda ta’ fuq tirrifletti f’xenarju fejn ikun hemm allokazzjoni proporzjonali tar-riskju msaħħa permezz ta’ protezzjonijiet għal EDU II f’xenarji negattivi u riskju limitat ta’ abbandun tal-Proġett.

6.3.   Pożizzjoni ta’ ČEZ dwar l-għażla tagħha bħala sponsor tal-Proġett

(336)

Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ČEZ spjegat li fir-Repubblika Ċeka għandha l-esperjenza, il-kapaċità u l-għarfien fit-tul fir-rigward tad-disinn, l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-operat tal-NPPs. B’mod speċifiku, il-Grupp ČEZ żviluppa u bena ż-żewġ NPP tal-pajjiż, l-NPP ta’ Temelín u l-NPP ta’ Dukovany, u qed jiżviluppa wkoll impjant nukleari ġdid fis-Slovakkja.

(337)

Barra minn hekk, ČEZ għandha esperjenza estensiva ta’ ħidma mal-awtorità nukleari Ċeka u għandha fehim profond tar-rekwiżiti regolatorji għall-impjanti tal-enerġija nukleari. Bħala s-sid u l-operatur tal-assi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku nukleari fil-pajjiż, ČEZ għandha għarfien eċċellenti tal-qafas leġiżlattiv prevalenti u tar-rekwiżiti ta’ liċenzjar/permessi fir-Repubblika Ċeka.

(338)

ČEZ hija membru attiv ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħal WANO, EUR, EPRI, WNA u NUGENIA. Il-kumpanija ssegwi standards u proċessi stabbiliti u rikonoxxuti mir-regolaturi madwar id-dinja biex tippromwovi titjib kontinwu, sikurezza u għarfien tal-ogħla livell fl-operat tal-impjanti nukleari.

(339)

Fl-aħħar nett, ČEZ sostniet li bħala s-sid eżistenti tas-sit u l-iżviluppatur, hija tista’ tiżgura t-twettiq f’waqtu tal-Proġett b’mod kost-effiċjenti. B’mod partikolari, skont l-istimi ta’ ČEZ, l-attivitajiet preliminari u abilitanti tagħha fuq is-sit (inklużi l-istudji tal-fattibbiltà, l-akkwist tal-art, eċċ.) aċċelleraw l-iskeda taż-żmien tal-Proġett b’mill-inqas 10-12-il sena u potenzjalment naqqsu l-kostijiet tal-Proġett b’madwar EUR [200 sa 700] miljun meta mqabbla ma’ NPP f’żona ġdida minn operatur terz.

7.   TWEĠIBA TAR-REPUBBLIKA ĊEKA GĦALL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI

(340)

L-awtoritajiet Ċeki bagħtu t-tweġiba tagħhom għall-kummenti sottomessi minn partijiet terzi fil-21 ta’ Ottubru 2022.

(341)

B’mod ġenerali, iċ-Ċekja sabet li l-maġġoranza tal-kummenti kienu pożittivi, u b’appoġġ kbir ħafna għall-Proġett. Barra minn hekk, iċ-Ċekja spjegat li l-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet imqajma kienu diġà ġew indirizzati fis-sottomissjonijiet preċedenti tagħha. L-argumenti ewlenin ipprovduti miċ-Ċekja bi tweġiba għat-tħassib imqajjem minn partijiet terzi se jiġu enfasizzati hawn taħt. Se jiġu enfasizzati biss it-tweġibiet għall-kummenti direttament pertinenti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

(342)

Bi tweġiba għall-kummenti dwar l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna, iċ-Ċekja rreferiet għas-sottomissjonijiet preċedenti tagħha u semmiet li l-appoġġ mill-Istat kien imfassal bl-objettiv li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont tal-għajnuna filwaqt li tiġi żgurata l-fattibbiltà tal-Proġett.

(343)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki sostnew li huma lesti li jissodisfaw il-kriterji tekniċi tat-Tassonomija tal-UE b’rabta mal-Proġett, inkluż l-istabbiliment ta’ faċilità għad-disponiment fil-fond għall-iskart radjuattiv ta’ livell għoli fl-2050. B’mod partikolari, iċ-Ċekja spjegat li l-politika nazzjonali għall-immaniġġjar ta’ skart radjuattiv u tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat, approvata fl-2019, se tiġi aġġornata f’konformità mar-rekwiżiti tat-Tassonomija tal-UE wara l-proċess ta’ rieżami bejn il-pari tal-Programm fi ħdan il-missjoni Artemis imwettaq mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA, International Atomic Energy Agency) skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011, li se jsir f’T4 2023.

(344)

Fl-aħħar nett, bi tweġiba għat-tħassib ambjentali speċifiku mqajjem minn partijiet terzi, l-awtoritajiet Ċeki sostnew li (i) l-attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari huma attivitajiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (148) u l-operat tal-NPP huwa wieħed mill-aktar opportunitajiet ta’ investiment kost-effiċjenti (149), (ii) il-metodoloġija użata biex jinħolqu d-dispożizzjonijiet għad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet nukleari hija konformi mar-regoli tal-UE (150), (iii) saru biżżejjed kwoti għad-disponiment futur ta’ skart radjuattiv u fjuwil użat abbażi tal-leġiżlazzjoni Ċeka, (iv) il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-Proġett turi li t-tħassib ambjentali kollu, inkluża l-kunsiderazzjoni li jkun hemm ilma tal-wiċċ għat-tberrid tal-NPP suffiċjenti, ġie indirizzat. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-kwistjoni tal-provvista suffiċjenti tal-ilma se tiġi mmonitorjata b’mod kostanti skont il-kundizzjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, u (v) ir-regoli Ċeki dwar ir-responsabbiltà ċivili għad-danni nukleari huma konsistenti mad-dritt internazzjonali (151).

8.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

8.1.   Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(345)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq intern.

(346)

Skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jekk tissodisfa erba’ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, il-miżura għandha tkun iffinanzjata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni, il-miżura trid tagħti vantaġġ lil benefiċjarju. It-tielet, il-miżura trid tiffavorixxi ċerti impriżi jew attivitajiet ekonomiċi (jiġifieri jrid ikun hemm grad ta’ selettività). Ir-raba’, il-miżura għandu jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. Fit-taqsima 4.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li t-tliet miżuri nnotifikati kienu ppjanati flimkien u huma inseparabbli minn xulxin (152). Skont il-punt 81 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, miżuri differenti jistgħu jitqiesu bħala “intervent wieħed”. B’mod partikolari, dan jista’ jkun il-każ meta l-interventi konsekuttivi jkunu marbutin ma’ xulxin mill-qrib, speċjalment wara li tiġi kkunsidrata l-kronoloġija tagħhom, l-iskop tagħhom u ċ-ċirkostanzi tal-impriża meta saru dawn l-interventi, li huma inseparabbli. (153) Pereżempju, serje ta’ interventi tal-Istat li jsiru fir-rigward tal-istess impriża f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir, huma marbuta ma’ xulxin, jew kienu kollha ppjanati jew previsti meta sar l-ewwel intervent, jistgħu jiġu vvalutati bħala intervent wieħed.

(347)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ il-Kummissjoni spjegat li t-tliet miżuri kollha għandhom l-istess suġġett u objettiv, jiġifieri li jippermettu l-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari fis-sit ta’ Dukovany (154). Il-miżuri huma ppjanati u nnegozjati flimkien b’tali mod li kull miżura jkollha impatt dirett fuq l-oħrajn, u li l-miżuri joħolqu b’mod konġunt il-prekundizzjonijiet finanzjarji biex jippermettu l-kostruzzjoni u l-operat tal-impjant. Mhuwiex ikkontestat li l-konċedent tat-tliet miżuri huwa l-Istat Ċek u li dawn jikkoinċidu kronoloġikament. B’mod aktar speċifiku, l-interventi kollha kienu ppjanati (u għalhekk kienu prevedibbli meta ġew innegozjati) flimkien (155). Pereżempju, it-tnaqqis tar-riskji kummerċjali permezz ta’ mekkaniżmu ta’ Protezzjoni mill-Bidla fil-Liġi u t-tnaqqis tar-rekwiżiti kapitali inizjali permezz tal-RFA għandhom impatt fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa għall-kuntratt ta’ ħruġ. It-tliet miżuri inkwistjoni huma marbuta mill-qrib u kien ikun impossibbli li jiġu sseparati.

(348)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li t-tliet miżuri jenħtieġ li jiġu eżaminati flimkien bħala intervent wieħed, peress li huma interdipendenti u għandhom effetti li jsaħħu lil xulxin għall-prestazzjoni tal-Proġett. Il-Kummissjoni għamlet ukoll is-sejba preliminari, li tapplika għat-tliet miżuri kkunsidrati flimkien, li l-intervent ikun jinvolvi għajnuna mill-Istat peress li ngħatat minn riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat Ċek, li l-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv u li jista’ jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(349)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex għandha tbiddel il-valutazzjoni tagħha f’dawk l-aspetti matul l-investigazzjoni formali.

8.1.1.   Imputabbiltà u eżistenza ta’ riżorsi tal-Istat

(350)

Kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-miżuri ta’ appoġġ għal dan il-Proġett ġew deċiżi mill-Istat Ċek abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-LCA (ara l-premessa 27) u l-konklużjoni tal-Ftehim Prinċipali (ara l-premessa 190) u l-Ewwel Kuntratt ta’ Eżekuzzjoni (ara l-premessi 69, 183 u 380). Il-PC jistipula wkoll l-obbligu tal-Istat Ċek għall-ħolqien ta’ entità totalment ta’ proprjetà tal-Istat, l-SPV (għall-PC, ara l-premessi minn 83 sa 93 hawn fuq). L-awtorità responsabbli mill-għajnuna għall-miżuri kollha hija l-Istat Ċek li taġixxi permezz tal-Ministeru.

(351)

L-awtoritajiet Ċeki ma jikkontestawx li l-miżuri se jiġu ffinanzjati minn riżorsi taħt il-kontroll tal-Istat.

(352)

Kif imsemmi fil-premessa 107, l-Artikolu 9 tal-LCA jispeċifika li l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-enerġija nukleari tista’ tiġi ffinanzjata permezz ta’ waħda jew kombinament ta’: (i) id-dħul mill-bejgħ tal-elettriku tal-SPV, (ii) il-komponent tal-prezz impost mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni fuq l-utenti tan-network, jekk jiġi deċiż hekk, u (iii) il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Istat. L-għażla tal-fluss tad-dħul attwali għall-finanzjament tal-miżuri differenti tiddependi fuq l-għażla tal-Ministeru. Mhuwiex ikkontestat mill-awtoritajiet Ċeki li l-flussi kollha tad-dħul huma jew se jkunu kkontrollati mill-Istat.

(353)

Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tal-LCA jispeċifika li l-RFA se jiġi pprovdut mill-baġit tal-Istat u se jingħata mill-Bank Nazzjonali Ċek. Peress li l-RFA huwa ffinanzjat direttament mill-baġit tal-Istat, u t-tliet miżuri kollha huma interdipendenti u jikkostitwixxu intervent wieħed (ara l-premessa 348), ma jkunx hemm effett fuq l-eżistenza ta’ riżorsi tal-Istat jekk l-imposta (li għad trid tiġi stabbilita, jekk ikun hemm), li kieku kellha tiffinanzja l-miżura 1 waħedha, tirriżultax fil-forniment ta’ riżorsi tal-Istat. Il-forniment ta’ diversi biljuni ta’ Euro mill-baġit tal-Istat permezz tal-RFA b’kundizzjonijiet finanzjarji vantaġġużi huwa diġà biżżejjed biex jiġi stabbilit li l-intervent ġenerali jiddependi fuq l-għoti ta’ riżorsi tal-Istat. Dan huwa msaħħaħ aktar bil-miżura tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika, li tipprovdi protezzjoni legali lill-Proġett, li tagħti drittijiet ta’ valur finanzjarju kontra l-Istat, li taffettwa direttament ir-riżorsi tal-Istat f’każ li jiġu eżerċitati dawk id-drittijiet.

(354)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.1.2.   Vantaġġ ekonomiku selettiv

(355)

Miżura titqies selettiva jekk tivvantaġġa biss ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti. Il-Kummissjoni ttenni li l-miżuri inkwistjoni, kemm evalwati flimkien kif ukoll separatament jagħtu vantaġġ selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(356)

Il-miżura 1 (ara t-taqsima 3.6) tipproteġi lil EDU II minn kwalunkwe volatilità tal-prezzijiet fis-suq tal-elettriku matul id-durata tal-PC, peress li EDU II tirċievi remunerazzjoni stabbli bi Prezz tal-Eżerċitar predefinit anki f’sitwazzjonijiet fejn il-prezzijiet tas-suq jaqgħu taħt dak il-livell. Dan jiżgura fluss ta’ dħul stabbli għal EDU II għall-ewwel 40 sena tal-operat tal-NPP li operaturi oħra li ma jibbenefikawx minn miżura ta’ appoġġ simili ma jirċevux.

(357)

Il-miżura 2 (ara t-taqsima 3.7) tipprovdi self b’rata tal-imgħax favorevoli, mhux konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. B’mod speċifiku, l-RFA se tkopri 100 % tal-kostijiet tal-kostruzzjoni tal-NPP, inklużi l-qbiż tal-kostijiet minħabba Raġunijiet Leġittimi u l-qbiż tal-kostijiet minħabba avvenimenti ta’ Raġunijiet mhux Leġittimi li jaqbżu l-finanzjament tal-ekwità massimu ta’ ČEZ għall-Proġett (ara l-premessa 197). Is-self se jkollu rata ta’ imgħax żero matul il-fażi tal-kostruzzjoni. Ir-rata tal-imgħax imposta se tkun il-kost tad-dejn tal-Istat flimkien ma’ 1 %, iżda mhux inqas minn 2 % fuq 30 sena, li jibdew mid-data tal-ikkummissjonar tal-NPP. Għalhekk, il-miżura tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha peress li teħles lil EDU II mill-kostijiet tal-finanzjament li jkollha ġġarrab f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Impriżi oħra, inklużi dawk li jwettqu investimenti b’terminu twil, ma jirċevux self mill-Istat taħt kundizzjonijiet simili.

(358)

Il-miżura 3 (ara t-taqsima 3.8) tipprovdi protezzjoni għall-irkupru tal-kostijiet f’każ ta’ bidla fil-liġi jew tal-politika jew f’każ ta’ avvenimenti oħra li jikkwalifikaw bħala Raġunijiet Leġittimi, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju tal-investiment u jiġi ttrasferit lejn l-Istat u jingħata benefiċċju ekonomiku li ma setax jinkiseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq u li ma jkunx disponibbli għall-operaturi l-oħra tas-suq.

(359)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tliet miżuri kollha li qed jiġu diskussi jammontaw għal għajnuna individwali u jagħtu vantaġġ selettiv lill-Grupp ČEZ inkluża s-sussidjarja tiegħu EDU II.

8.1.3.   Theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u effetti fuq il-kummerċ

(360)

Kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, is-suq tal-elettriku ġie liberalizzat u l-produtturi tal-elettriku huma involuti fil-kummerċ bejn l-Istati Membri fejn vantaġġ mogħti lill-produtturi tal-elettriku nukleari jaf x’aktarx ifixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Ġeneralment, l-elettriku minn sorsi nukleari jinbiegħ fis-suq intern għall-elettriku, fejn jidħol f’kompetizzjoni mas-sorsi kollha tal-elettriku, inklużi dawk fi Stati Membri oħra.

(361)

Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni li l-vantaġġ mogħti lill-benefiċjarju tal-miżuri minn 1 sa 3 jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Peress li t-tliet miżuri kollha jagħtu vantaġġi lill-ġenerazzjoni tal-elettriku bħala attività kompetittiva, dik il-konklużjoni tkun, għal darba oħra, l-istess kieku l-miżuri kellhom jiġu eżaminati individwalment.

8.1.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(362)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-PC, l-Assistenza Finanzjarja Ripagabbli li trid titħallas lura u l-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika bħala miżuri differenti li jappartjenu għal intervent wieħed mill-Istat jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.2.   Legalità tal-għajnuna

(363)

Kif indikat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (156), il-miżuri ġew innotifikati lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Marzu 2022 u sal-lum għadhom ma ġewx implimentati. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni hija kundizzjonali fuq l-approvazzjoni tal-miżuri mill-Kummissjoni (ara l-premessa 190). Għalhekk, l-awtoritajiet Ċeki ssodisfaw l-obbligi ta’ notifika u ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

8.3.   Kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern

(364)

Minħabba li l-miżuri nstabu li jinvolvu għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk jistgħux jitqiesu kompatibbli mas-suq intern.

8.3.1.   Bażi legali għall-valutazzjoni

(365)

Il-Kummissjoni vvalutat il-miżura notifikata abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE li jistipula li l-Kummissjoni tista’ tiddikjara kompatibbli “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

8.3.2.   Kundizzjoni pożittiva: żvilupp ta’ attività ekonomika

8.3.2.1.   Kontribut għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika

(366)

L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tiddikjara bħala kompatibbli l-“għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. Għalhekk, l-għajnuna kompatibbli skont din id-dispożizzjoni tat-Trattat trid tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ ċerta attività ekonomika (157).

(367)

Jista’ jkun meħtieġ intervent mill-Istat biex jiffaċilita jew jinċentiva l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi li, fin-nuqqas ta’ għajnuna, ma jiżviluppawx jew ma jiżviluppawx bl-istess pass jew bl-istess kundizzjonijiet.

(368)

Kif spjegat fit-Taqsima 2 u fit-Taqsima 4.4.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-għan tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni huwa li jippermettu l-investiment fil-ġenerazzjoni ta’ enerġija nukleari ġdida u jiżguraw l-operat tiegħu għal perjodu twil. B’mod speċifiku, l-appoġġ ipprovdut mill-Istat jimmira direttament il-kostruzzjoni, l-ikkummissjonar u l-operat tal-kapaċità l-ġdida. Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-PC għandu l-għan li jiżgura li l-impjant jipproduċi l-elettriku u jippermetti r-rimborż tal-RFA (ara 3.6). L-RFA huwa meħtieġ biex il-promotur tal-Proġett ikun jista’ jkopri parti kbira mill-kostijiet tal-investiment għall-Proġett (ara 3.7). Il-Protezzjoni mill-Bidla fil-Liġi hija meħtieġa biex jitnaqqas l-ammont ta’ għajnuna neċessarja biex il-Proġett jimxi ’il quddiem billi jitnaqqsu ċerti riskji li jitqiesu li huma lil hinn mill-kontroll tal-investitur (ara 3.8)

(369)

It-tliet miżuri kollha jnaqqsu l-fatturi ta’ riskju ewlenin li kieku kienu jinqalgħu f’investimenti f’assi kbar ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari. Meħuda flimkien, għall-investitur dawn inaqqsu b’mod konsiderevoli l-livell ta’ riskju ġenerali tal-Proġett. Kif stabbilit mill-awtoritajiet Ċeki, għadd ta’ proġetti ta’ investiment fl-enerġija nukleari ma ġewx implimentati bħala konsegwenza ta’ dawk ir-riskji (ara l-premessa 220). Għalhekk, il-miżuri jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nukleari fiċ-Ċekja.

(370)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-iżvilupp ta’ kapaċità nukleari ġdida bħala attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE (158) u stabbiliet li l-Artikolu 107 tat-TFUE jista’ jiġi applikat għall-investimenti fl-impjanti tal-enerġija nukleari. (159)

(371)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerta attività ekonomika kif meħtieġ mill-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

8.3.2.2.   Effett ta’ inċentiv

(372)

L-għajnuna mill-Istat tista’ titqies biss li tiffaċilita attività ekonomika jekk ikollha effett ta’ inċentiv. L-effett ta’ inċentiv iseħħ meta l-għajnuna ġġiegħel lill-benefiċjarju jibdel l-imġiba tiegħu lejn l-iżvilupp tal-attività ekonomika fil-mira tal-għajnuna, u jekk din il-bidla fl-imġiba jaf ma kinitx isseħħ mingħajr l-għajnuna.

(373)

Iċ-Ċekja spjegat li fin-nuqqas tal-għajnuna, l-investitur ma jkollux l-inċentivi meħtieġa biex jinvesti fl-iżvilupp ta’ kapaċità ġdida ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku nukleari (160). Is-suq huwa kkaratterizzat minn volatilità għolja, instabbiltà tal-ambjent regolatorju, u l-ekonomija tar-riżorsi nukleari fil-forma ta’ kostijiet għoljin ta’ input tal-investiment jirrappreżentaw ukoll ostaklu għad-dħul fl-industrija. L-investiment fl-enerġija nukleari mingħajr appoġġ mill-Istat x’aktarx li ma jagħmilx profitt minħabba l-inċertezza tal-iżviluppi fis-suq tal-elettriku.

(374)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Proġett ma jkomplix mingħajr appoġġ mill-Istat fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq inċerti u li qed jinbidlu malajr kurrenti u l-fallimenti tas-suq assoċjati mal-iżvilupp tal-enerġija nukleari (jiġifieri, l-iskala tar-rekwiżit kapitali, il-lonġevità tal-iskopertura għas-sinjali tal-ipprezzar tas-suq, u l-lonġevità tal-iskopertura għad-deċiżjonijiet politiċi) (161).

(375)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li mingħajr l-għajnuna d-diskrepanza fil-finanzjament tal-Proġett ma tingħalaqx. Dan huwa dovut għall-kostijiet tal-finanzjament ogħla li l-Proġett x'aktarx iġarrab fin-nuqqas tal-RFA u minħabba n-nuqqas tal-istabbiltà tad-dħul ipprovduta mill-PC. Barra minn hekk, mingħajr intervent mill-Istat, l-investitur ikollu jġorr riskji addizzjonali sinifikanti li kieku jiġu mitigati mill-miżuri ta’ appoġġ, bħar-riskju tal-prezz tas-suq u r-riskju tal-politika (ara l-premessa (498)), li jissuġġerixxu li l-investitur jistenna redditu komparattivament ogħla biex jimplimenta l-proġett mingħajr għajnuna.

(376)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv peress li ġġiegħel lill-benefiċjarju jinvolvi ruħu f’attività ekonomika li ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna.

8.3.2.3.   Konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-UE

(377)

Kif spjegat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-kawża Hinkley Point C (162) li “għajnuna mill-Istat li tikser dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern”. Speċifikament għall-enerġija nukleari, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li għas-settur “taħt it-Trattat Euratom, għajnuna mill-Istat favur attività ekonomika li tappartjeni lil dan is-settur, li l-eżami tagħha juri li tikser regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont din id-dispożizzjoni” (163).

(378)

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li leġiżlazzjoni sekondarja, bħad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (164), li skontha ċerti proġetti huma soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali, tapplika għall-impjanti tal-enerġija nukleari u għar-reatturi nukleari l-oħra.

(379)

Il-Qorti ċċarat ukoll li l-investimenti fl-enerġija nukleari mhumiex preklużi mill-Artikolu 194 tat-TFUE dwar il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija (165). Skont il-ġurisprudenza (166), peress li l-għażla tal-enerġija nukleari hija, skont it-TFUE, kwistjoni għall-Istati Membri, jidher li l-objettivi u l-prinċipji tal-liġi ambjentali tal-UE u l-objettivi segwiti mit-Trattat Euratom, ma jmorrux kontra, b’tali mod li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-ambjent, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u l-prinċipju ta’ sostenibbiltà ma jistgħux jitqiesu li jipprekludu, fiċ-ċirkostanzi kollha, l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat għall-kostruzzjoni jew l-operat ta’ impjant tal-enerġija nukleari.

(380)

Għalhekk, il-fatt li l-Proġett u l-miżuri jikkonċernaw l-enerġija nukleari ma jagħmilx il-miżuri inkompatibbli mas-suq intern. Iċ-Ċekja għażlet l-enerġija nukleari biex tindirizza l-isfida tad-dekarbonizzazzjoni tagħha u l-kwistjonijiet futuri dwar l-adegwatezza tar-riżorsi u t-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista (ara t-taqsima 2.2 hawn fuq).

(381)

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-Proġett jikser id-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-iżvilupp tal-Proġett kien preċedut minn proċess estensiv u miftuħ ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali (ara l-premessa 78) imwettqa f’konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE (167).

(382)

Skont il-ġurisprudenza, “meta l-Kummissjoni tapplika l-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, hija marbuta, skont l-istruttura ġenerali tat-Trattat, li tosserva l-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat u d-dispożizzjonijiet speċifiċi minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat u, b’dan il-mod, li tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni ma’ dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi. Madankollu, tali obbligu huwa impost fuq il-Kummissjoni biss fir-rigward ta’ modalitajiet ta’ għajnuna li jkunu tant marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tal-għajnuna li ma jkunx possibbli li jiġu evalwati b’mod iżolat. […] Min-naħa l-oħra, jekk il-modalità inkwistjoni tista’ tinfired mill-għan tal-għajnuna, il-Kummissjoni ma tkunx marbuta tevalwa l-konformità tagħha mad-dispożizzjonijiet l-oħra minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-proċedura prevista permezz tal-Artikolu 108 TFUE” . (168)

(383)

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kkonfermat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impjant tal-enerġija nukleari Paks II li l-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa tivverifika li kwalunkwe aspett ta’ miżura ta’ għajnuna jew kwalunkwe element relatat ma’ għajnuna – fin-nuqqas ta’ rabta inseparabbli – ikun konformi mad-dritt tal-Unjoni (169). Fil-każ rispettiv, il-Qorti Ġenerali osservat ukoll li “[i]ż-żamma ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku u l-eventwali użu ta’ impriża oħra għall-kostruzzjoni tar-reatturi la jibdlu l-għan tal-għajnuna […] u lanqas il-benefiċjarju tal-għajnuna […]” (170).

(384)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li ma hemm l-ebda “rabta indissolubbli” bejn l-aspetti tal-għajnuna mill-Istat u tal-akkwist pubbliku, peress li huwa possibbli li dawn jiġu evalwati separatament. Il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat (il-PC, l-RFA, il-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika) jappoġġaw l-attività (l-istabbiliment u l-operat tal-impjant tal-enerġija nukleari) indipendentement minn kif jintgħażel il-kuntrattur tal-EPC. L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna lanqas ma tiddependi fuq l-applikazzjoni eżatta tar-regoli tal-akkwist pubbliku. Il-miżuri li qed jiġu vvalutati jqisu r-riżultat tal-proċess tal-akkwist (jiġifieri l-kostijiet tal-investiment) bħala input għall-Mudell Finanzjarju li jiddetermina l-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC (171). Anki fix-xenarju ipotetiku fejn dawk l-inputs kellhom jiżdiedu wara applikazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti tal-akkwist, dan ma jirriżultax f’distorsjonijiet addizzjonali maħluqa mill-miżuri ta’ għajnuna li qed jiġu vvalutati. Fil-fatt, in-nuqqas possibbli ta’ osservanza tar-regoli tal-akkwist pubbliku jista’ jwassal biss għal effetti distorsivi fis-suq tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni nukleari u mhux fis-suq tal-elettriku. L-operat tal-impjant tal-enerġija u l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku huma għalhekk separabbli mill-aspetti tal-akkwist pubbliku fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-impjant tal-enerġija. Għalhekk huwa possibbli għall-Kummissjoni li tivvaluta l-miżura mingħajr ma tevalwa l-aspetti tal-akkwist pubbliku tal-kuntratt tal-EPC peress li tali aspetti mhumiex marbuta b’mod inseparabbli la mal-attività ekonomika promossa mill-għajnuna u lanqas mill-modalitajiet tagħha.

(385)

Fil-qasam tal-enerġija, kwalunkwe imposta li għandha l-għan li tiffinanzja miżura ta’ għajnuna mill-Istat u li tifforma parti integrali minn dik il-miżura trid tikkonforma b’mod partikolari mal-Artikoli 30 u 110 tat-TFUE (172).

(386)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, sabiex imposta titqies li tifforma parti integrali minn miżura ta’ għajnuna, trid tkun ipotekata mal-għajnuna skont ir-regoli nazzjonali rilevanti, fis-sens li d-dħul mit-taxxa huwa neċessarjament allokat għall-finanzjament tal-għajnuna u għandu impatt dirett fuq l-ammont tal-għajnuna, u konsegwentement, fuq il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ dik l-għajnuna mas-suq komuni (173). B’mod partikolari, it-taxxa kkonċernata għandha tinġabar speċifikament u esklużivament għall-finanzjament tal-għajnuna inkwistjoni (174).

(387)

Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li ma jistax ikun hemm ipotekazzjoni bħal din meta l-ammont tal-għajnuna jiġi ddeterminat biss fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi, mhux relatati mad-dħul allokat, u suġġett għal limitu massimu statutorju assolut (175). B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma hemm l-ebda ipotekazzjoni meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxi l-ammont tal-għajnuna bejn valur minimu u massimu irrispettivament mid-dħul mit-taxxa (176). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement iddeċidiet li ma kien hemm l-ebda ipotekazzjoni bejn it-taxxa u l-għajnuna mogħtija f’każ fejn l-ammont tal-għajnuna kien iddeterminat skont kriterji mhux relatati mad-dħul mit-taxxa allokat u fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet tipprevedi li kwalunkwe eċċess fir-rigward ta’ din l-għajnuna kellu jiġi allokat mill-ġdid, kif xieraq, lill-fond ta’ riżerva jew lit-teżor, fejn dak id-dħul kien ukoll soġġett għal-limitu massimu assolut bir-riżultat li kwalunkwe eċċess jiġi allokat mill-ġdid ukoll għall-baġit ġenerali tal-Istat (177). Sabiex teskludi l-eżistenza ta’ rabta ta’ ipotekazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll il-fatt li, meta d-dħul mit-taxxa ma jkunx biżżejjed sabiex ikopru l-ammont totali tal-għajnuna, l-Istat Membru rilevanti huwa obbligat li jkopri n-nuqqas permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tiegħu.

(388)

F’dan il-każ, il-finanzjament tal-Miżura 1, kif indikat hawn fuq (il-premessa 107), se jkun kopert mill-Ministeru minn fondi li jinħolqu minn: (i) id-dħul mill-bejgħ tal-elettriku tal-SPV; (ii) imposta ċċarġjata mill-operaturi tan-network lill-konsumaturi finali tal-elettriku, simili għall-finanzjament eżistenti tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES, renewable energy sources); u (iii) il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Istat. Madankollu, kif diskuss hawn fuq (il-premessa 41), f’każ li l-prezz tal-Eżerċitar tal-PC ikun ogħla mill-prezzijiet tas-suq tal-elettriku, l-Istat se jkollu bżonn jiffinanzja d-differenza fil-prezz permezz tar-riżorsi tal-Istat, jiġifieri permezz tal-baġit tal-Istat u permezz ta’ imposti fuq il-konsum.

(389)

Iċ-Ċekja kkonfermat ukoll li filwaqt li imposta tista’ tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-miżuri, il-finanzjament ma jiddependix fuq tali imposta u l-baġit tal-Istat ikopri l-kostijiet fejn meħtieġ. B’mod speċifiku, l-surplus tal-imposta, jekk ikun hemm, jiġu riallokati għall-baġit ġenerali tal-Istat u d-defiċits, jekk ikun hemm, fl-aħħar mill-aħħar ikunu koperti mill-baġit ġenerali tal-Istat (ara l-premessa 42).

(390)

Minn dan isegwi li l-introduzzjoni possibbli ta’ imposta fil-proġett b’rabta mal-finanzjament tal-PC ma għandhiex impatt dirett fuq l-ammont tal-għajnuna u, għalhekk, ma tagħmilx parti integrali mill-miżura peress li ma hijiex marbuta b’rabta vinkolanti mal-għajnuna skont ir-regoli nazzjonali rilevanti. B’riżultat ta’ dan, il-konformità tal-imposta mal-Artikoli 30 u 110 tat-TFUE ma hijiex ivvalutata f’din id-deċiżjoni.

(391)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Ċeki impenjaw ruħhom li jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jinnotifikaw il-Proġett lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom.

(392)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri proposti jew l-attività appoġġata, bħala tali, ma jiksru l-ebda dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-UE.

8.3.2.4.   Konklużjoni

(393)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Proġett jissodisfa l-ewwel kundizzjoni (pożittiva) tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà (jiġifieri li l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp tal-attività ekonomika).

8.3.3.   Kundizzjoni negattiva: l-għajnuna ma tistax tfixkel bla bżomn il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li jkun kontra l-interess komuni

8.3.3.1.   Identifikazzjoni tas-suq affettwat mill-għajnuna

(394)

Kif indikat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Proġett tfassal biex jgħin fid-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija taċ-Ċekja u jindirizza t-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku li jkopri s-suq Ċek (ara l-premessi 8 u ta’ wara). Fl-istess ħin, ġie stabbilit li s-suq Ċek huwa interkonness sew fir-reġjun Core (178) (ara l-premessa 16).

(395)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-swieq rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżuri inkwistjoni huma s-swieq tal-elettriku fiċ-Ċekja u s-suq tal-elettriku fir-reġjun Core.

8.3.3.2.   Identifikazzjoni tal-effetti pożittivi tal-miżura ta’ għajnuna

(396)

Kif spjegat fit-Taqsima 4.4.2.2 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tinvolvi l-eliminazzjoni gradwali progressiva tal-fjuwils fossili li tibda minn dawk li jniġġsu l-aktar. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà ħabbru l-pjanijiet tagħhom għall-eliminazzjoni gradwali tal-faħam fis-snin li ġejjin (179). Il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECP, National Energy and Climate Plan) l-aktar reċenti taċ-Ċekja jistabbilixxi objettiv strateġiku tal-eliminazzjoni gradwali sħiħa tal-użu tal-faħam għall-ġenerazzjoni tal-elettriku sal-2033. Dawn l-iżviluppi jwasslu, skont l-istudji ta’ CEPS (ara l-premessa 12), għall-kwistjonijiet ta’ adegwatezza fuq terminu medju-twil. Din it-tendenza hija mistennija li tiġi osservata fi Stati Membri oħra li jeliminaw gradwalment il-faħam.

(397)

Investimenti addizzjonali f’sorsi ta’ enerġija nukleari jipprovdu assi affidabbli ta’ ġenerazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li għandhom ċertu grad ta’ flessibbiltà. Billi jiġu żgurati provvisti siguri meta jiġu eliminati gradwalment l-aktar fjuwils li jniġġsu u titnaqqas id-dipendenza fuq il-gass naturali, il-ġenerazzjoni nukleari, b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju għal kull MWh ta’ elettriku prodott, tikkontribwixxi (b’mod konġunt mal-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli) biex jintlaħqu l-objettivi nazzjonali u Ewropej tad-dekarbonizzazzjoni.

(398)

Kif spjegat miċ-Ċekja, il-Proġett se jappoġġa direttament wkoll l-objettivi tar-REPowerEU peress li se jnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati li huma soġġetti għall-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet u r-riskji ġeopolitiċi, u b’hekk isaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija.

(399)

Barra minn hekk, l-installazzjoni ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ ġenerazzjoni nukleari tikkontribwixxi biex tinżamm il-ġenerazzjoni meħtieġa min-naħa tal-provvista. Dan huwa meħtieġ biex tiġi indirizzata ż-żieda mistennija fid-domanda għall-elettriku fiċ-Ċekja b’mod parallel mal-miżuri għat-tnaqqis tad-domanda adottati skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (ara l-premessa 15).

(400)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Ċeki se jiżguraw li l-Proġett jikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ekonomiċi fis-settur tal-enerġija nukleari kif stabbilit fir-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE (180). Filwaqt li dan ir-Regolament ma joħloqx obbligi legalment vinkolanti għall-kostruzzjoni jew għall-operat tal-impjanti tal-enerġija nukleari, jew għar-rekwiżiti addizzjonali għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat, huwa jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk l-attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli. L-impenn taċ-Ċekja li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti jippermetti li jiġi konkluż li l-Proġett huwa sostenibbli, mhux se jikkawża ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra u huwa allinjat mat-trajettorja ta’ emissjonijiet żero netti sal-2050.

(401)

B’mod speċifiku, bl-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli għall-kostruzzjoni u għall-operat sikur ta’ impjanti ġodda tal-enerġija nukleari, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tas-sħana, inkluż għall-produzzjoni tal-idroġenu, l-anness I, it-taqsima 4.27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (181) jistabbilixxi għadd ta’ kriterji ta’ skrinjar għall-investimenti f’assi ġodda tal-ġenerazzjoni nukleari. Dan jinkludi li l-Istat Membru juri li għandu r-riżorsi disponibbli fit-tmiem tat-tul tal-ħajja utli stmata tal-impjant tal-enerġija nukleari li jikkorrispondu għall-kost stmata tal-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-iskart radjuattiv, l-Istat Membru li jkollu l-faċilitajiet operattivi tar-rimi finali għall-iskart radjuattiv kollu ta’ livell baxx ħafna, baxx u intermedju, l-Istat Membru li jkollu pjan dokumentat b’passi dettaljati biex jopera, sal-2050, faċilità għad-disponiment tal-iskart radjuattiv ta’ livell għoli u l-proġett li japplika l-aħjar teknoloġija disponibbli, inkluż dwar l-użu ta’ fjuwil b’tolleranza għall-inċidenti mill-2025. L-awtoritajiet Ċeki impenjaw ruħhom li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti kollha (ara l-premessi 81 u 82).

(402)

Filwaqt li partijiet terzi kienu sostnew li d-dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-uffiċjali Ċeki jindikaw li se jfittxu li jinfluwenzaw il-proċess leġiżlattiv sabiex jemendaw jew jipposponu l-kundizzjonijiet tat-Tassonomija dwar l-operazzjonalizzazzjoni ta’ repożitorju fond tal-iskart radjuattiv ta’ livell għoli sal-2050, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni li tpoġġi f’dubju l-impenn mill-awtoritajiet Ċeki. Fl-11 ta’ Jannar 2023, iċ-Ċekja adottat ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 24 dwar ir-rekwiżit li jiġu ssodisfati l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar dwar il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv. Skont din ir-riżoluzzjoni, iċ-Ċekja se tagħmel ħilitha biex tissodisfa l-kriterji tekniċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, inkluż li r-repożitorju ġeoloġiku fond għall-faċilità tal-iskart nukleari jibda jopera sal-2050 (ara l-premessi 81 u 82).

(403)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Proġett għandu effetti pożittivi fuq is-suq peress li se jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija b’mod ambjentalment sostenibbli u se jżid is-sigurtà tal-provvista. Peress li r-reġjun Core huwa interkonness sew, dawn l-effetti pożittivi x’aktarx ikunu ta’ benefiċċju għall-Istati Membri ġirien li jimportaw l-elettriku miċ-Ċekja.

8.3.3.3.   Ħtieġa ta’ intervent mill-Istat

(404)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura ta’ għajnuna hijiex meħtieġa, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-miżura hijiex immirata lejn sitwazzjoni fejn il-miżura tista’ twassal għat-titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax iwassal. Għajnuna li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża benefiċjarja iżda li ma tkunx meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv maħsub ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(405)

F’dan il-każ, iċ-Ċekja tippromwovi investimenti nukleari ġodda kif stabbilita fit-Trattat Euratom sabiex tindirizza l-isfida tad-dekarbonizzazzjoni tagħha u l-lakuna fil-kapaċità installata nazzjonali ġenerali li dalwaqt se tkun qed tiffaċċja minħabba l-irtirar ippjanat tal-fjuwils fossili u tal-ġenerazzjoni nukleari eżistenti (ara l-premessi 8 u 19). Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv tal-promozzjoni ta’ investimenti nukleari ġodda.

(406)

Fid-deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li l-eżistenza tal-fallimenti tas-suq hija fattur rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħtieġa tal-għajnuna u rrikonoxxiet ċerti fallimenti tas-suq li jitolbu intervent mill-Istat fir-rigward tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari (182). B’mod speċifiku, għall-investimenti ġodda fl-enerġija nukleari, il-falliment tas-suq iseħħ prinċipalment minħabba tliet aspetti: (i) l-iskala tar-rekwiżit kapitali, (ii) il-lonġevità tal-iskopertura għas-sinjali tal-ipprezzar tas-suq, li huma stess huma distorti mill-interventi, u (iii) il-lonġevità tal-iskopertura għad-deċiżjonijiet politiċi.

(407)

L-ewwel nett, l-iskala tar-rekwiżiti kapitali għall-investimenti nukleari hija partikolarment għolja. Filwaqt li l-kost livellat tal-enerġija għall-ġenerazzjoni nukleari mhuwiex neċessarjament ogħla minn dak għal teknoloġiji oħra, (183) il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ tul tal-ħajja twila u kbira tal-impjanti tal-enerġija nukleari tista’ titqabbel biss mal-akbar proġetti tal-enerġija idroelettrika. Dawn il-ħtiġijiet kapitali, li jilħqu diversi biljuni ta’ euro, huma aggravati aktar minn żidiet frekwenti u sinifikanti fil-kostijiet tal-investiment għal faċilitajiet tal-ġenerazzjoni nukleari mibnija ġodda. Tabilħaqq, b’mod partikolari l-investimenti tal-Ġenerazzjoni III li huma l-ewwel tat-tip tagħhom fil-pajjiżi tal-OECD ġew affettwati minn dewmien fil-kostruzzjoni u żidiet fil-kostijiet. (184)

(408)

It-tieni, żminijiet ta’ operat ippjanati ta’ 60 sena jagħmluha diffiċli li jiġu allinjati d-durati tipiċi ta’ investimenti privati jew self kummerċjali tul il-ħajja tal-Proġett. Dan huwa saħansitra aktar rilevanti fis-swieq kurrenti tal-elettriku, li jinbidlu b’mod sinifikanti bit-tranżizzjoni tal-enerġija u l-użu rapidu tal-enerġiji rinnovabbli, kif ukoll ir-riformi regolatorji li jakkumpanjaw din it-tranżizzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, anki l-parteċipanti fis-suq bl-akbar esperjenza jsibuha diffiċli biex jagħmlu previżjonijiet komdi għall-prezzijiet tal-enerġija fil-futur imbiegħed u l-biċċa l-kbira tan-negozji tal-elettriku jkopru mhux aktar minn ħames snin fil-futur.

(409)

Fl-aħħar nett, l-enerġija nukleari tibqa’ soġġetta għal kontroversja soċjetali u politika, u l-investimenti fl-assi tal-ġenerazzjoni nukleari jridu jqisu r-riskju ta’ bidla fil-politika.

(410)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li l-kombinament ta’ dawk l-elementi hija unika għat-teknoloġija nukleari (185), u tikkostitwixxi karatteristika ġenerali tas-swieq kollha tal-UE, inkluż is-suq tal-elettriku Ċek.

(411)

Is-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati kkorroboraw il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. Il-Kummissjoni tinnota li fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, iċ-Ċekja rreferiet għall-kundizzjonijiet tas-suq mhux favorevoli aktar reċenti li qed iżidu b’mod sinifikanti r-riskji għall-promoturi ġodda ta’ proġetti nukleari, li jinkludu x-xenarju makroekonomiku u l-pressjonijiet inflazzjonarji, żidiet fir-rati tal-imgħax, kif ukoll fl-avvenimenti uniċi, bħall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja li wasslu għal tfixkil sinifikanti fis-suq u fil-katina tal-provvista. Għalhekk, l-awtoritajiet Ċeki jsostnu li l-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari x’aktarx li ma ssirx fin-nuqqas tal-appoġġ tal-għajnuna mill-Istat.

(412)

L-awtoritajiet Ċeki indikaw ukoll iż-żieda fil-volatilità fis-swieq tal-enerġija, ikkawżata parzjalment minn żieda fl-ishma tar-riżorsi b’kostijiet marġinali żero bħall-enerġija eolika u solari, iżda wkoll għall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-gass, li joħolqu redditi imprevedibbli għall-parteċipanti fis-suq u għalhekk jillimitaw l-inċentivi għall-iżvilupp ta’ proġetti nukleari fuq skala kbira, sakemm l-investituri ma jkunux jistgħu jiħħeġġjaw l-iskopertura għall-prezzijiet tas-suq. Madankollu, l-iħħeġġjar permezz ta’ kuntratti ta’ terminu twil jirrikjedi li l-kontropartijiet ikunu lesti jaċċettaw prezzijiet li jkunu għoljin biżżejjed biex jiżguraw redditu adegwat għall-investituri fuq perjodu ta’ żmien twil ħafna. Opinjonijiet simili ġew ippreżentati fil-kummenti ta’ diversi partijiet terzi li kkonkludew li fis-suq tal-elettriku Ewropew kurrenti mhuwiex fattibbli li jinbnew proġetti nukleari ġodda mingħajr l-appoġġ mill-Istat.

(413)

Kif spjegat f’rapport konġunt mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) u l-Aġenzija għall-Enerġija Nukleari (NEA, Nuclear Energy Agency) (186), ix-xejriet reċenti fil-bini nukleari ġdid fis-swieq tal-Punent juru eskalazzjonijiet sinifikanti fil-kostijiet u d-dewmien fil-kostruzzjoni. Dan jista’ jiġi spjegat parzjalment minħabba li nbdew proġetti ġodda wara waqfa twila mill-kostruzzjoni nukleari li naqqret b’mod sinifikanti l-katina tal-provvista nukleari u l-kapaċitajiet tal-industrija, u parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ maturità tad-disinn u tal-ippjanar tal-eżekuzzjoni fiż-żmien tal-bidu tal-kostruzzjoni, kif ukoll f’kuntest politiku dejjem aktar inċert. Ir-rapport isib li din is-sitwazzjoni naqqset il-fiduċja tal-partijiet ikkonċernati fil-kapaċità tal-industrija nukleari li twettaq proġetti ġodda ta’ bini u għolliet il-livell ta’ riskju tal-investiment perċepit, filwaqt li intimidat lill-investituri u kompliet tnaqqas il-possibbiltajiet li jiġi attirat il-finanzjament għall-proġetti futuri.

(414)

Madankollu, ir-rapport jispjega li f’pajjiżi oħra bħaċ-Ċina u l-Korea, l-investimenti nukleari ġodda jitwettqu fil-ħin u fil-baġit u jikkonkludi li d-distakk mal-pajjiżi tal-Punent ma jistax jiġi spjegat biss minn kundizzjonijiet speċifiċi għas-sit. Għalhekk, l-isfidi esperjenzati fil-pajjiżi tal-Punent mhumiex inerenti għat-teknoloġija nnifisha iżda jiddependu fuq il-kundizzjonijiet li fihom jiġu żviluppati u eżegwiti l-proġetti u fuq l-interazzjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati differenti.

(415)

Il-Kummissjoni tfakkar fil-kummenti ta’ partijiet terzi li argumentaw li l-provvista tal-enerġija tista’ tiġi ggarantita wkoll minn teknoloġiji orħos u qieset li s-sussidji għas-settur nukleari jnaqqsu r-ritmu tal-progress fuq teknoloġiji oħra orħos u li ma jagħmlux ħsara lill-klima. L-awtoritajiet Ċeki sostnew li l-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fiċ-Ċekja huwa limitat, iżda li ż-żieda kemm tal-ġenerazzjoni nukleari kif ukoll tal-ġenerazzjoni rinnovabbli tifforma partijiet importanti mill-istrateġija nazzjonali għall-enerġija u l-klima (ara l-premessa 21). Huma jsostnu wkoll li, filwaqt li l-investimenti eoliċi jseħħu aktar tard mal-Proġett milli mingħajr il-Proġett, l-iżvilupp totali tal-enerġija eolika ikun identiku fiż-żewġ xenarji (ara l-premessa 270). Din l-ispjegazzjoni hija plawżibbli. Tabilħaqq, l-investimenti fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni eolika u solari jistgħu jitwettqu ħafna aktar malajr u b’kost kapitali aktar baxx mill-Proġett. Madankollu, dawn huma limitati minn fatturi oħra, bħas-siti disponibbli u l-kapaċità tal-konnessjoni tan-network. Barra minn hekk, l-impatt limitat mistenni mill-Proġett fuq il-prezzijiet tas-suq fuq is-suq bl-ingrossa (2 EUR/MWh) jissuġġerixxi li dan ikollu impatt minimu fuq l-investimenti rinnovabbli. L-inċentivi pprovduti mill-formula tal-PC biex tiġi massimizzata l-produzzjoni f’sigħat ta’ prezz għoli u biex titnaqqas fi żminijiet ta’ prezzijiet baxxi madankollu jnaqqsu wkoll l-impatt kompetittiv tal-miżura fuq l-investimenti rinnovabbli bbażati fuq is-suq, peress li l-assi tal-ġenerazzjoni rinnovabbli jistgħu jkunu mistennija li joperaw partikolarment ta’ spiss fil-perjodi ta’ żmien ta’ prezz baxx (peress li f’dawk il-perjodi, ir-riżorsi rinnovabbli disponibbli ikunu għoljin u dan inaqqas il-prezzijiet tas-suq).

(416)

Rispondent ieħor argumenta li huma mistennija prezzijiet għoljin tal-elettriku fid-deċennji li ġejjin. It-tbassir tal-prezzijiet tal-elettriku fuq perjodi twal ta’ żmien jinvolvi inċertezza sinifikanti. Jekk il-prezzijiet tal-elettriku jkunu konsiderevolment ogħla milli mistenni, il-PC u l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti se jipprevedu dħul għall-Istat Ċek, u b’hekk jillimitaw il-kumpens żejjed għall-benefiċċju ta’ ČEZ. Jekk, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet tas-suq ikunu aktar baxxi milli mistenni, b’mod partikolari fid-dawl ta’ domanda aktar baxxa milli tkun mistennija jew l-introduzzjoni rapida tal-enerġiji rinnovabbli, il-Proġett, fin-nuqqas tal-miżura, ma jkunx jista’ jġarrab il-kost kapitali tiegħu.

(417)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm fallimenti tas-suq identifikati b’mod ċar fir-rigward tal-investimenti f’sorsi ġodda tal-enerġija nukleari fiċ-Ċekja. Minħabba l-perjodu ta’ investiment twil ħafna, ma hemmx biżżejjed ċertezza li l-prezzijiet tal-enerġija attwalment għoljin jibqgħux għoljin għal perjodu twil biżżejjed biex jaffettwaw din il-valutazzjoni. Fid-dawl tan-nuqqas tal-kapaċità suffiċjenti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fiċ-Ċekja, ta’ dawk il-fallimenti tas-suq u tal-għan strateġiku tal-politika tal-enerġija taċ-Ċekja, liema għan huwa li tikseb l-awtosuffiċjenza relattiva fil-ġenerazzjoni tal-elettriku b’mod parallel mad-dekarbonizzazzjoni ta’ perjodu fit-tul tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jidher li huwa meħtieġ appoġġ mill-Istat għall-kostruzzjoni tal-Proġett fiċ-Ċekja.

(418)

Tabilħaqq, jibqa’ improbabbli li l-forzi tas-suq waħedhom ikunu kapaċi jiżguraw il-konsenja f’waqtha tal-istess kapaċità nukleari bħall-Proġett, li hija meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nukleari fiċ-Ċekja.

(419)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat hija meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet nukleari ġodda fiċ-Ċekja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri jipproduċu effett ta’ inċentiv għall-benefiċjarju u b’hekk jiġi żgurat li l-Proġett jitwettaq b’suċċess.

8.3.3.4.   Adegwatezza

(420)

Fil-valutazzjoni tagħha l-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura proposta hijiex strument ta’ politika xieraq biex tindirizza l-objettiv tagħha, f’dal-każ li tippromwovi l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari biex tikkumpensa għal diskrepanza futura fil-provvista.

(421)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li ċ-Ċekja kienet qieset diversi mekkaniżmi ta’ appoġġ alternattivi biex tinċentiva l-investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija nukleari, bħall-krediti tat-taxxa, il-mekkaniżmi ta’ kapaċità, l-għajnuna għall-investiment dirett, l-istabbiliment ta’ mudell ta’ bażi tal-assi regolatorji (RAB, regulated asset base), eċċ. li kollha tqiesu inqas xierqa mill-miżuri li finalment intgħażlu biex jipprovdu l-għajnuna.

(422)

Il-Kummissjoni taqbel li strumenti ta’ politika oħra bħal dawn waħedhom x’aktarx ma jkunux biżżejjed biex jinkisbu l-istess riżultati minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-Proġett u d-daqs tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa. B’mod partikolari, is-sempliċi tneħħija ta’ waħda mit-tliet miżuri mingħajr aġġustamenti ulterjuri tħalli riskji kbar mhux indirizzati għall-investitur minħabba li kull waħda minnhom tindirizza falliment tas-suq differenti. (187) Meta l-mekkaniżmi ta’ appoġġ alternattivi jkunu relatati primarjament ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament (krediti tat-taxxa), dawn mhux neċessarjament inaqqsu l-impatt fuq il-kompetizzjoni. Il-mekkaniżmi ta’ kapaċità u l-mudelli RAB huma kunċetti ġenerali li jistgħu jieħdu ħafna forom. L-investigazzjoni formali ma ressqitx evidenza li għall-miżura konkreta inkwistjoni, kunċetti bħal dawn kienu jipprovdu soluzzjonijiet aktar xierqa għall-fallimenti tas-suq imqajma.

(423)

Madankollu, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni staqsiet jekk il-kombinament tat-tliet miżuri (jiġifieri, l-RFA, il-kuntratt ta’ ħruġ, u l-Protezzjoni mill-Bidla fil-Liġi) setgħetx titqies xierqa għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istat u staqsiet jekk grad ogħla ta’ esponiment għar-riskji tas-suq kienx ikun aktar xieraq. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni qieset li l-kombinament tat-tliet miżuri u l-istruttura inizjali tal-Proġett jistgħu jneħħu riskji tas-suq importanti u b’hekk jistgħu jfixklu ċerti inċentivi ta’ mġiba kompetittiva.

(424)

Il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji dwar jekk il-kombinament ta’ dawk it-tliet miżuri huwiex xierqa biex tiżgura l-iżvilupp tal-Proġett filwaqt li, fil-passat, għadd aktar limitat ta’ miżuri li setgħu kienu inqas intervenzjonisti jidhru li kienu biżżejjed biex jippermettu l-investiment.

(425)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet jekk il-bilanċ propost miċ-Ċekja fl-użu ta’ diversi strumenti huwiex dak it-tajjeb, u jekk strumenti alternattivi, jew il-kunsiderazzjoni ta’ xi wħud minnhom biss, jistgħux ikunu kapaċi jilħqu l-istess objettivi b’inqas għajnuna jew distorsjonijiet għall-kompetizzjoni.

(426)

L-argumenti tal-awtoritajiet Ċeki li jappoġġjaw il-kombinament tal-miżuri proposti huma marbuta mal-fallimenti ewlenin tas-suq liema miżuri huma mfassla biex jindirizzaw kif deskritt fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, b’mod partikolari, l-iskala tar-rekwiżit kapitali, il-lonġevità tal-iskopertura għas-sinjali tal-prezzijiet tas-suq, u l-lonġevità tal-iskopertura għad-deċiżjonijiet politiċi. Il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet li minħabba dawk ir-riskji l-Proġett ma kienx jitwettaq minn investitur privat taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (188).

(427)

Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessi minn 83 sa 106, matul l-investigazzjoni formali biex ittaffi d-dubji tal-Kummissjoni b’rabta mal-grad ta’ skopertura tal-Proġett għar-riskji tas-suq, iċ-Ċekja injettat l-iskopertura tal-prezzijiet tas-suq għall-formula għall-kalkolu tas-saldu ex-post ta’ EDU II u naqqset id-durata tal-kuntratt ta’ ħruġ għal 40 sena, u b’hekk żiedet l-iskopertura tal-Proġett għar-riskji tas-suq. Dan ifisser ukoll li EDU II għandha l-inċentivi ekonomiċi biex tottimizza l-produzzjoni tal-enerġija b’mod li timmassimizza d-dispaċċ f’perjodi ta’ prezzijiet għoljin, filwaqt li tnaqqas id-dispaċċ (u, pereżempju, l-iskedar tal-manutenzjoni) f’perjodi bi prezz baxx. Dan inaqqas l-effett distorsiv tal-miżura.

(428)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li kombinament simili ta’ miżuri tqieset xierqa mill-Kummissjoni fil-kawża Hinkley Point C (189).

(429)

Il-Kummissjoni tqis li l-kombinament tat-tliet miżuri, kif innotifikata miċ-Ċekja fl-investigazzjoni formali, u l-istruttura korrispondenti tal-Proġett jikkostitwixxu strument xieraq li jippermetti l-investiment fl-NPP. Il-Kummissjoni tqis li t-tliet miżuri flimkien huma mitluba biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq li huma preżenti fl-iżvilupp ta’ impjanti ġodda tal-enerġija nukleari.

(430)

L-ewwel nett, sa fejn ikunu preżenti fallimenti tas-suq kapitali ta’ terminu twil bħal dawn, id-dispożizzjoni tal-RFA waħdu ma jkunx biżżejjed biex jippermetti l-investiment f’enerġija nukleari ġdida peress li jindirizza biss il-ħtieġa li jinkiseb kapital għall-kostruzzjoni tal-unità nukleari l-ġdida, iżda ma jindirizzax il-kwistjonijiet speċifiċi li l-enerġija nukleari tinvolvi bħar-riskji partikolari li jirriżultaw mill-kostruzzjoni u t-tul u l-kumplessità taċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. L-RFA tipprovdi kważi l-kapital kollu meħtieġ għall-kostruzzjoni tal-impjant il-ġdid tal-enerġija nukleari, filwaqt li l-kuntratt ta’ ħruġ jippermetti lill-investitur jimpenja l-ekwità fil-Proġett. Madankollu, l-RFA waħeda ma tiżgurax li s-self jista’ jiġi rimborżat, u perjodi bi prezz baxx jistgħu jipperikolaw il-vijabbiltà tal-Proġett. Għalhekk, l-RFA stess hija bbażata fuq l-eżistenza tal-kuntratt ta’ ħruġ u hija intrinsikament marbuta miegħu peress li l-klassifikazzjoni tal-Proġett tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza tal-PC. Id-dħul garantit tal-PC biss jista’ jikkumpensa għall-profil tar-riskju ta’ perjodu fit-tul tal-Proġett.

(431)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-RFA hija xierqa biex tippermetti l-investiment u tindirizza l-fallimenti tas-suq kapitali f’terminu twil anki meta mqabbla ma’ garanzija tal-gvern fuq faċilità ta’ self ibbażata fuq is-suq minħabba li tindirizza r-riskju li ma tiżgurax finanzjament suffiċjenti biex issostni l-Proġett minn selliefa privati, tiżgura kost aktar baxx tad-dejn u tariffi aktar baxxi marbuta mal-arranġament u l-impenn ta’ finanzjament matul il-perjodu kollu tal-kostruzzjoni, teħtieġ inqas żmien biex tirranġa l-pakkett ta’ finanzjament anki f’każ ta’ żidiet fil-kostijiet. Peress li kwalunkwe żieda fil-kost kapitali jkollha impatt dirett fuq il-kalkolu tal-Prezz tal-Eżerċitar, l-RFA issostni Prezz tal-Eżerċitar aktar baxx fil-PC (ara l-premessa 171), li jnaqqas il-kost ġenerali tal-miżura.

(432)

It-tieni, il-PC b’durata ta’ 40 sena tindirizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti stabbiltà u prevedibbiltà tal-prezzijiet u r-rata ta’ redditu tal-ekwità, li huma partikolarment importanti għal investimenti ta’ dan id-daqs u tul ta’ żmien u għalhekk huma essenzjali biex jippermettu l-investiment. F’dan is-sens, il-PC jindirizza l-falliment tas-suq li jikkonċerna l-lonġevità tal-iskopertura għas-sinjali tal-prezzijiet tas-suq identifikati hawn fuq.

(433)

It-tielet, il-kumpensi mogħtija f’każ ta’ forom politiċi jew leġiżlattivi ta’ penalizzazzjoni diskriminatorja tat-teknoloġija nukleari (jiġifieri, il-Protezzjoni mill-Bidla fil-Liġi) jindirizzaw ir-riskji addizzjonali li jistgħu jitqiesu bħala speċifiċi għall-enerġija nukleari (prinċipalment, il-possibbiltà ta’ investimenti miżmuma minħabba bidliet fil-qafas leġiżlattiv, pereżempju minħabba raġunijiet politiċi). L-aġġustamenti tal-elementi tal-input għall-formula tal-PC f’każ ta’ żidiet fil-kostijiet ibbażati fuq raġunijiet leġittimi jindirizzaw ukoll ir-riskju ta’ żidiet fil-kostijiet inerenti fl-investimenti tal-ġenerazzjoni nukleari.

(434)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kombinament tal-kuntratt ta’ xiri mad-durata ta’ 40 sena, l-RFA u l-mekkaniżmu ta’ protezzjoni mill-Bidla fil-Liġi, kif strutturat fil-miżuri notifikati, huma strumenti xierqa biex jipprovdu għajnuna mill-Istat fil-Proġett.

8.3.3.5.   Proporzjonalità

(435)

Biex tivvaluta l-proporzjonalità ta’ miżura, il-Kummissjoni trid tivverifika li l-miżura hija limitata għall-minimu li jippermetti t-tlestija b’suċċess tal-Proġett għall-kisba tal-objettiv segwit.

(436)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità trid tqis il-kombinament ta’ miżuri ta’ appoġġ proposti mill-awtoritajiet Ċeki. Kien hemm tliet preokkupazzjonijiet ewlenin fil-miżura notifikata fir-rigward tal-proporzjonalità li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

(437)

L-ewwel nett, it-tul ta’ żmien innotifikat tal-kuntratt ta’ ħruġ ta’ 60 sena tqies bħala twil wisq, peress li qabeż b’mod sinifikanti l-perjodu previst għall-ħlas lura tal-RFA kif ukoll it-tul tal-miżuri ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet f’investimenti nukleari preċedenti (190). Fid-deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni staqsiet jekk il-kumpens għall-kostijiet tal-investiment tal-Proġett jenħtieġx li jkun allinjat aktar mill-qrib mal-modalitajiet u d-durata tal-ħlas lura tal-RFA.

(438)

It-tieni, ir-rata ta’ redditu prevista tqieset għolja wisq, sabiex ma tkunx tista’ teskludi kumpens żejjed, meta titqies mall-kombinament ta’ miżuri ta’ appoġġ notifikati u mall-profil tar-riskju li jirriżulta tal-Proġett. B’mod partikolari, il-kuntratt tal-PPA (power purchase agreement) bi prezz fiss innotifikat inizjalment ittrasferixxa kemm ir-riskji tal-prezzijiet kif ukoll tas-suq lill-SPV u għalhekk, lill-Istat, filwaqt li l-Assistenza Finanzjarja Ripagabbli naqqset b’mod sinifikanti r-riskju ta’ finanzjament li joffri finanzjament b’termini attraenti ħafna, mingħajr ma ġiet imposta rata tal-imgħax matul il-perjodu tal-kostruzzjoni. Fl-aħħar nett, il-mekkaniżmu tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika pprovda protezzjoni kontra il-bidliet fil-politika u avvenimenti oħra lil hinn mill-kontroll ta’ EDU II. Dan jinkludi il-bidliet fil-politika nazzjonali Ċeka dwar l-enerġija nukleari, id-deċiżjonijiet biex ma jingħatawx miżuri oħra ta’ appoġġ jew biex titwaqqaf l-implimentazzjoni billi jiġu rrifjutati l-offerenti għall-kostruzzjoni tal-impjant, iżda wkoll iż-żidiet fil-kostijiet minħabba lista eżawrjenti ta’ Raġunijiet Leġittimi. Fid-dawl tal-allokazzjoni tar-riskji bejn il-benefiċjarju u l-Istat, il-Kummissjoni qieset li l-inklużjoni tal-primjum għall-kostruzzjoni u l-operazzjonijiet nukleari fl-istima tal-mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali (CAPM, capital asset pricing model) ma kinitx iġġustifikata.

(439)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-mekkaniżmu ta’ kumpens żejjed propost miċ-Ċekja jipprevjenix biżżejjed il-kumpens żejjed, b’mod partikolari peress li jinkludi sehem tal-piż ta’ 50:50 bejn l-Istat u EDU II. (191)

(440)

It-tielet, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-għażla ta’ ČEZ fil-kariga bħala promotur tal-proġett mingħajr proċess ta’ għażla miftuħ tistax tfisser li l-appoġġ meħtieġ għall-Proġett kien ogħla milli kieku kien ikun mod ieħor.

(441)

It-taqsimiet ta’ hawn taħt se janalizzaw dawn il-kwistjonijiet fid-dawl tal-bidliet fil-miżuri ta’ appoġġ proposti mill-awtoritajiet Ċeki, qabel ma jaslu għall-konklużjonijiet finali dwar il-pakkett globali ta’ għajnuna.

8.3.3.5.1.   Il-Kuntratt ta’ Xiri

8.3.3.5.1.1.   Tul ta’ żmien tal-PC

(442)

Kif imsemmi fil-premessa 437, it-tul ta’ żmien notifikat tal-kuntratt ta’ ħruġ ta’ 60 sena tqies twil wisq. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kumpens għall-kostijiet tal-investiment tal-Proġett jenħtieġ li jkun allinjat mal-modalitajiet u t-tul tal-ħlas lura tal-RFA, li huwa madwar 30 snin fix-xenarju tal-każ bażi ppreżentat mill-awtoritajiet Ċeki.

(443)

Iċ-Ċekja argumentat li huwa meħtieġ buffer (jew perjodu “tail”) bejn il-maturità tal-PC u l-ħlas lura tal-RFA biex jiġi żgurat li l-Proġett jibqa’ finanzjarjament vijabbli, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-RFA jkun jista’ jitħallas lura bis-sħiħ matul avvenimenti negattivi potenzjali. B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki ppreżentaw data mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA, International Atomic Energy Agency) li turi li l-proġetti tal-enerġija nukleari fuq skala kbira reċenti esperjenzaw perjodi twal qabel ma kienu kapaċi jistabbilizzaw id-dispaċċ tal-assi u għalhekk jiksbu l-fattur ta’ tagħbija mmirat li jippermetti l-finanzjament tal-Proġett.

Tabella 9

Ħin tal-istabbilizzazzjoni tal-fattur tat-tagħbija

Image 13

(444)

L-awtoritajiet Ċeki ssottomettew durata riveduta tal-PC, u naqqsu d-durata minn 60 għal 40 sena. Dan jallinja aktar mill-qrib mad-durata tal-RFA, minkejja li xorta jaqbżu b’perjodu konsiderevoli. Filwaqt li ċertu perjodu li jippermetti l-operat tal-impjant tal-enerġija jistabbilizza wara l-bidu tal-operat huwa ġustifikabbli fid-dawl tad-diffikultajiet tekniċi esperjenzati wara l-bidu ta’proġetti oħra ġodda, id-durata hija fin-naħa ta’ fuq tal-perjodi osservati fi proġetti oħra.

(445)

Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li l-bidu tal-perjodu tal-kuntratt tal-PC mhuwiex neċessarjament identiku għall-bidu tal-operat tal-impjant tal-enerġija. Fil-fatt, il-perjodu tal-ħruġ jibda mill-aktar kmieni minn (i) id-Data tal-Bidu, jiġifieri l-jum meta l-NPP jesporta l-ewwel elettriku fil-grilja u EDU II ikun innotifika lill-Istat/lill-SPV li jixtieq li d-Data tal-Bidu sseħħ soġġett għall-iskadenzi li għandhom jiġu definiti fil-PC u (ii) id-Data tal-Iskadenza, jiġifieri l-jum wara l-aħħar jum tat-Tieqa għall-Kumissjoni fil-Mira li tibqa’ għaddejja għal ħames snin li jibdew fid-Data tal-Kummissjoni fil-Mira (ara n-nota f’qiegħ il-paġna 39). Id-Data fil-Mira tal-Ikkummisjonar se tiġi estiża biex tqis kwalunkwe dewmien ikkawżat minn avvenimenti li jikkostitwixxu Raġunijiet Leġittimi. Għalhekk, f’każ ta’ dewmien li mhumiex għal Raġunijiet Leġittimi, il-perjodu kopert mill-PC jitqassar kif xieraq. Filwaqt li dan jipprevedi buffer ta’ ħames snin f’każ ta’ dewmien, minħabba dewmien reċenti fi proġetti nukleari għal ġeneraturi tat-tielet ġenerazzjoni+, dewmien ta’ aktar minn ħames snin huwa riskju konsiderevoli. Meħuda flimkien, ir-riskju ta’ perjodu ta’ PC imqassar u ż-żmien meħtieġ biex jiġi stabbilizzat l-output tal-impjant tal-enerġija wara l-bidu tal-operazzjonijiet ifissru li l-perjodu tal-PC li jkun qrib il-perjodu ta’ ħlas lura tal-RFA.

(446)

Fl-aħħar nett, f’każ ta’ qbiż tal-kostijiet, ma jistax jiġi eskluż li l-ħlas lura tal-RFA se jirrikjedi parzjalment rifinanzjament b’self privat ibbażat fuq is-suq. F’dan il-każ, il-ħlas lura tal-kost tal-investiment ma jibqax direttament akkoppjat mal-perjodu tal-RFA (ara l-premessa 180). B’mod partikolari, jekk id-dħul mis-suq matul il-perjodu tal-PC ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet għar-rimborż tal-RFA, is-self ibbażat fuq is-suq jista’ jintuża biex jiffinanzja partijiet mill-kost għall-ħlas lura tal-RFA. Il-ħlas lura ta’ dak is-self ibbażat fuq is-suq imbagħad iseħħ wara l-ħlas lura tal-RFA, abbażi tad-dħul mis-suq fil-perjodu ta’ wara l-PC.

(447)

Meħuda flimkien, l-elementi stabbiliti hawn fuq huma suffiċjenti biex il-Kummissjoni tqis li d-durata tal-PC ta’ 40 sena hija proporzjonata.

(448)

Il-Kummissjoni tinnota li dan ma jfissirx li l-Proġett ikun vijabbli b’tul ta’ ħajja operattiva ta’ 40 sena biss. Tabilħaqq, il-Mudell Finanzjarju jassumi tul ta’ ħajja operattiva ta’ 60 sena u jiddependi fuq id-dħul mis-suq wara t-tmiem tal-perjodu tal-PC biex tinkiseb l-IRR (Internal Rate of Return) tal-ekwità fil-mira [minn 9 sa 11] %. Filwaqt li l-analiżi tas-sensittività li tassumi prezzijiet tas-suq baxxi wara t-tmiem tal-perjodu tal-PC turi li l-impjant jista’ ma jitħaddimx iktar f’dan il-mument minħabba nuqqas ta’ inċentivi finanzjarji (ara l-premessa (148)), dan ma jfissirx li l-investiment jittieħed bil-ħsieb ta’ tul tal-ħajja operattiva ta’ 40 sena biss. Fil-fatt, biex l-investiment isir vijabbli, l-investitur irid jassenja probabbiltà kbira lill-ambjent tas-suq li jippermetti t-tkomplija tal-operat wara t-tmiem tal-perjodu tal-PC. L-IRR fil-mira hija stabbilita mat-tul tal-ħajja tal-proġett ta’ 60 sena. Jekk il-prezzijiet tas-suq wara l-perjodu tal-PC ikunu ferm aktar baxxi milli mistenni, dan ikollu impatt negattiv fuq ir-redditu realizzat fuq l-investiment, u jnaqqas l-IRR għal taħt il-mira [minn 9 sa 11] %.

8.3.3.5.1.2.   Kumpens mill-formula ta’ remunerazzjoni

(449)

Kif imsemmi fil-premessi minn 88 sa 91, il-formula ta’ remunerazzjoni fil-kuntratt tal-PC tikkonsisti f’żewġ termini: it-terminu tas-saldu ex-post u t-terminu tal-iskopertura tas-suq. Din l-istruttura tixbah it-tfassil ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenzi (CfD) (192) u għalhekk għandha effetti simili f’termini ta’ provvista ta’ stabbiltà tad-dħul u limitazzjoni ta’ kumpens żejjed, kif ukoll inċentivi għall-operat- effiċjenti tal-impjant tal-enerġija. F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tivvaluta l-aspetti relatati mal-proporzjonalità (kumpens), filwaqt li fit-taqsima 8.3.3.6.2 tivvaluta l-aspetti relatati mal-inċentivi għall-operat effiċjenti.

(450)

It-terminu tas-saldu ex-post annwali jiżgura l-istabbiltà tad-dħul għall-impjant tal-enerġija, filwaqt li jillimita wkoll il-kumpens. It-terminu tas-saldu jiħħeġġja l-impjant tal-enerġija kontra r-riskju ta’ evoluzzjonijiet inċerti tal-prezzijiet medji tas-suq u, minħabba li huwa kkalkulat għal volum ta’ referenza fiss (soġġett għall-aġġustamenti fil-formula kif deskritt fi (88) u (90)), jipprovdi wkoll ħeġġ kontra r-riskji tal-volum. Minn naħa waħda, it-terminu tas-saldu jiggarantixxi li wara kull sena l-impjant nukleari jirċievi kwalunkwe żieda meħtieġa fuq il-prezzijiet medji tas-suq biex tinkiseb ir-remunerazzjoni fil-mira. B’mod speċifiku, jekk il-medja annwali ex-post tal-prezzijiet tas-suq spot fis-siegħa fis-suq ta’ ġurnata bil-quddiem (jiġifieri l-prezz ta’ referenza) tkun taħt il-Prezz tal-Eżerċitar, l-ammont tas-saldu jagħti r-remunerazzjoni li s-suq ma kisibx. Min-naħa l-oħra, it-terminu tas-saldu jiżgura li jekk il-prezz tas-suq medju annwali ikun aktar minn biżżejjed biex tinkiseb ir-remunerazzjoni fil-mira, l-eċċess (jiġifieri d-differenza bejn il-prezz ta’ referenza u l-Prezz tal-Eżerċitar) jitħallas lura mill-impjant tal-enerġija biex jiġi evitat kumpens żejjed.

(451)

Fir-rigward tal-aġġustamenti fit-terminu tas-saldu ex-post tal-Formula tar-Remunerazzjoni tal-PC kif deskritt fi (88) u (90), l-ewwel aġġustament (meta l-prezz ta’ referenza (p’) ikun ogħla mill-kostijiet varjabbli operazzjonali (c)) jipprovdi sikurezza tad-dħul addizzjonali għall-impjant tal-enerġija f’każ ta’ qtugħ mhux ippjanat matul is-snin bi prezzijiet medji għoljin tas-suq. Imbagħad, il-ħlas lura huwa limitat għad-differenza bejn il-prezz ta’ referenza u l-Prezz tal-Eżerċitar multiplikat bil-kwantità attwali minflok il-kwantità ta’ referenza. It-tieni aġġustament (meta l-prezz ta’ referenza tas-suq (p’) ikun daqs jew inqas mill-kost varjabbli operazzjonali (c)) jintroduċi limitu massimu fuq it-terminu tas-saldu u b’hekk jillimita l-kumpens żejjed. Pereżempju, f’sitwazzjonijiet ta’ prezzijiet tas-suq baxxi ħafna meta l-impjant jiġi inċentivat biex inaqqas l-output b’mod effiċjenti, il-kumpens mit-terminu tas-saldu huwa limitat għad-differenza bejn il-Prezz tal-Eżerċitar u l-kostijiet operazzjonali għall-kwantità ta’ referenza. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li t-terminu tas-saldu ex-post, inklużi l-aġġustamenti, jiżgura li l-impjant tal-enerġija ma jirċevix aktar kumpens milli dak meħtieġ biex tinkiseb ir-remunerazzjoni fil-mira, filwaqt li jipprovdi stabbiltà tad-dħul u inċentivi operazzjonali effiċjenti.

(452)

Barra minn hekk, kif diskuss fit-taqsima 8.3.3.6.2., il-formula tar-remunerazzjoni tas-CfD fil-PC tipprovdi inċentivi effiċjenti għall-impjant tal-enerġija biex timmassimizza l-profitti tiegħu minflok inċentivi biex timmassimizza l-output. Dan l-effett ta’ profittabbiltà jista’ jidher ukoll mill-fatt li l-awtoritajiet Ċeki jistmaw li l-impjant tal-enerġija skont il-formula tar-remunerazzjoni tas-CfD jikseb bħala medja dħul ogħla u kostijiet aktar baxxi milli taħt il-massimizzazzjoni tal-output (ara l-premessa 150). B’konsegwenza ta’ dan, is-sostituzzjoni tal-approċċ tal-PPA fiss bl-approċċ tal-formula tal-PC tirriżulta f’diskrepanza ta’ likwidità aktar baxxa (id-dħul mistenni ogħla u l-kostijiet mistennija aktar baxxi), u b’hekk tnaqqas il-Prezz tal-Eżerċitar u l-ammont tal-għajnuna meħtieġa.

8.3.3.5.1.3.   Mekkaniżmu ta’ kumpens żejjed

(453)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità propost miċ-Ċekja jipprevjeni b’mod suffiċjenti l-kumpens żejjed u qieset li l-fattur tal-kondiviżjoni ta’ 50:50 ma kienx allinjat mad-distribuzzjoni tar-riskji bejn il-benefiċjarju u l-Istat, kif involut mill-miżura nnotifikata inizjalment.

(454)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li, kif spjegat fit-taqsima preċedenti, il-metodu ta’ remunerazzjoni rivedut skont il-kuntratt tal-PC itaffi r-riskju ta’ kumpens żejjed f’sitwazzjonijiet ta’ prezzijiet tas-suq għoljin, peress li l-operatur huwa meħtieġ jirritorna għad-dħul mis-suq tal-SPV li jaqbeż il-Prezz tal-Eżerċitar tal-kuntratt tax-xiri. Huwa rikonoxxut li remunerazzjoni bi prezz fiss għal kull unità ta’ elettriku prodott, kif innotifikat inizjalment miċ-Ċekja, kien ikollha effett simili, filwaqt li kienet tapplika fuq perjodu itwal (jiġifieri t-tul tal-ħajja tal-assi meta mqabbel mad-durata massima ta’ 40 sena tal-PC). Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-riżultati tal-immudellar juru li l-inċentivi operazzjonali effiċjenti mibnija fil-formula riveduta tar-remunerazzjoni tal-PC x’aktarx li jissarrfu fi tnaqqis tal-SP meta mqabbel ma’ kuntratt ta’ ħruġ bi prezz fiss, minħabba kostijiet operatorji aktar baxxi u redditi ogħla mis-suq, u għalhekk f’livelli aktar baxxi ta’ appoġġ matul id-durata tal-PC.

(455)

It-tieni, fir-rigward tal-fattur tal-kondiviżjoni tal-gwadanji, il-Kummissjoni tinnota li ċ-Ċekja żżomm kondiviżjoni ta’ 50:50 matul il-PC, u żżidha bi ftit għal 60:40 għall-vantaġġ tal-benefiċjarju fl-20 sena wara l-iskadenza tal-PC. Iċ-Ċekja tiġġustifika din iż-żieda bil-ħtieġa li tiġi riflessa espożizzjoni ogħla tal-benefiċjarju għar-riskju tal-prezz tas-suq. Il-Kummissjoni taqbel li t-tnaqqis tad-durata tal-PC għal 40 sena iżżid il-profil tar-riskju ġenerali tal-Proġett peress li jintroduċi r-riskju tal-prezz tas-suq matul perjodu konsiderevoli li jkopri terz tat-tul tal-ħajja mistennija tal-assi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-fatturi riveduti tal-kondiviżjoni tal-gwadanji huma allinjati mal-profil tar-riskju ġenerali ogħla tal-Proġett li jirriżulta mill-aġġustamenti tal-miżura 1, b’mod partikolari t-tnaqqis tad-durata tal-appoġġ dirett tal-prezzijiet. Il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità se jiżgura li kwalunkwe żieda għal EDU II tiġi kondiviża mal-Istat filwaqt li fl-istess ħin tħalli biżżejjed inċentivi għal EDU II biex tfittex ir-realizzazzjonijiet ta’ dawk l-aspetti pożittivi, pereżempju permezz ta’ tnaqqis fil-kostijiet.

(456)

Iċ-Ċekja tirrimarka li, anki bl-aġġustament żgħir tiegħu wara l-PC, il-fattur ta’ kondiviżjoni propost jipprovdi kondiviżjoni akbar bejn l-operatur u l-Istat (jiġifieri 50:50 matul il-PC u 60:40 għall-bqija tat-tul tal-ħajja tal-NPP) meta mqabbel ma’ investiment nukleari preċedenti f’Hinkley Point C (HPC), fejn il-Kummissjoni vvalutat bħala proporzjonat il-fattur ta’ kondiviżjoni inizjali ta’ 70:30, li kien applikabbli minn IRR ta’ proġett ogħla meta mqabbel ma’ dan il-każ. Il-Kummissjoni tinnota li l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità f’HPC kien fil-fatt ibbażat fuq żewġ limiti, fejn il-fatturi tal-kondiviżjoni bejn il-benefiċjarju u l-Istat jinbidlu minn 70:30 għal 40:60, meta l-IRR tal-ekwità realizzata tkun ogħla mit-tieni limitu (ogħla). Għalhekk, il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità ta’ HPC, fiċ-ċirkostanzi kollha possibbli, ma jipprevedix fattur ta’ kondiviżjoni inqas favorevoli għall-Istat meta mqabbel mal-Proġett. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti ta’ HPC mhuwiex neċessarjament parametru referenzjarju tajjeb għall-valutazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens żejjed propost tal-Proġett, peress li hemm differenzi sinifikanti bejn il-proġetti fir-rigward tal-profili tar-riskju tagħhom, iċ-ċirkostanzi tas-suq, u l-pakketti ta’ appoġġ.

(457)

It-tielet, l-awtoritajiet Ċeki rreferew ukoll għall-għażla kompetittiva tal-offerta tal-EPC li, fil-fehma tagħhom, tinkorpora mekkaniżmu bbażat fuq is-suq, li jneħħi kontinġenzi potenzjali mhux dovuti fis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kost tal-investiment tal-Mudell Finanzjarju. Il-Kummissjoni taqbel li t-twettiq ta’ proċess kompetittiv għall-għażla tal-kuntrattur tal-KPE fejn fornituri potenzjali joffru kontra xulxin biex jirbħu l-kuntratt x’aktarx li jipprovdi aktar valur għall-flus meta mqabbel, pereżempju ma’ għoti dirett (jiġifieri mingħajr kompetizzjoni) tal-kuntratt tal-EPC. Għalhekk, minħabba li l-kostijiet tal-investiment użati fil-Mudell Finanzjarju biex jiġi kkalibrat il-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC huma ddeterminati fi proċess kompetittiv ta’ sejħiet għall-offerti, dawn jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskji ta’ kumpens żejjed.

(458)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-qligħ mill-SPV li jirriżulta mill-aġġustamenti tal-kumpens żejjed se jieħu l-forma ta’ pagament ta’ ammont f’daqqa mill-benefiċjarju lill-SPV jew se jwassal għat-tnaqqis fl-SP tal-PC, u għalhekk se jnaqqas il-livell tal-appoġġ li għandu jiġi pprovdut mill-Istat matul il-perjodu kollu tal-operat tal-impjant.

(459)

Fid-dawl tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kumpens żejjed inkorporati fil-formula tar-remunerazzjoni tal-PC u l-mekkaniżmu rivedut tal-kondiviżjoni tal-profitti tal-ekwità huma xierqa u allinjati mad-distribuzzjoni tar-riskji bejn il-benefiċjarju u l-Istat.

8.3.3.5.2.   Is-suppożizzjonijiet inizjali u l-analiżi tax-xenarji fil-mudell finanzjarju

(460)

L-awtoritajiet Ċeki pprovdew għadd ta’ suppożizzjonijiet dwar parametri li għadhom mhux magħrufa iżda li għandhom impatt konsiderevoli fuq il-Prezz tal-Eżerċitar. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-aspettattivi tal-prezzijiet tas-suq, id-disponibbiltà tal-impjant, il-kostijiet tal-kostruzzjoni, il-kostijiet operatorji u l-kostijiet tad-dekummissjonar u l-kost kapitali.

(461)

Dawk is-suppożizzjonijiet jintużaw bħala inputs fil-mudell finanzjarju, biex jiġi kkalkulat il-Prezz tal-Eżertċitar mistenni bħalissa (ara t-taqsima 3.6.2), bl-għan li tintlaħaq l-IRR tal-ekwità [minn 9 sa 11] % tul il-ħajja operattiva tal-Proġett. Għalhekk, il-Prezz tal-Eżerċitar huwa output tal-mudell finanzjarju u se jiġi kkalkulat kif xieraq.

(462)

Ċerti suppożizzjonijiet għandhom ukoll impatt dirett fuq l-IRR tal-ekwità mistennija. Filwaqt li ġeneralment il-mudell għandu l-għan li jwassal għall-IRR tal-ekwità fil-mira [minn 9 sa 11] %, modifiki għall-parametri tal-input li għadhom mhux magħrufa jistgħu jirriżultaw f’devjazzjonijiet minn din l-IRR tal-ekwità fil-mira. Bħala eżempju:

(a)

Jekk id-disponibbiltà teknika taqa’ taħt id-disponibbiltà fil-mira ta’ [70-100] %, u b’hekk tipprevjeni lill-impjant milli jipproduċi f’perjodi fejn il-kost c ikun taħt il-prezz tas-suq p, dan jirriżulta f’redditi aktar baxxi; meta dan iseħħ minħabba raġunijiet mhux leġittimi, dan jirriżulta fi tnaqqis fl-IRR tal-ekwità;

(b)

Jekk il-prezzijiet tas-suq p ikunu għal sehem kbir tat-tul tal-ħajja tal-Proġett taħt il-kostijiet operatorji c, l-impjant tal-enerġija ma jitħaddimx. F’dan il-każ, it-tieni parti tal-formula tar-remunerazzjoni tillimita l-kumpens, u tnaqqas l-IRR tal-ekwità għal-livell mistenni ta’ […] %;

(c)

Jekk, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet tas-suq wara t-tmiem tal-perjodu tal-PC kellhom ikunu ogħla b’mod sinifikanti milli mistenni fil-każ bażi, dan jirriżulta f’redditi li jaqbżu l-IRR tal-ekwità fil-mira [minn 9 sa 11] %. F’din is-sitwazzjoni, japplika l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti, li jħalli 60 % ta’ dawk ir-redditi eċċessivi lil EDU II u jirritorna 40 % lill-Istat.

(463)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, suppożizzjonijiet kredibbli inkluż dwar il-prezzijiet tas-suq futuri, il-kostijiet tal-kostruzzjoni, il-kostijiet operatorji, id-disponibbiltà tal-impjant, il-kostijiet tad-dekummissjonar u parametri rilevanti oħra bħan-nefqa kapitali u l-finanzjament tal-proġett huma ta’ rilevanza kbira biex jiġi żgurat redditu proporzjonat għall-Proġett. Madankollu, għall-proġetti ġodda ta’ impjant tal-enerġija nukleari ħafna minn dawk is-suppożizzjonijiet huma soġġetti għal inċertezza konsiderevoli. F’diversi proġetti Ewropej fil-passat reċenti, is-suppożizzjonijiet dwar il-kostijiet tal-kostruzzjoni tal-NPP tal-ġenerazzjoni III+ ma kinux affidabbli ripetutament. L-istimi tal-kostijiet tul ħajja operattiva ta’ 60 sena huma ta’ sfida. L-istess japplika għall-previżjonijiet tal-prezzijiet tas-suq li jaslu fi tmiem is-seklu. F’dan l-isfond, l-awtoritajiet Ċeki jeħtieġ li mhux biss jiżguraw li s-suppożizzjonijiet sottostanti għall-att tal-għoti inizjali jkunu kredibbli, iżda wkoll li fejn ikunu meħtieġa aġġornamenti għal dawk il-parametri, dawn jitwettqu b’mod prevedibbli, trasparenti, oġġettiv u verifikabbli.

(464)

L-awtoritajiet Ċeki pprovdew suppożizzjonijiet dwar id-diversi parametri tal-input tad-dħul u tal-kostijiet għall-mudell finanzjarju, kif stabbilit fit-taqsima 3.6.6.

(465)

Fir-rigward tal-istimi tal-prezzijiet tas-suq, jenħtieġ li jiġi nnotat li ma hemm l-ebda prezz tas-suq bil-quddiem disponibbli għall-perjodi li jestendu biżżejjed fil-futur biex ikopru l-perjodu ta’ wara l-PC. Filwaqt li matul il-perjodu tal-PC, id-devjazzjonijiet mit-tbassir tal-prezz tas-suq huma fil-biċċa l-kbira kkumpensati fl-effett tagħhom mill-effetti tal-PC, li jipproteġi lil EDU II minn devjazzjonijiet fil-prezzijiet medji, l-istess ma jistax jingħad għall-futur ta’ wara l-PC. Iċ-Ċekja qagħdet fuq is-suppożizzjonijiet kummerċjali ta’ ČEZ għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet medji annwali tas-suq tal-elettriku fir-Repubblika Ċeka bejn l-2035 u l-2050. Għall-perjodu 2051-2096, li jinkludi l-perjodu ta’ wara l-PC, biex tiġi koperta t-tul tal-ħajja operattiva kollha mistennija tal-impjant, l-awtoritajiet Ċeki jassumu li l-prezzijiet tas-suq jonqsu gradwalment b’rata kostanti ta’ […] % fis-sena, biex tiġi riflessa l-aspettattiva fejn il-prezzijiet tas-suq f’terminu twil ikollhom it-tendenza li jonqsu minħabba ż-żieda fir-RES (renewable energy resources) fis-sistema. Mingħajr aġġustamenti tal-inflazzjoni, is-suppożizzjoni tal-prezz tas-suq ċentrali tibda minn EUR […] għal kull MWh fl-2036, u tonqos għal EUR […] għal kull MWh sal-2050, u gradwalment tonqos għal EUR […] għal kull MWh fl-2076, u EUR […] għal kull MWh fl-2096.

(466)

Il-Kummissjoni ma tistax tbassar b’ċertezza jekk dawn il-prezzijiet tabilħaqq humiex se jiġu realizzati fis-suq. Fil-valutazzjoni tal-impatt tal-2016 li takkumpanja r-Regolament (UE) 2019/943 dwar l-Elettriku riformulat, ġie ddikjarat li “fl-2050 is-sehem tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES E, electricity from renewable energy sources) huwa pproġettat li joqrob lejn is-60 %. F’dan il-każ, il-firxa bejn il-prezzijiet tat-tagħbija bażi u tat-tagħbija massima tiżdied b’mod sinifikanti, prinċipalment minħabba l-prezzijiet aktar baxxi tat-tagħbija bażi meta mqabbla mal-perjodi preċedenti. Il-prezzijiet medji tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem, pero, jibqgħu għoljin tul il-perjodu ta’ projezzjoni, peress li l-ġenerazzjoni termali għadha mistennija li tkun marġinali (u b’hekk jiġi stabbilit il-prezz tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem) matul il-biċċa l-kbira tas-sigħat tas-sena.” (193) Skont dawn is-suppożizzjonijiet, il-mudell fil-valutazzjoni tal-impatt bassar li l-prezzijiet medji tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem fl-UE żdiedu minn 74 EUR/MWh fl-2020 għal 118 EUR/MWh fl-2035, u wara dan jibqgħu relattivament fissi, b’122 EUR/MWh fl-2050. Abbażi tal-valutazzjoni tal-2016, it-tbassir tat-tnaqqis bil-mod fil-prezzijiet mill-2036 għalhekk ma jkunx allinjat mal-istudji mwettqa mill-Kummissjoni.

(467)

Madankollu, l-ambizzjoni rigward is-sehem tal-enerġiji rinnovabbli minn dak iż-żmien ’l hawn żdiedet b’mod sinifikanti. Id-Direttiva dwar l-enerġiji rinnovabbli adottata fl-2018 u għalhekk ippreparata b’mod parallel mal-valutazzjoni tal-impatt imsemmija hawn fuq ipprevediet mira tal-enerġiji rinnovabbli ta’ 30 % fil-konsum finali tal-enerġija sal-2030. Id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli, adottata fl-2023, iżżid il-mira vinkolanti tal-UE għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 għal minimu ta’ 42,5 %, bil-ħsieb li jinkiseb 45 %. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima (194) tistabbilixxi li l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu bbilanċjati fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, u b’hekk l-emissjonijiet netti jitnaqqsu għal żero sa dik id-data, u li l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tikseb emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem. Din iż-żieda fl-ambizzjoni fil-ġenerazzjoni rinnovabbli, li hija l-aktar il-ġenerazzjoni b’kost marġinali baxx, u l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tfisser li s-suppożizzjoni sottostanti għall-valutazzjoni tal-2016 li “l-ġenerazzjoni termali għadha mistennija li tkun marġinali (u b’hekk tistabbilixxi l-prezz tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem) matul il-biċċa l-kbira tas-sigħat tas-sena” ma tistax titqies bħala fatt diġà għall-orizzont 2050. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-ġenerazzjoni ta’ kost marġinali għoli għad għandha rwol importanti (pereżempju bl-użu tat-teknoloġija tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju, jew il-konsum ta’ fjuwil b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju bħall-idroġenu), xenarji oħra jistgħu jipprevedu b’mod plawżibbli sehem għoli ta’ sigħat b’kost marġinali baxx ħafna. Tabilħaqq, din hija xi ħaġa li diġà tista’ tidher għal perjodi qosra ta’ żmien f’partijiet mis-suq tal-elettriku tal-Unjoni. (195) Jekk bħalissa dan diġà huwa l-każ b’mod eċċezzjonali, f’perjodi bi produzzjoni għolja ta’ enerġija rinnovabbli u domanda baxxa, dan jista’ jitqies bħala wieħed minn diversi xenarji plawżibbli għall-perjodu taż-żmien ta’ wara t-tmiem tal-PC, li jibda fl-2078. Madankollu, l-awtoritajiet Ċeki ma argumentawx li bħala medja l-prezzijiet tal-elettriku huma qrib iż-żero wara t-tmiem tal-PC. Minflok, huma jassumu li l-prezzijiet medji jonqsu bil-mod (196), u jilħqu medja ta’ […]EUR/MWh fl-2096.

(468)

Biex juru l-impatt tas-suppożizzjonijiet differenti tal-prezzijiet fuq il-mudell, l-awtoritajiet Ċeki ppreżentaw analiżijiet tas-sensittività tal-prezzijiet fil-mudell finanzjarju, bl-għajnuna ta’ xenarji ulterjuri li jassumu aspettattivi kostanti annwali tal-prezz medju tas-suq li jvarjaw minn EUR –10 għal kull MWh għal EUR 150 għal kull MWh. Fix-xenarji bil-prezzijiet tas-suq ta’ EUR –10 għal kull MWh, EUR 10 għal kull MWh u EUR 20 għal kull MWh, huma jistennew li l-impjant jingħalaq wara li jiskadi l-PC, peress li d-dħul ikun inqas mill-kostijiet operazzjonali. F’din is-sitwazzjoni, ma hemm l-ebda riskju ta’ kumpens żejjed. Jekk, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet tal-elettriku kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dawk preżunti, dan jirriżulta f’żieda fl-IRR. Madankollu, jekk l-IRR jiżdied aktar mir-rata fil-mira [minn 9 sa 11] %, jiġi applikat mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti, li permezz tiegħu l-Istat jirkupra 40 % tar-redditi addizzjonali minn EDU II. B’konsegwenza ta’ dan, jekk il-prezzijiet tal-elettriku tul il-ħajja tal-impjant ikunu ta’ EUR 150/MWh, l-IRR tal-ekwità tul il-ħajja tal-Proġett ikun ta’ […] % qabel l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tal-profitti, u ta’ […] % wara l-kondiviżjoni tal-profitt. Dan jiżgura li anki f’każ ta’ prezzijiet tal-elettriku ogħla b’mod sinifikanti milli mistenni, kwalunkwe riskju ta’ kumpens żejjed huwa limitat.

(469)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, is-suppożizzjonijiet dwar il-prezzijiet tal-elettriku huma għalhekk plawżibbli u l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti għal kwalunkwe dħul eċċessiv minn prezzijiet ogħla tal-elettriku b’mod partikolari wara l-perjodu tal-PC tiżgura l-proporzjonalità f’dan ir-rigward.

(470)

Suppożizzjonijiet ewlenin oħra (b’mod partikolari dwar il-kost tal-kostruzzjoni u d-disponibbiltà) huma bbażati fuq l-esperjenzi fi proġetti oħra u d-deskrizzjonijiet tal-kapaċità teknika mill-fornituri tat-teknoloġija. Jekk is-suppożizzjonijiet użati fil-każ bażi jirriżultaw ottimisti żżejjed, dan jista’ jew jirriżulta f’IRR stabbli (f’każ li ż-żidiet fil-kostijiet ikunu bbażati fuq raġunijiet leġittimi, u b’hekk ma jkollhomx impatt fuq l-IRR) jew fi tnaqqis fl-IRR. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta dwar l-esperjenzi fi proġetti nukleari reċenti oħra, l-awtoritajiet Ċeki pprovdew raġunijiet suffiċjenti biex jitqies li tnaqqis sinifikanti fil-kostijiet ikun improbabbli. Anki f’dak il-każ, jekk tali tnaqqis fil-kostijiet kellu jirriżulta f’żieda fl-IRR, dan ikun limitat mill-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti. Filwaqt li hemm riskju sinifikanti ta’ żidiet fil-kostijiet lil hinn mis-suppożizzjonijiet fil-każ ta’ bażi, dan ma jirriżultax f’kumpens żejjed.

(471)

Fir-rigward tal-kostijiet tal-finanzjament, it-tbassir huwa ħafna aktar affidabbli milli fuq l-elementi tekniċi. Dan huwa bbażat fuq il-kostijiet tal-finanzjament definit b’mod ċar taħt l-RFA. Is-suppożizzjonijiet dwar ir-rifinanzjament privat jista’ jkollhom impatt żgħir fuq l-IRR iżda huma bbażati fuq żidiet mar-rata tal-RFA. Fuq din il-bażi, is-suppożizzjonijiet tal-kostijiet tal-finanzjament huma plawżibbli biżżejjed.

(472)

Il-Mudell Finanzjarju, kif deskritt fit-taqsima 3.6.2, jintuża biex jiġi kkalkulat il-Prezz tal-Eżerċitar meħtieġ biex jintlaħaq IRR tal-ekwità [minn 9 sa 11] % tul il-ħajja operattiva tal-Proġett. Fil-każ inizjali (jew ta’ bażi), il-Mudell Finanzjarju juża bħala inputs diversi suppożizzjonijiet, li ħafna minnhom jiġu aġġornati wara l-konklużjoni tal-kuntratt tal-EPC. Kif deskritt hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li dawn is-suppożizzjonijiet inizjali huma plawżibbli. Il-proċess ta’ aġġornament jiddependi fuq il-lista tal-parametri pprovduta fl-Anness. Din il-lista eżawrjenti tistabbilixxi liema parametri jistgħu jiġu aġġornati u jirriżultaw f’aġġustament (kemm ’il fuq jew ’l isfel) tal-Prezz tal-Eżerċitar biex jinżamm l-IRR tal-ekwità fil-mira. Għalhekk, il-proċess tal-aġġornament huwa trasparenti u prevedibbli biżżejjed.

(473)

Il-Kummissjoni vvalutat il-funzjonalità tal-Mudell Finanzjarju u tqis li huwa xieraq li jiġi kkalkulat il-Prezz tal-Eżerċitar minimu meħtieġ biex jinkiseb ir-redditu fil-mira, bl-użu ta’ diversi varjabbli tal-input. Il-Kummissjoni vverifikat li l-Mudell Finanzjarju jqis is-suppożizzjonijiet inizjali, inkluża l-funzjonalità tas-segwitu tat-tagħbija kif deskritta fil-premessa 149, biex jiġi stmat Prezz tal-Eżerċitar inizjali ta’ EUR [minn 65 sa 80], li jilħaq ir-redditu fil-mira [minn 9 sa 11] %.

(474)

Il-Kummissjoni vverifikat ukoll li l-Mudell Finanzjarju jista’ jqis medda ta’ suppożizzjonijiet (xenarji) għall-varjabbli tal-input u li l-IRR tal-ekwità stmata mill-Mudell Finanzjarju tirreaġixxi kif xieraq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni vverifikat li l-Mudell Finanzjarju jista’ jintuża biex isolvi l-Prezz tal-Eżerċitar meħtieġ biex jinkiseb ir-redditu fil-mira f’dawn ix-xenarji differenti.

(475)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-mudell finanzjarju tal-Proġett inkluż il-funzjonament u s-suppożizzjonijiet sottostanti tiegħu huma għalhekk plawżibbli u xierqa biex jiżguraw ir-redditu fil-mira propost għall-Proġett.

8.3.3.5.3.   Valutazzjoni komparattiva tar-rata ta’ redditu

8.3.3.5.3.1.   Introduzzjoni

(476)

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tiddiskuti l-valutazzjoni tagħha tar-rata ta’ redditu (RoE, rate of return) tal-investiment ta’ EDU II. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat u jiġi evitat kumpens żejjed, il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat trid tiżgura r-rata minima ta’ redditu għall-benefiċjarju biex iwettaq l-investiment ta’ EDU II. Fi kliem ieħor, ir-rata minima li tagħlaq id-diskrepanza fil-finanzjament tal-Proġett. Id-diskrepanza fil-finanzjament hija definita bħala d-differenza bejn il-Valur Preżenti Nett (VPN) tax-xenarju fattwali u tax-xenarju kontrofattwali u fl-istess ħin huwa l-ammont minimu ta’ għajnuna mill-Istat meħtieġ biex il-miżura jkollha effett ta’ inċentiv fuq id-ditta u l-ammont massimu ta’ għajnuna mill-Istat proporzjonat biex jiskatta l-investiment.

(477)

Il-kunċett tad-diskrepanza fil-finanzjament għandu għeruq fondi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ordinarji tan-negozju. Meta l-kumpaniji li jimmassimizzaw il-profitt jiddeċiedu dwar jekk iwettqux proġett, huma jivvalutaw il-valur iġġenerat mill-proġett inkwistjoni kontra korsijiet ta’ azzjoni alternattivi u jagħżlu dik bl-ogħla redditu mistenni. Għalhekk, biex il-kumpaniji jkunu lesti li jwettqu proġett li mhuwiex dak bl-ogħla redditu mistenni, jista’ jkollhom bżonn jiġu inċentivati permezz ta’ għajnuna mill-Istat li tkopri d-diskrepanza fil-finanzjament.

(478)

F’dan il-każ, ix-xenarju fattwali jikkonsisti f’investiment fil-proġett EDU II, filwaqt li x-xenarju kontrofattwali jikkonsisti fin-nuqqas ta’ investiment. Il-Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja jipprovdi l-valur mistenni tal-proġett EDU II fid-data tal-valutazzjoni, il-31 ta’ Diċembru 2023, billi jiskonta l-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi li l-Proġett huwa mistenni li jiġġenera tul il-ħajja tiegħu. Il-Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja għax-xenarju fattwali (jiġifieri l-investiment f’EDU II) juri li l-Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat proposti jirriżultaw f’VPN tax-xenarju fattwali ugwali għal żero u tali miżuri ta’ għajnuna mill-Istat huma dimensjonati għal dak l-għan (jiġifieri, l-SP tal-kuntratt tax-xiri jiġi kkalkolat sabiex il-VPN tal-Proġett, inkluża l-għajnuna, ikun żero). F’dan il-każ, ix-xenarju kontrofattwali jikkonsisti fin-nuqqas ta’ investiment (jiġifieri VPN tal-investiment kontrofattwali ta’ żero). Il-fatt li l-VPN tax-xenarju fattwali li jinkludi l-għajnuna mill-Istat proposta u l-VPN tax-xenarju kontrofattwali huma l-istess ifisser li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat proposti jagħlqu d-diskrepanza fil-finanzjament, filwaqt li jinċentivaw l-investiment ta’ EDU II mingħajr ma jiġġeneraw ebda kumpens żejjed. (197)

(479)

VPN żero tax-xenarju fattwali (fl-investiment ta’ EDU II miksub bl-inklużjoni tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat) jimplika li d-WACC tal-proġett, jew il-kost tal-kapital, u r-Rata ta’ Redditu Interna (l-IRR tal-proġett) tal-proġett, jew ir-redditu tal-proġett, huma l-istess. Id-WACC hija l-medja ponderata tal-kost tal-ekwità (CoE, cost of equity) u tal-kost tad-dejn (CoD, cost of debt), kif diskuss fit-taqsima 3.6.5. Għalhekk, ir-rata ta’ redditu tal-proġett tqis l-istruttura kapitali kollha li tintuża biex tiffinanzja l-proġett, jiġifieri l-ekwità pprovduta mill-azzjonisti u d-dejn ipprovdut mis-selliefa.

(480)

Fil-każ ta’ EDU II, il-Kummissjoni ffukat fuq il-valutazzjoni tar-RoE fil-mira. Dan għaliex, f’dan il-każ, l-ekwità hija pprovduta minn ČEZ, filwaqt li d-dejn huwa pprovdut mill-Istat (l-RFA) b’rata tal-imgħax issussidjata (ara t-taqsima 3.7). Id-dejn, jew is-self, b’rata ssussidjata u l-kuntratt għad-differenza, permezz tal-Prezz tal-Eżerċitar, huma l-miżuri li jnaqqsu d-diskrepanza fil-finanzjament tal-proġett EDU II. Għalhekk, l-istabbiliment tal-proporzjonalità tas-CoE jiżgura l-proporzjonalità tal-għajnuna totali mill-Istat.

(481)

Imbagħad l-istima tas-CoE għandha l-għan li tivvaluta jekk ir-redditu tal-azzjonisti huwiex proporzjonat. Minħabba s-CoD tal-RFA, ladarba l-RoE fil-mira tinstab li hija proporzjonata, il-Prezz tal-Eżerċitar tal-kuntratt għad-differenzi jiġi kkalibrat sabiex l-għajnuna totali mill-Istat tagħlaq id-diskrepanza fil-finanzjament, jiġifieri tipproduċi VPN żero għax-xenarju fattwali. (198) Fi kliem ieħor, il-proporzjonalità tal-għajnuna mill-Istat hija żgurata permezz tal-kalibrazzjoni tal-Prezz tal-Eżerċitar, minħabba s-CoD issussidjat u r-RoE proporzjonat. Għal dawn ir-raġunijiet, fil-bqija ta’ din it-taqsima, il-Kummissjoni tiffoka fuq il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tar-RoE fil-mira.

8.3.3.5.3.2.   Valutazzjoni

8.3.3.5.3.2.1.   Primjum tar-Riskju Eieni Awtonomu

(482)

Fid-deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità tal-mira proposta taċ-Ċekja RoE u b’mod partikolari dwar il-ħtieġa li jiġi inkluż primjum tar-riskju ewlieni awtonomu (“SMRP”, standalone major risk premium) minn 3 sa 3,5 % fuq ir-redditu bażi. (199)

(483)

Fir-rigward tal-SMRP, iċ-Ċekja argumentat li l-NPPs għandhom ċerti karatteristiċi u riskji uniċi meta mqabbla ma’ proġetti oħra tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati permezz tal-inklużjoni ta’ SMRP fir-RoE derivat mis-CAPM. L-istima taċ-Ċekja ta’ 3-3,5 % tkun ħasbet għal dawn ir-riskji li ma jinqabdux mill-istimi tal-beta ta’ utilitajiet tal-enerġija diversifikati involuti f’forom aktar tradizzjonali ta’ ġenerazzjoni u kumpaniji tan-network regolat. (200)

(484)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni ddubitat il-ħtieġa tal-SMRP minħabba t-tliet miżuri ta’ għajnuna li ġew proposti biex jiġu indirizzati r-riskji assoċjati mal-NPPs. Il-Kummissjoni argumentat li r-riskji mġarrba mill-investitur wara li kkunsidrat il-protezzjoni pprovduta permezz tal-PC, l-RFA u l-VIA huma riflessi fir-RoE derivata mis-CAPM u għalhekk kellha d-dubji dwar il-ħtieġa għal primjum tar-riskju addizzjonali. (201)

(485)

Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, fil-25 ta’ Settembru 2023, iċ-Ċekja ppreżentat dokument bl-għan li jappoġġa l-inklużjoni ta’ SRMP. (202) Il-Kummissjoni tinnota li r-referenzi tal-letteratura pprovduti miċ-Ċekja f’din is-sottomissjoni (203) ma jappoġġawx l-inklużjoni ta’ xi primjum bħal dan meta jkun previst intervent mill-Istat. Dan għaliex l-Għajnuna mill-Istat tneħħi l-ħtieġa għal remunerazzjoni ogħla, billi tneħħi mill-inqas parti mir-riskji li kieku jkunu partikolari għall-proġetti ta’ investiment nukleari. Barra minn hekk, l-ebda SMRP ma ġie kkunsidrat la f’Hinkley Point C, u lanqas f’Paks II. (204) Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żieda tal-SMRP mal-medda stmata tas-CoE ma tkunx proporzjonata f’dan il-każ.

(486)

Matul l-investigazzjoni, l-awtoritajiet Ċeki qablu li l-ebda SMRP mhu se jitqies fil-kalkolu tas-CoE. B’hekk id-dubju imqajjem fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ dwar l-inklużjoni ta’ SMRP huwa indirizzat.

8.3.3.5.3.2.2.   Rata ta’ redditu fuq l-ekwità fil-mira

(487)

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-RoE fil-mira [minn 9 sa 11] % hijiex proporzjonata. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni tqabbel il-mira taċ-Ċekja RoE ma’ medda tas-CoE bbażata fuq is-suq. Ir-RoE fil-mira ogħla mill-medda tfisser redditu sproporzjonatament għoli, ir-RoE fil-mira aktar baxx mill-medda tfisser redditu sproporzjonalment baxx (jiġifieri redditu li investitur tas-suq ma jaċċettax).

(488)

Biex tistma din il-medda tas-CoE bbażata fuq is-suq, il-Kummissjoni ssegwi l-approċċ standard tas-CAPM (205) li jwassal għal CoE teoretiku, jew medda ta’ CoE, billi tistma kull wieħed mill-komponenti tagħha abbażi tad-data tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tasal għall-analiżi tagħha billi tqabbel il-medda derivata tas-CoE ma’ dik tal-industriji li huma komparabbli mal-industrija nukleari u, b’hekk, ma’ EDU II.

(489)

Ladarba tiġi stmata l-medda tas-CoE, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni tagħha dwar il-proporzjonalità tar-RoE fil-mira. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tivvaluta kif ir-RoE fil-mira tinbidel f’każ ta’ bidliet fil-kostijiet u fl-iskeda ta’ żmien.

8.3.3.5.3.3.   Stima tas-CoE

(490)

F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tistma l-linja bażi tal-CoE tagħha stess, kif ukoll il-firxa taS-CoE. Il-medda tal-CoE hija stabbilita billi jiġi identifikat xenarju “baxx” u xenarju “għoli”. Għal kull wieħed mill-parametri tas-CoE, il-Kummissjoni tispjega r-raġunijiet għaliex aċċettat jew tirribatti s-suppożizzjonijiet taċ-Ċekja u tipprovdi parametri referenzjarji bbażati fuq l-aktar sorsi aċċettati b’mod mifrux.

(491)

Il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni għall-istima tas-CoE tiddependi fuq il-formula standard tal-CAPM, użata wkoll miċ-Ċekja u deskritta fit-taqsima 3.6.5.1. Il-Kummissjoni stmat il-parametri tas-CoE kif spjegat hawn taħt.

(492)

Għall-RfR, il-Kummissjoni tosserva li ċ-Ċekja stmat il-medda tagħha, billi bbażat fuq medji ta’ sentejn u ta’ 20 sena ta’ bonds tal-Gvern tal-Euro ta’ 30 sena, bonds tal-Gvern Ġermaniż ta’ 30 sena, u bonds korporattivi Ewropej AAA ta’ minn 10 snin ’il fuq, u mbagħad żiedet primjum biex dawn il-medji jiġu msarrfa f’medda ta’ RfR għar-Repubblika Ċeka. (206) Il-Kummissjoni tqis li huwa aktar xieraq li l-bonds korporattivi ma jitqisux bħala indikaturi għall-RFR, minħabba li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala ħielsa mir-riskju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li huwa aktar xieraq li tħares lejn data kontemporanja ta’ 6 xhur u ta’ 12-il xahar, għall-kuntrarju ta’ data ta’ sentejn jew ta’ 20 sena. (207) Għalhekk, il-Kummissjoni tistma l-RfR billi tieħu medja tar-rendiment tal-Bonds tal-Gvern tal-Ġermanja u taż-żona tal-Euro AAA ta’ 30 sena matul il-perjodu ta’ 6 xhur li jibda f’Lulju 2023 u l-perjodu ta’ 12-il xahar li jibda f’Jannar 2023. Dawn il-medji huma ugwali għal 2,72 % u 2,55 %, rispettivament. (208) Filwaqt li żżid il-primjum tar-riskju ta’ 0,6 % (209) ma’ dawn l-RfRs, il-Kummissjoni tikseb medda ta’ RfR aġġustata ta’ 3,09 % –3,26 %. Għall-konservattività, il-Kummissjoni tadotta s-suppożizzjoni ta’ 2,3 % taċ-Ċekja fix-xenarju baxx tagħha, is-suppożizzjoni ta’ 2,72 % fix-xenarju bażi tagħha u s-suppożizzjoni ta’ 3,26 % fix-xenarju għoli tagħha. Għalhekk, il-medda tal-RfR tal-Kummissjoni hija ta’ 2,30 %–3,26 %, għall-kuntrarju ta’ dik taċ-Ċekja [minn 2 sa 5] %.

(493)

Għall-primjum tar-riskju tas-suq, iċ-Ċekja tassumi medda [bejn 5 u 7] %, abbażi tad-data ta’ Damodaran u Fernandez, kif diskuss fit-taqsima 3.6.5.1. Dawn il-bażijiet tad-data huma rikonoxxuti b’mod wiesa’ u affidabbli fid-dinja tal-finanzi u tan-negozju. Il-Kummissjoni ssib li dawn is-sorsi huma affidabbli u fix-xenarju baxx tagħha tassumi l-medja tad-data ta’ Damodaran (5,6 % (210)) u fix-xenarju għoli tagħha ċ-ċifra konservattiva taċ-Ċekja ta’ 6,3 %. (211) Fix-xenarju bażi tagħha, il-Kummissjoni tuża ċ-ċifra konservattiva ta’ 6,1 %, li huwa l-medja aritmetika sempliċi tad-data ta’ Damodaran u Fernandez. (212)

(494)

Għall-beta mhux ingranat, il-Kummissjoni vvalutat il-metodoloġija mressqa miċ-Ċekja, li hija bbażata fuq medja ponderata tal-pari betas u tirriżulta f’beta ta’ […]. (213) Il-Kummissjoni sabet li din il-metodoloġija hija konformi ma’ metodoloġiji rikonoxxuti b’mod wiesa’. (214) Il-Kummissjoni ssib li din iċ-ċifra hija konservattiva jekk titqabbel mal-informazzjoni tal-industrija pprovduta minn Damodaran, li tistma beta mhux ingranat medju ta’ 0,54 għal kampjun ta’ kumpaniji tal-enerġija. (215) Il-Kummissjoni tassumi l-beta taċ-Ċekja ta’ 0,54 fix-xenarju l-għoli tagħha. Madankollu, għall-konservattività, il-Kummissjoni tassumi beta ta’ 0,51, għall-kuntrarju ta’ […] taċ-Ċekja, fix-xenarju bażi tagħha u fix-xenarju baxx tagħha. (216) Dan il-beta huwa r-riżultat ta’ valutazzjoni konservattiva abbażi tad-data pprovduta miċ-Ċekja (217) , (218) Jenħtieġ li jiġi nnotat li għall-konservattività, il-Kummissjoni tadotta l-approċċ standard ta’ Hamada (219) għall-istima beta ingranat, għall-kuntrarju tal-approċċ ta’ Harris-Pringle (220) li tibbaża fuqu ċ-Ċekja.

(495)

Għall-ingranaġġ, iċ-Ċekja assumiet ċifra ta’ […] %. (221) Il-Kummissjoni tinnota li […] % huwa l-ingranaġġ fil-mira tal-proġett, (222) kif ukoll l-ingranaġġ medju tal-proġett tul il-ħajja tiegħu. (223) Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li ingranaġġ ta’ […] % jinsab fost l-ingranaġġ tal-pari tal-proġett fl-aħħar sena finanzjarja sħiħa disponibbli, (224) kif ukoll huwa sostanzjalment aktar konservattiv mill-ingranaġġ ta’ 98 % abbażi tal-istruttura kapitali tal-proġett. (225) Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ingranaġġ ta’ […] % huwa ġeneralment konformi mal-informazzjoni tal-industrija pprovduta minn Damodaran, li jistma ingranaġġ medju ta’ 61,2 % għall-kampjun ta’ kumpaniji tal-enerġija. (226) Għalhekk, il-Kummissjoni tassumi ingranaġġ ta’ […] % fit-tliet xenarji tagħha.

8.3.3.5.3.3.1.   Konklużjoni

(496)

Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-CoE huma murija Table 10 hawn taħt. It-tabella turi tliet xenarji tas-CoE, li huma r-riżultat ta’ tliet settijiet ta’ suppożizzjonijiet: xenarju “Baxx”, “Linja bażi”, u xenarju “Għoli”.

Tabella 10

Konklużjonijiet tas-CoE

Xenarji

Baxx

Linja bażi (227)

Għoli (228)

Rata mingħajr riskju

2,3 %

2,7 %

3,3 %

Primjum tar-riskju tal-ekwità

5,6 %

6,1 %

6,3 %

Beta (mhux ingranat)

0,51

0,51

0,54

Ingranaġġ (D/(D+E))

[…] %

[…] %

[…] %

CoE

[…] %

[…] %

[…] %

Medda tal-CoE punt nofsani

[…] %

Sors:

Analiżi tal-Kummissjoni

(497)

Il-parametri tal-CoE murija Table 10 f’medda tas-CoE minn […] % sa […] % u valur medju ta’ […] %, bix-xenarju bażi jassumi valur ta’ […] %. Ir-RoE fil-mira [minn 9 sa 11] % hija f’din il-medda u hija inqas mill-medja tat-tliet xenarji. Jenħtieġ li jiġi nnotat li dawn iċ-ċifri ma jinkludux SMRP, għar-raġunijiet spjegati fit-taqsima 8.3.3.5.3.2.1. Dawn iċ-ċifri jqabblu mal-medda tas-CoE taċ-Ċekja minn […] sa […] u l-medja ta’ […], bl-esklużjoni tal-SMRP, kif diskuss fit-taqsima 3.6.5.1.

(498)

Dawn iċ-ċifri tas-CoE huma konservattivi minħabba li l-uniku parametru speċifiku għall-industrija ta’ dan il-kalkolu huwa l-beta, li huwa derivat minn grupp ta’ kumpaniji investiti fin-nukleari iżda b’portafoll varjat. Filwaqt li r-riskji sinifikanti jittaffew mill-miżuri ta’ appoġġ, il-proġetti nukleari individwali għadhom soġġetti għal riskji konsiderevoli, li ħafna minnhom jibqgħu għal EDU II. Dan jinkludi b’mod partikolari żidiet aktar baxxi milli mistenni fid-disponibbiltà, fil-kostijiet tal-kostruzzjoni jew tal-operat għajr għal raġunijiet leġittimi, dewmien fil-kostruzzjoni lil hinn mid-data tal-Iskadenza, qtugħ mhux ippjanat b’mod partikolari f’perjodi ta’ prezzijiet għoljin, u prezzijiet tal-elettriku wara t-tmiem tal-perjodu tal-PC li jistgħu jkunu ferm aktar baxxi milli mistenni bħalissa. Ħafna minn dawn ir-riskji jistgħu jittaffew parzjalment minn kumpaniji b’għadd akbar ta’ assi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u attivitajiet oħra tas-suq tal-enerġija, u jekk dawk ir-riskji jiġu realizzati għal dawk il-pari, dawn jaffettwaw biss parti mill-operat tagħhom. EDU II hija proġett nukleari individwali u għalhekk hija aktar riskjuża mill-pari tagħha b’portafoll varjat.

(499)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-bażi tad-data tas-CoE fil-livell industrijali ta’ Damodaran sabiex ikollha parametru referenzjarju biex tasal għar-RoE meħtieġa. (229) Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni ħarset lejn il-medja tas-CoE għal dawk l-industriji li huma l-eqreb għal dak nukleari u li kisbu CoE medju ta’ 10,21 % - 10,26 %. (230) Iċ-ċifri tas-CoE kkalkulati għal dawn is-setturi jistgħu jitqiesu bħala stimi konservattivi għall-impjanti tal-enerġija nukleari minħabba li l-uniku parametru speċifiku għall-industrija huwa l-beta, kif spjegat fil-paragrafu (498).

(500)

Il-Kummissjoni użat il-Mudell Finanzjarju pprovdut miċ-Ċekja (231) biex tivvaluta kif l-IRR tal-ekwità (jew l-ekwità fil-mira) tinbidel bħala riżultat tal-bidliet fil-kostijiet tal-kostruzzjoni u fil-ħin tal-kostruzzjoni. (232)

—

Il-Kummissjoni sabet li bl-applikazzjoni ta’ xenarju ta’ qbiż tal-kostijiet ta’ 10 % ikkawżat minn Raġunijiet Mhux Leġittimi, l-IRR tal-ekwità taqa’ għal […] %. Dan huwa xenarju probabbli, minħabba l-istorja reċenti tal-industrija nukleari. (233) Li kieku l-kostijiet reali kellhom ikunu 10 % inqas milli mistenni, l-IRR tal-ekwità tiżdied għal […] %. Madankollu, dan huwa xenarju improbabbli fl-industrija nukleari.

—

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li dewmien fil-kostruzzjoni ta’ ħames snin jirriżulta f’IRR tal-ekwità ta’ […] %, filwaqt li kieku l-kostruzzjoni kellha titlesta ħames snin qabel, l-IRR tal-ekwità tkun ta’ […] %. Id-dewmien fil-kostruzzjoni huwa xenarju realistiku, ibbażat fuq l-istorja tal-industrija, filwaqt li t-tqassir tal-perjodu tal-kostruzzjoni mhuwiex realistiku.

(501)

Għalhekk, abbażi ta’ dawn is-sensittivitajiet, il-Kummissjoni sabet medda tal-IRR tal-ekwità ta’ minn […] % sa […] %, b’medja ta’ […] %. Din il-medda qatt ma hija ogħla mill-medda tas-CoE minn […] % sa […] % u bħala medja hija taħt ir-rata ta’ redditu meħtieġa [minn 9 sa 11] %, u b’hekk tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat.

8.3.3.5.4.   L-għażla ta’ ČEZ bħala promotur ta’ Proġett

(502)

Fid-deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubju dwar jekk ČEZ tkunx l-aktar operatur effiċjenti u speċifikament staqsiet jekk proċedura tal-għażla miftuħa għall-promotur tal-proġett setgħetx wasslet għat-tnaqqis tal-appoġġ meħtieġ għat-twettiq tal-Proġett.

(503)

L-ewwel nett, fil-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, kemm iċ-Ċekja kif ukoll ČEZ sostnew li sar iffrankar importanti tal-kostijiet u tal-ħin bħala riżultat tal-għażla ta’ ČEZ bħala promotur tal-Proġett. B’mod partikolari, iċ-Ċekja nnotat li l-għażla ta’ ČEZ tirriżulta fl-evitar ta’ kostijiet addizzjonali ta’ madwar EUR [200 sa 700] miljun (ara l-premessa (254) hawn fuq). Bl-istess mod, ČEZ osservat li l-għażla tagħha bħala promotur tal-Proġett potenzjalment naqqset il-kostijiet tal-Proġett b’madwar EUR [200 sa 700] miljun meta mqabbla ma’ NPP f’żona ġdida minn operatur ieħor (ara l-premessa 339). Il-Kummissjoni tqis li l-iffrankar tal-kostijiet invokat, li jikkonsisti fil-valur tas-sit akkwistat, il-kost tal-attivitajiet tal-liċenzjar u tal-iżvilupp li diġà saru minn ČEZ jidhru plawżibbli u mhumiex koperti mill-istimi CAPEX (capital expenditure) għall-proġett, u b’hekk jitnaqqas l-ammont ta’ għajnuna għall-proġett meta mqabbel ma’ sitwazzjonijiet fejn kellha ssir għażla miftuħa. Fuq din il-bażi, il-formula ta’ remunerazzjoni u l-mekkaniżmu ta’ kumpens żejjed (ara t-taqsimiet minn 8.3.3.5.1 sa 8.3.3.5.3) jiżguraw li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu meħtieġ.

(504)

It-tieni, id-disinn ġenerali tal-Proġett u d-distribuzzjoni tar-riskji bejn il-benefiċjarju u l-Istat u l-istruttura tal-inċentivi tal-miżuri ta’ appoġġ jenħtieġ li jiżguraw li l-kostijiet tal-kostruzzjoni u tal-operat jinżammu għall-minimu. Filwaqt li ħafna riskji huma mmitigati mill-miżuri ta’ appoġġ, EDU II iżżomm l-esponiment għar-riskji ta’ żidiet fil-kostijiet tal-kostruzzjoni u tal-operat għajr għal Raġunijiet Leġittimi jew għal dewmien fil-kostruzzjoni lil hinn mid-Data tal-Iskadenza, li tikkostitwixxi inċentiv biex jiġu minimizzati l-kostijiet u d-dewmien. Matul il-fażi tal-kostruzzjoni u tal-iżvilupp tal-Proġett, l-ekwità kontinġenti impenjata massima totali ta’ ČEZ għall-finanzjament ta’ kwalunkwe qbiż tal-kostijiet se tkun ta’ EUR 1,95 biljun (il-premessa 197). Barra minn hekk, kif spjegat miċ-Ċekja, l-aġġornament tal-valuri tal-input għall-mudell finanzjarju biex jirrifletti r-riżultati tal-offerta tal-EPC jenħtieġ li jiżgura li l-kostijiet reali tal-kostruzzjoni li abbażi tagħhom jiġu kkalkolati l-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC ikunu kompetittivi, u b’hekk jitneħħew kontinġenzi potenzjali mhux dovuti fis-suppożizzjonijiet tal-kost sottostanti tal-mudell finanzjarju (il-premessa (457)). Fl-aħħar nett, il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti jħeġġeġ lil EDU II biex issegwi tnaqqis addizzjonali fil-kost u tagħmel redditi akbar, li se jkunu parzjalment kondiviżi mal-Istat.

(505)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pakkett ta’ għajnuna għall-Proġett jinkludi s-salvagwardji u l-inċentivi meħtieġa biex jiġu minimizzati l-kostijiet, u għalhekk l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa għall-proġett u tqis li mhuwiex probabbli li proċedura tal-għażla miftuħa għall-promotur tal-proġett kienet twassal għal ammonti aktar baxxi ta’ appoġġ.

8.3.3.6.   Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u t-test tal-ibbilanċjar

(506)

Sabiex il-miżura tkun kompatibbli mas-suq intern, l-effetti negattivi tal-miżura f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u megħluba mill-effetti pożittivi tal-għajnuna.

(507)

Fid-deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qieset li l-Proġett jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni b’diversi modi.

(508)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni staqsiet dwar ir-raġunijiet tekniċi u ekonomiċi li abbażi tagħhom ČEZ (bħala sid uniku ta’ EDU II) intgħażlet bħala l-benefiċjarju tal-miżura, meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ sejħa għall-offerti jew proċess ta’ għażla. B’mod partikolari, f’dak l-istadju ma kienx ċar jekk setax kien hemm operaturi oħra, potenzjalment aktar effiċjenti, lesti li jsegwu l-Proġett b’inqas għajnuna.

(509)

It-tieni, il-Kummissjoni esprimiet tħassib li t-termini tal-kuntratt ta’ ħruġ bejn EDU II u l-SPV iwasslu għal imġiba ta’ operat ineffiċjenti minn EDU II u joħolqu distorsjoni tal-ordni tal-mertu tas-suq tal-elettriku billi jispustaw teknoloġiji orħos bħas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(510)

It-tielet, il-Kummissjoni rreferiet għall-pożizzjoni b’saħħitha ta’ ČEZ fis-suq tal-elettriku Ċek u esprimiet tħassib dwar id-distorsjonijiet potenzjali tal-istruttura tas-suq minħabba l-miżura ta’ għajnuna li qed tiġi diskussa, pereżempju billi spustat investimenti alternattivi.

(511)

Ir-raba’, fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi bis-sħiħ li ČEZ ma setgħetx tfixkel il-funzjonament tas-suq downstream billi tinfluwenza l-prezz tas-suq jew tipi oħra ta’ mġiba strateġika ffaċilitata minn volumi kbar ta’ output bħaż-żamma tal-kapaċità.

(512)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni stabbilita biżżejjed biex tivvaluta l-effetti tal-SPV fuq is-suq.

8.3.3.6.1.   Għażla ta’ ČEZ bħala promotur tal-Proġett (234)

(513)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li ČEZ intgħażlet bħala l-promotur tal-Proġett mingħajr sejħa għall-offerti, proċess ta’ għażla, jew sejħa pubblika għall-espressjoni ta’ interess u staqsiet dwar liema raġunijiet tekniċi u ekonomiċi ntgħażlet ČEZ. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett tistax tirriżulta f’distorsjoni potenzjali tal-istruttura tas-suq.

(514)

Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li tqiesu soluzzjonijiet alternattivi għar-rwol tal-promotur tal-Proġett u ČEZ intgħażlet bħala l-għażla ppreferuta (ara l-premessi minn 50 sa 59 hawn fuq).

(515)

L-awtoritajiet Ċeki indikaw ukoll li ČEZ hija l-aktar għażla xierqa bħala l-promotur ta’ Proġett fid-dawl tal-kapaċità u l-inċentivi tagħha li twettaq il-Proġett, il-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-interessi tas-sigurtà nazzjonali, u n-newtralità teknoloġika (ara l-premessa 247 hawn fuq).

(516)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-għażla ta’ ČEZ toħloq effiċjenzi sinifikanti, tevita kostijiet addizzjonali, u ma teħtieġx żvilupp separat tas-sit. Għalhekk, din l-għażla toħloq vantaġġi sinifikanti taż-żmien tat-twettiq tal-Proġett li ma setgħux jiġu replikati minn strutturi alternattivi (ara l-premessa 248 hawn fuq).

(517)

Il-vantaġġi taż-żmien tat-twettiq ġew spjegati mill-awtoritajiet Ċeki bix-xogħlijiet preparatorji li ČEZ wettqet s’issa. ČEZ Group huwa s-sid tas-sit propost għall-NPP. Il-proċess ta’ akkwist għall-art meħtieġa għas-sit tal-kostruzzjoni beda f’April 2008 u ġie konkluż fl-2021 (il-premessa 249 hawn fuq). Barra minn hekk, ČEZ wettqet studji tal-fattibbiltà kif ukoll l-attivitajiet ta’ liċenzjar u żvilupp li kellhom l-għan li jnaqqsu l-ħin u l-kost għaċ-Ċekja fl-iżvilupp tal-Proġett. Barra minn hekk, sa mill-bidu tal-2021 ČEZ kisbet il-liċenzji u l-permessi ewlenin kollha meħtieġa biex il-Proġett jimxi ’l quddiem f’konformità mal-pjan tal-Proġett (bħal-liċenzja għas-sit tal-installazzjoni nukleari u l-VIA (il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali) (il-premessa 250 hawn fuq). Il-liċenzja għall-post tal-installazzjoni nukleari tipikament teħtieġ 6-7 snin u l-akkwist tal-VIA bejn 3-5 snin.

(518)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li ČEZ bħala sid u operatur ta’ impjant tal-enerġija nukleari għandha għarfien u fehim profond tar-rekwiżiti regolatorji, inklużi r-rekwiżiti tal-liċenzjar, għal NPP ġdid u l-leġiżlazzjoni fiċ-Ċekja (il-premessa 251 hawn fuq). Barra minn hekk, ČEZ u EDU II huma membri ta’ diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, u bħala tali għandhom aċċess għal standards u proċessi li huma rikonoxxuti u mħeġġa mir-regolaturi madwar id-dinja biex jippromwovu titjib kontinwu (ara l-premessa 251 hawn fuq).

(519)

L-awtoritajiet Ċeki komplew jenfasizzaw ir-rwol ewlieni tal-Proġett fis-sigurtà tal-provvista tal-elettriku taċ-Ċekja fil-futur, speċjalment fid-dawl tad-dekummissjonar tal-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam. B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li perjodu ta’ żvilupp iqsar għall-Proġett se jikkontribwixxi biex jiġi indirizzat id-distakk previst fil-kapaċità. L-iżvilupp ta’ proġett differenti f’sit differenti b’perjodu ta’ żmien ferm itwal ma jindirizzax il-ħtiġijiet immedjati tas-sigurtà tal-provvista tas-sistema (ara l-premessa 252 hawn fuq).

(520)

Barra minn hekk, iċ-Ċekja spjegat li jekk xi promotur ta’ proġett alternattiv kellu jakkwista sit potenzjalment xieraq għal impjant tal-enerġija nukleari fit-territorju taċ-Ċekja dan iwassal għal dewmien sinifikanti għat-twettiq tal-Proġett meta mqabbel ma’ ČEZ. B’mod speċifiku, f’dan ix-xenarju kontrofattwali, l-awtoritajiet Ċeki jistmaw dewmien sa 14-il sena meta mqabbel mal-iskeda ta’ żmien tal-Proġett. Fix-xenarju kontrofattwali, wieħed ma setax jeskludi li l-karatterizzazzjoni tas-sit jew il-passi tal-ippjanar li kienu ta’ suċċess għal EDU II jiltaqgħu ma’ xi problema jew dewmien, u b’hekk jiżdiedu r-riskji u l-kostijiet għall-iżvilupp tal-Proġett. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet Ċeki jsostnu li ma hemm l-ebda evidenza ta’ operatur nukleari teknoloġikament newtrali u b’esperjenza fl-Ewropa li qed jiżviluppa NPP barra minn pajjiżu (ara l-premessa 253 hawn fuq). (235)

(521)

Iċ-Ċekja tindika wkoll kostijiet addizzjonali li jiġġarrbu jekk promotur ta’ proġett differenti minn ČEZ jiżviluppa l-Proġett. Iċ-Ċekja tistma li dawn il-kostijiet ikunu mill-inqas EUR [200 sa 700] miljun (ara l-premessa 254 hawn fuq). Bl-istess mod, ČEZ tistma l-iffrankar tal-kostijiet meta mqabbla ma’ operaturi oħra għal madwar EUR [200 sa 700] miljun.

(522)

L-awtoritajiet Ċeki semmew ukoll li l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett kienet konformi ma’ każijiet nukleari tal-passat ivvalutati mill-Kummissjoni fejn ma twettaq l-ebda proċess ta’ kompetizzjoni miftuħa għall-għażla tal-promoturi tal-proġetti minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dawk il-proġetti (ara l-premessa 255 hawn fuq).

(523)

Iċ-Ċekja pprovdiet ukoll evidenza dwar ir-rekord ta’ ČEZ fit-twettiq u fl-operatb’suċċess tal-NPPs (ara l-premessa 256 hawn fuq).

(524)

Barra minn hekk, minbarra l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà tal-provvista u tas-sigurtà nazzjonali, iċ-Ċekja tenfasizza l-perspettiva tas-sigurtà finanzjarja peress li ČEZ tibbenefika minn klassifikazzjoni tal-kreditu governattiva b’saħħitha (ara l-premessa 257 hawn fuq).

(525)

Fl-aħħar nett, iċ-Ċekja speċifikat li offerta għall-għażla ta’ promotur ta’ Proġett li tkun tista’ ssir entità differenti minn ČEZ tkun tinvolvi żvantaġġi sinifikanti. Essenzjalment, iċ-Ċekja ssostni li f’dan il-każ il-kompetizzjoni fuq dan il-livell tal-Proġett ma tagħti l-ebda riżultat bil-ħsieb li jintgħażel l-aktar operatur effiċjenti. Kif indikat fir-raġunijiet irrapportati hawn fuq, iċ-Ċekja hija tal-fehma li peress li ma jkun hemm l-ebda vantaġġ tal-kompetizzjoni fit-talba għall-interess ta’ partijiet oħra jew fl-organizzar tal-offerta, u għalhekk l-iżvantaġġi ta’ dan il-proċess, b’mod partikolari d-dewmien u l-kostijiet addizzjonali mġarrba kif ukoll it-tħassib dwar is-sigurtà marbuta ma’ kwalunkwe kandidat potenzjali ieħor, ma jkunux jistgħu jiġu bbilanċjati. Iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li fl-ebda stadju tal-ippjanar tal-Proġett ma kien hemm xi parti terza li lmentat jew qajmet oġġezzjonijiet dwar il-ħatra ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett.

(526)

Barra minn hekk, b’mod partikolari, l-ebda kompetitur jew parti terza oħra ma qajmu xi tħassib b’rabta mal-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett. Min-naħa l-oħra, xi partijiet terzi osservaw b’mod espliċitu li huma ma jikkondividux it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-għażla ta’ ČEZ mingħajr sejħa għall-offerti jew konsultazzjoni u qiesu li kien totalment iġġustifikat li tiġi assenjata kumpanija tal-enerġija tal-Istat bid-dmir li tiżviluppa l-kostruzzjoni u l-operat tal-NNP il-ġdid (ara l-premessi 300-301 hawn fuq).

(527)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti mressqa miċ-Ċekja u minn partijiet terzi matul l-investigazzjoni formali jindirizzaw biżżejjed id-dubji tagħha mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett u d-distorsjoni potenzjali tal-istruttura tas-suq. Il-Kummissjoni tinnota li dan huwa mingħajr preġudizzju dwar jekk proġetti nukleari futuri jistgħux jeħtieġu proċess ta’ għażla aktar miftuħ biex jiġi żgurat li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu meħtieġ.

(528)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett x’aktarx li ma tirriżulta fl-ebda distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni kif spjegat aktar fit-taqsima 8.3.3.6.3. Barra minn hekk, matul l-Investigazzjoni formali l-ebda kompetitur jew parti terza oħra ma indikaw xi distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett.

8.3.3.6.2.   Il-PC tal-elettriku

(529)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet tħassib li t-termini tal-kuntratt tal-PPA (power purchase agreement) bejn EDU II u l-SPV essenzjalment irażżnu l-inċentivi pprovduti mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-elettriku biex jiġi prodott l-elettriku meta jkun l-aktar meħtieġ. Il-Kummissjoni nnotat li l-prezz fiss skont il-PPA jista’ joħloq inċentiv għal EDU II biex iżżomm il-produzzjoni fil-massimu tekniku tagħha anki skont il-kundizzjonijiet tas-suq fejn tnaqqis tal-output ikun aktar effiċjenti mill-perspettiva tas-sistema. Dan huwa ta’ importanza partikolari fid-dawl tat-tul tal-ħajja operattiva twila ta’ 60 sena tal-NPP il-ġdid, minħabba li t-taħlita tal-ġenerazzjoni futura kkaratterizzata minn ishma ogħla ta’ enerġiji rinnovabbli b’kost marġinali tipikament baxx ħafna tista’, skont żviluppi oħra bħall-ħżin jew il-produzzjoni tal-idroġenu, tirriżulta f’volatilità ogħla inklużi perjodi ta’ prezzijiet baxxi jew saħansitra negattivi. (236) Il-Kummissjoni kellha d-dubji dwar jekk dak l-impatt fuq is-sinjali ta’ dispaċċ effiċjenti setax jiġi minimizzat filwaqt li xorta waħda jintlaħqu l-objettivi tal-miżura. (237)

(530)

Tabilħaqq, jekk ġeneratur jirċievi remunerazzjoni fissa għal kull MWh prodott, dan ma jikseb l-ebda benefiċċju billi jsegwi s-sinjal tal-prezz tas-suq u milli jżid l-output fiż-żminijiet ta’ prezzijiet għoljin (skarsezza) jew inaqqas l-output fiż-żminijiet ta’ prezzijiet baxxi jew negattivi (abbundanza) jew fl-iskedar tal-manutenzjoni f’perjodi ta’ domanda baxxa (pereżempju, matul ix-xhur tas-sajf). Għall-kuntrarju, b’remunerazzjoni fissa għal kull MWh, ġeneratur għandu inċentivi biex jipproduċi bi produzzjoni massima fi żminijiet ta’ prezzijiet negattivi, u b’hekk joħloq effett negattiv mill-perspettiva tas-sistema u possibbilment jisposta l-enerġiji rinnovabbli b’kost marġinali baxx. Barra minn hekk, remunerazzjoni bi prezz fiss għas-sigħat kollha tal-produzzjoni tinċentiva l-investimenti f’impjanti ottimizzati għal operat tat-tagħbija bażi, li ma għandhomx il-flessibbiltà li jgħollu u jnaqqsu malajr jew li jiskontaw it-tagħbija. B’mod partikolari minħabba l-ħtieġa li jitħaffef il-varar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għad-dekarbonizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-UE, u l-output tal-enerġija varjabbli ta’ ħafna faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli, impjanti tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li huma teknikament kapaċi jipprovdu flessibbiltà lis-sistema u inċentivati ekonomikament biex jagħmlu użu minn din il-flessibbiltà huma partikolarment siewja fl-għoti ta’ benefiċċji għas-sistema tal-elettriku.

(531)

Il-Kummissjoni tqis li l-formula tar-remunerazzjoni tas-CfD fil-kuntratt tal-PC, kif deskritt fil-premessi 88-91, minbarra li tipprovdi stabbiltà tad-dħul u tillimita l-kumpens żejjed (kif diskuss fit-taqsima 8.3.3.5.1.1), tipprovdi inċentivi operazzjonali effiċjenti għall-impjant tal-enerġija u għalhekk tillimita l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Dan jinkiseb prinċipalment minħabba t-terminu tal-iskopertura tas-suq kif ukoll ċerti għażliet ta’ parametri fit-terminu tas-saldu ex-post.

(532)

It-terminu tal-iskopertura tas-suq jipprovdi inċentivi operazzjonali effiċjenti għall-impjant tal-enerġija minħabba li l-impjant jirċievi remunerazzjoni għal kull unità tal-output tiegħu bil-prezz għal kull siegħa attwali tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem. (238) Abbażi tas-sinjal tal-prezz tas-suq u l-kostijiet operazzjonali tiegħu stess, l-impjant huwa inċentivat biex jagħmel dispaċċ b’mod effiċjenti billi jagħmel użu mill-potenzjal tal-flessibbiltà teknika tiegħu. L-impjant tal-enerġija huwa inċentivat biex inaqqas il-produzzjoni meta l-prezz tas-suq ikun aktar baxx mill-kost operazzjonali tiegħu, u biex iżid il-produzzjoni meta l-prezz tas-suq ikun ogħla. Filwaqt li l-impjant tal-enerġija huwa soġġett għal-limitazzjonijiet tekniċi (bħall-varjazzjoni ’l fuq u ’l isfel tal-veloċità u r-rekwiżiti minimi tat-tagħbija biex jiġi evitat li jingħalaq kompletament), dan jinċentiva lill-operatur tal-impjant tal-enerġija biex juża l-flessibbiltà disponibbli teknikament bl-aħjar mod possibbli. Barra minn hekk, l-impjant tal-enerġija huwa inċentivat biex jiskeda b’mod effiċjenti l-manutenzjoni u r-riforniment tal-fjuwil għall-perjodi ta’ prezzijiet mistennija aktar baxxi.

(533)

L-għażliet tal-parametri fit-terminu tas-saldu ex-post jappoġġaw l-inċentivi operazzjonali effiċjenti pprovduti mill-iskopertura tal-prezz tas-suq.

(1)

L-ewwel nett, il-prezz ta’ referenza huwa definit bħala l-medja ex-post tal-prezzijiet tas-suq fis-siegħa fuq sena. Matul is-sena, it-terminu tas-saldu ma jkunx determinat u għalhekk b’mod ġenerali l-impjant jiġi inċentivat biex jieħu deċiżjonijiet ta’ dispaċċ mingħajr distorsjoni bbażati biss fuq is-sinjal tal-prezz tas-suq. Barra minn hekk, l-inċentivi għall-imġiba abbużiva li jwasslu għall-prezzijiet tas-suq ogħla (bħaż-żamma tal-kapaċità, qabbel mat-taqsima 8.3.3.6.3) huma mitigati minħabba li prezzijiet tas-suq ogħla jirriżultaw fi prezz ta’ referenza ogħla u għalhekk f’pagament tat-terminu b’saldu aktar baxx.

(2)

It-tieni, il-perjodu ta’ referenza ta’ sena huwa twil biżżejjed biex jiżgura li l-impjant tal-enerġija jkun espost għall-prezz tas-suq fil-perjodu ta’ referenza, u b’hekk ikollu aktar inċentivi għad-dispaċċ kif ukoll jiskeda l-manutenzjoni u r-riforniment tal-fjuwil b’mod effiċjenti, meta mqabbel ma’ perjodu ta’ referenza iqsar. L-impjant tal-enerġija jingħata inċentivi biex juża l-flessibbiltà tiegħu biex jopera aktar fi żminijiet meta l-prezzijiet tas-suq ikunu partikolarment għoljin u inqas meta l-prezzijiet tas-suq ikunu partikolarment baxxi.

(3)

It-tielet, it-terminu tas-saldu huwa definit fuq output annwali fiss u predeterminat (il-kwantità ta’ referenza), soġġett għall-aġġustamenti diskussi hawn taħt. Għalhekk, b’mod ġenerali, id-deċiżjonijiet dwar id-dispaċċ u l-kwantità tal-output tal-impjant tal-enerġija li tirriżulta ma jaffettwawx it-terminu tas-saldu, u b’hekk jippermettu inċentivi operazzjonali mingħajr distorsjoni u effiċjenti għall-impjant tal-enerġija abbażi tas-sinjal tas-suq biss. Il-kwantità ta’ referenza hija stabbilita abbażi tal-livell ta’ output fil-mira tal-impjant tal-enerġija matul il-perjodu ta’ referenza.

(534)

L-aġġustamenti għat-terminu tas-saldu ex-post kif deskritt fit-(88) u fid-(90) minn naħa waħda jillimitaw il-ħlas lura potenzjali mill-impjant, filwaqt li jipprovdu salvagwardja kontra riskji eċċessivi minn qtugħ mhux ippjanat meta l-prezzijiet ikunu għoljin, u min-naħa l-oħra jillimitaw it-terminu tas-saldu meta l-prezzijiet ikunu baxxi ħafna, filwaqt li jipprovdu salvagwardja kontra r-remunerazzjoni eċċessiva fi żminijiet ta’ prezzijiet negattivi. Id-disinn ta’ dawn l-aġġustamenti ġie kkalibrat biex fil-biċċa l-kbira jżomm il-firxa tal-inċentivi operazzjonali effiċjenti pprovduti mill-elementi tal-formula tas-CfD kif deskritt hawn fuq. B’mod ġenerali, l-inċentivi operazzjonali effiċjenti kif ipprovduti mill-formula tar-remunerazzjoni tas-CfD fil-kuntratt tal-PC jiżguraw li l-għajnuna ma tipprovdix lill-impjant tal-enerġija b’inċentivi biex jopera b’mod ineffiċjenti meta l-prezzijiet tas-suq ikunu taħt il-kostijiet operazzjonali tiegħu. Operat ineffiċjenti bħal dan jista joħloq distorsjoni fl-ordni tal-mertu tas-suq tal-elettriku u jirriskja l-ispostament ta’ teknoloġiji orħos bħas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-integrazzjoni tas-suq u l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli. Dan l-effett ta’ effiċjenza jista’ jidher ukoll mill-fatt li l-awtoritajiet Ċeki jistmaw li, bħala medja, l-impjant tal-enerġija jopera taħt il-formula tar-remunerazzjoni tas-CfD b’inqas kapaċità milli taħt il-massimizzazzjoni tal-output (qabbel ma’ (150)), u b’hekk iħalli aktar “spazju” għal teknoloġiji orħos bħas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(535)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-PC ma tipprevedix ridistribuzzjoni diretta tad-dħul mill-PC lill-konsumaturi tal-elettriku. Barra minn hekk, l-NPP mhuwiex mistenni li jkun spiss l-impjant tal-iffissar tal-prezzijiet fis-suq Ċek. Filwaqt li l-miżuri tal-RFA u tal-Bidla fil-Liġi jew tal-Protezzjoni tal-Politika jnaqqsu l-kostijiet ġenerali tal-Proġett, u b’hekk iżidu d-dħul potenzjali mill-PC meta mqabbel ma’ dak taħt miżura ffinanzjata esklużivament permezz ta’ CfD, għalhekk, dan ma jirriżultax f’żieda fid-distribuzzjoni tad-dħul mis-CfD lill-konsumaturi meta mqabbel ma’ miżura ffinanzjata esklużivament permezz ta’ CfD. Għalhekk, il-kombinament tat-tliet miżuri ma jistax iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fil-livell tal-konsumaturi permezz ta’ mekkaniżmi tad-distribuzzjoni tad-dħul.

(536)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-bidliet introdotti miċ-Ċekja matul l-investigazzjoni formali jindirizzaw biżżejjed id-dubji tagħha mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ rigward l-inċentivi li jirriżultaw mill-formula ta’ remunerazzjoni.

8.3.3.6.3.   Effetti fuq l-istruttura tas-suq, il-manipulazzjoni potenzjali tal-prezzijiet u l-kapaċità miżmuma minn ČEZ

(537)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar l-effetti fuq l-istruttura tas-suq permezz tal-istabbiliment ta’ EDU II kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ EDU II li timmanipula s-suq favur ČEZ. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni rreferiet għall-pożizzjoni b’saħħitha ta’ ČEZ fis-suq tal-elettriku Ċek u ma setgħetx teskludi bis-sħiħ distorsjonijiet potenzjali għall-istruttura tas-suq minħabba l-miżura ta’ għajnuna li qed tiġi diskussa, pereżempju billi tikkonsolida s-saħħa tas-suq, tisposta investimenti alternattivi, jew ixxekkel il-flussi transfruntiera. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi bis-sħiħ li EDU II tfixkel il-funzjonament tas-suq billi tinfluwenza l-prezzijiet tas-suq jew billi ssegwi ċerti tipi ta’ mġiba strateġika ffaċilitata minn volumi kbar ta’ output bħaż-żamma tal-kapaċità. Pereżempju, il-Kummissjoni staqsiet jekk f’perjodu ta’ prezzijiet għoljin tas-suq, EDU II jkollhiex inċentivi ekonomiċi biex tnaqqas l-output biex tixpruna prezz tas-suq ogħla, sabiex unitajiet oħra ta’ ČEZ ikunu jistgħu jbigħu aktar enerġija bi prezzijiet tas-suq ogħla.

Effetti fuq l-istruttura tas-suq

(538)

Il-Kummissjoni tinnota li s-suq Ċek tal-ġenerazzjoni tal-elettriku huwa kkaratterizzat minn konċentrazzjoni għolja tas-suq, peress li fl-2020, il-Grupp ČEZ kien responsabbli għal sehem imdaqqas ta’ 60,29 % tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni konsenjabbli (239), inklużi l-importazzjonijiet netti. Meta titqies il-kapaċità ta’ ġenerazzjoni totali, is-sehem mis-suq ekwivalenti fl-2020 kien ta’ 64,29 %. Tali konċentrazzjoni tas-suq tista’ tkun ta’ detriment għall-kompetizzjoni effiċjenti tas-suq peress li tista’ tikkostitwixxi ostaklu għad-dħul ta’ atturi ġodda fis-suq u toħloq riskju ta’ likwidità billi tillimita l-għadd ta’ offerti ta’ provvista disponibbli.

(539)

Iċ-Ċekja tispjega li s-sehem mis-suq ta’ ČEZ huwa pproġettat li jonqos b’mod sinifikanti u li l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni inċentivata mill-pakkett ta’ għajnuna li qed jiġi diskuss (il-Proġett) mhux se taffettwa b’mod sinifikanti s-setgħa ta’ ČEZ fis-suq tal-elettriku Ċek. B’mod speċifiku, is-sehem mis-suq ta’ ČEZ tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni konsenjabbli (mingħajr ma titqies EDU II) huwa mistenni li jonqos għal 45,06 % fl-2040 u għal 28,40 % fl-2050, filwaqt li ż-żieda minħabba l-Proġett se tkun ta’ 4,19 punti perċentwali fl-2040 u 5,23 punti perċentwali fl-2050. Bl-istess mod, is-sehem mis-suq ta’ ČEZ tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni totali huwa mistenni li jonqos għal 45,15 % fl-2040 u 18,98 % fl-2050, filwaqt li l-Proġett se jżid bi 12,83 perċentwali fl-2040 u 10,27 punt perċentwali fl-2050.

(540)

Il-Kummissjoni vvalutat id-data li tirfed dawk l-istimi u tqishom plawżibbli iżda konservattivi meta jitqies li sadanittant il-pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-awtoritajiet Ċekisaru aktar ambizzjużi. B’mod speċifiku, l-istimi tas-sehem mis-suq ta’ hawn fuq, miksuba mir-rapport ta’ Oxera, huma bbażati fuq is-suppożizzjonijiet li l-biċċa l-kbira tal-impjanti tal-faħam jiġu rtirati sal-2038 (b’mod speċifiku, iċ-Ċekja rreferiet għall-pjanijiet ta’ ČEZ li tnaqqas il-kapaċità tal-enerġija mħaddma bil-faħam bi kważi nofs għal 3 GW sal-2025 u għal 2 GW sal-2030) u li l-erba’ unitajiet f’Dukovany I jiġu dekummissjonati bejn l-2045 u l-2047. Il-Kummissjoni tifhem li dawk is-suppożizzjonijiet huma pjuttost konservattivi, peress li ċ-Ċekja kkonfermat il-pjanijiet għall-eliminazzjoni gradwali tal-faħam sal-2033. Għalhekk, is-sehem mis-suq ta’ ČEZ x’aktarx li jonqos aktar malajr fis-snin li ġejjin minħabba r-riżultat tal-għeluq tal-linjite u jkun f’livell aktar baxx fil-ħin mistenni tal-fażi tal-bidu ta’ EDU II milli previst fir-rapport ta’ Oxera. Barra minn hekk, biex l-assi nukleari eżistenti f’Dukovany I jkomplu joperaw sal-2045 u 2047 dan jeħtieġ approvazzjoni mill-Uffiċċju għas-Sikurezza Nukleari, li għadha ma ġietx assigurata fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni.

(541)

Il-Kummissjoni tqis li l-istruttura tal-Proġett, fejn l-elettriku kollu prodott minn EDU II matul il-PC irid jinbiegħ lill-SPV, il-fatt li l-SPV u EDU II/ČEZ ma jistgħux jikkoordinaw il-kummerċ tal-elettriku, u l-impenji kummerċjali applikabbli għal EDU II/ČEZ wara l-iskadenza tal-PC jimmitigaw biżżejjed kwalunkwe influwenza msaħħa addizzjonali potenzjali għal ČEZ fis-suq tal-elettriku Ċek li tirriżulta mill-Proġett.

(542)

Il-Kummissjoni tinnota li r-rekwiżit li l-SPV tikkummerċjalizza l-elettriku f’konformità mal-impenji għan-negozjar tal-enerġija (ara 3.6.4) se jikkontribwixxi għal-likwidità tas-swieq fuq terminu qasir fiċ-Ċekja. L-iżgurar ta’ offerta stabbli tal-elettriku fis-suq għal perjodu qasir b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji jista’ potenzjalment jiffaċilita d-dħul fis-suq jew l-espansjoni ta’ fornituri li jikkompetu ma’ ČEZ fis-suq bl-imnut. Dan huwa partikolarment il-każ sal-punt li l-elettriku kkummerċjalizzat mill-SPV jissostitwixxi ġenerazzjoni eżistenti oħra ta’ ČEZ, li ČEZ tista’ wkoll tuża direttament għall-attivitajiet tagħha ta’ bejgħ bl-imnut, filwaqt li tevita s-suq tal-operaturi.

(543)

Fir-rigward tal-effetti potenzjali tal-miżura fuq dħul ġdid fis-suq tal-ġenerazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar fil-valutazzjoni tagħha fil-premessa (415) li turi li l-Proġett x’aktarx li ma jpoġġix investimenti alternattivi, ħlief, l-aktar, billi potenzjalment idewwem ftit l-akkumulazzjoni tal-enerġija eolika. Barra minn hekk, il-formula tar-remunerazzjoni skont il-PC tnaqqas l-impatt kompetittiv tal-miżura fuq l-investimenti rinnovabbli bbażati fuq is-suq peress li tipprovdi inċentivi finanzjarji biex topera b’mod effiċjenti u b’hekk tillimita d-distorsjonijiet potenzjali tal-ordni tal-mertu tas-suq tal-elettriku jew l-ispostament ta’ teknoloġiji orħos (ara l-premessa 534).

(544)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ċ-Ċekja tistma li l-irtirar mistenni tal-ġenerazzjoni tal-faħam iebes u tal-linjite se jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità ta’ madwar 6,5 GW u l-eliminazzjoni gradwali tal-unitajiet nukleari eżistenti f’Dukovany I bejn l-2045 u l-2047 mistennija li toħloq diskrepanza addizzjonali fil-ġenerazzjoni ta’ madwar 2 GW, fejn il-Proġett se jipprovdi biss 1,2 GW. Barra minn hekk, hija mistennija wkoll żieda sinifikanti fid-domanda projettata għall-elettriku fl-għaxar snin u nofs li ġejjin (ara l-premessa 14).

(545)

Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll tal-kummenti taċ-Ċekja fir-rigward tal-fatt li s-suq ġeografiku huwa usa’ miċ-Ċekja. Tabilħaqq, il-grilja tal-elettriku taċ-Ċekja hija interkonnessa mill-qrib mal-Istati Membri ġirien (ara n-nota 134 f’qiegħ il-paġna), u l-ġenerazzjoni tal-elettriku fi Stati Membri oħra spiss jintuża għall-iffissar tal-prezzijiet fis-suq Ċek (ara l-premessi 262, 551 u 552). Kieku wieħed kellu jikkunsidra suq usa’ miċ-Ċekja, is-sehem mis-suq ta’ ČEZ ikun konsiderevolment aktar baxx, u jkompli jnaqqas il-potenzjal għal ČEZ li taffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni billi tinfluwenza l-imġiba ta’ EDU II. Barra minn hekk, skont id-definizzjoni aktar dejqa possibbli tas-suq, meta wieħed iħares lejn suq Ċek separat għall-elettriku, l-interkonnettività tas-sistema Ċeka mal-ġirien tagħha tipprovdi restrizzjoni sinifikanti fuq kwalunkwe mġiba bħal din.

(546)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-għajnuna ma twassalx għal żieda fil-konċentrazzjoni tas-suq u għandha impatt limitat fuq l-investiment.

Manipulazzjoni potenzjali tal-prezzijiet u l-kapaċità miżmuma minn ČEZ

(547)

Skont l-ACER (European Union Agency for the Cooperation of Energy Regulators) (240), iż-żamma tal-kapaċità manipulattiva sseħħ, pereżempju, “meta parteċipant fis-suq b’kapaċità relattiva li jinfluwenza l-prezz jew l-interazzjoni bejn il-provvista u d-domanda ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa jiddeċiedi, mingħajr ġustifikazzjoni, li ma joffrix jew li ma jżommx ekonomikament disponibbli l-kapaċità tal-produzzjoni, tal-ħżin jew tat-trasport fis-suq. B’mod partikolari, iż-żamma tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tirreferi għall-prattika li l-ġenerazzjoni disponibbli tinżamm milli tiġi offruta b’mod kompetittiv fis-suq tal-elettriku bl-ingrossa, anki jekk din tiġi offruta b’mod kompetittiv, dan iwassal għal tranżazzjonijiet bi profitt bil-prezzijiet prevalenti tas-suq.” Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-parteċipant fis-suq inkwistjoni jistax jinfluwenza l-prezz jew l-interazzjoni tal-provvista u d-domanda tas-suq tal-elettriku bl-ingrossa billi jinvolvi ruħu f’tali mġiba.

(548)

Iċ-Ċekja sostniet li l-Grupp ČEZ mhux se jkollu inċentivi ekonomiċi, u lanqas il-kapaċità li jgħolli l-prezzijiet tas-suq tal-operaturi billi jnaqqas l-output ta’ EDU II. L-ewwel nett, iċ-Ċekja ssostni li t-telf tad-dħul għall-Grupp ČEZ f’xenarju ipotetiku, li fih EDU II ma tiġġenerax l-elettriku għal sena sħiħa, bil-bosta ma jiġix rkuprat permezz ta’ dħul addizzjonali ġġenerat mill-bejgħ tal-porzjon mhux iħħeġġjat tal-produzzjoni fis-sena ta’ wara. Iċ-Ċekja tindika l-fatt li tnaqqis fl-output minn EDU II se jfisser flussi ta’ flus mitlufa u li tnaqqis sinifikanti tal-fattur tat-tagħbija jelimina l-flus disponibbli biex jitħallas id-dejn u potenzjalment iwassal biex EDU II ma tkunx tista’ tħaddem l-RFA jew saħansitra tista’ twassal biex il-flussi tal-flus ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-kostijiet operatorji.

(549)

Kif spjegat fil-premessa 39, il-Proġett huwa ta’ importanza kritika għall-Grupp ČEZ, speċjalment wara l-eliminazzjoni gradwali tal-assi eżistenti tal-faħam u potenzjalment tal-ġenerazzjoni nukleari mistennija li jseħħu sal-2033 għall-faħam u bejn l-2045 u l-2047 għall-enerġija nukleari. Il-proġett huwa mistenni li jikkontribwixxi għal żieda ta’ [10-20] % tal-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament (EBITDA, earnings before interest, taxes, depreciation and amortisation) tal-Grupp ČEZ, għalhekk kwalunkwe mġiba li tista’ tnaqqas ir-riżultati finanzjarji tal-Proġett ikollha impatt sinifikanti fuq ir-riżultati finanzjarji tal-Grupp ČEZ.

(550)

It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li l-formula tar-remunerazzjoni tal-PC fiha elementi integrati li jillimitaw b’mod sinifikanti l-benefiċċji li l-benefiċjarju jista’ jikseb minn imġiba manipulattiva taż-żamma tal-kapaċità. Kif spjegat fil-premessa 533, imġiba abbużiva li twassal għal prezzijiet tas-suq ogħla (bħaż-żamma tal-kapaċità) hija mitigata peress li tirriżulta fi prezz ta’ referenza ogħla u għalhekk f’pagament b’terminu ta’ saldu ex-post aktar baxx. Minkejja l-fatt li dawn is-salvagwardji kontra ż-żamma tal-imġiba jisparixxu wara l-PC, huwa importanti li wieħed jinnota li xorta se jkun hemm inċentivi limitati għall-imġiba manipulattiva taż-żamma tal-kapaċità. Minkejja n-nuqqas ta’ saldu ex-post, il-Grupp ČEZ mhux se jsib iż-żamma profittabbli, minħabba l-kostijiet sinifikanti tal-operatu l-manutenzjoni ta’ impjant tal-enerġija bħal dan. Barra minn hekk, l-imġiba abbużiva futura hija ristretta mill-interkonnessjoni estensiva mas-swieq ġirien minħabba li x-xenarju tal-produzzjoni tal-elettriku huwa mistenni li jiddependi fuq taħlita aktar varjata u żviluppata ta’ sorsi tal-enerġija, li tnaqqas il-kapaċità li jiġu influwenzati l-prezzijiet permezz taż-żamma.

(551)

It-tielet, iċ-Ċekja tistabbilixxi li, minħabba l-grad għoli ta’ interkonnessjoni tas-suq tal-elettriku Ċek mal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Polonja u s-Slovakkja, il-Proġett huwa mistenni li ma jkollu l-ebda impatt jew impatt limitat ħafna fuq l-iffissar tal-prezzijiet fiċ-Ċekja bejn l-2030 u l-2050, peress li l-prezz tas-suq għar-reġjun interkonness huwa mistenni li jkun ibbażat fuq il-prezz tal-elettriku ġġenerat barra miċ-Ċekja għall-biċċa l-kbira tas-sigħat. Tabilħaqq, kif stabbilit f’aktar dettall fin-nota f’qiegħ il-paġna 139, iċ-Ċekja hija partikolarment interkonnessa tajjeb mas-sistemi tal-elettriku ġirien, li għalhekk jistgħu jeżerċitaw influwenza konsiderevoli fuq il-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq Ċek. Dan huwa koerenti mas-sejbiet tar-rapport ta’ Oxera li vvaluta t-teknoloġija tal-iffissar tal-prezzijiet fis-suq tal-elettriku Ċek, matul l-2030-2050, u kkonkluda li l-Proġett se jkun il-prenditur tal-prezzjiet peress li fil-maġġoranza l-kbira ta’ sigħat il-prezz se jiġi stabbilit minn ġeneraturi esterni, u fis-sigħat li jifdal, prinċipalment mill-impjanti Ċeki tal-gass u tal-linjite. Hekk kif aktar ġenerazzjoni rinnovabbli issir online, l-għadd ta’ sigħat bi prezz żero huwa mistenni wkoll li jiżdied b’mod konsiderevoli u jilħaq madwar 16 % sal-2050.

(552)

Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-konklużjonijiet huma konformi mas-sejbiet ta’ analiżi (241) miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC, Joint Research Centre) tal-Kummissjoni li turi li fl-2022, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha u l-livell għoli tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni, il-prezzijiet fis-suq tal-elettriku Ċek kienu xprunati ħafna mid-dinamika tas-suq tal-ġirien tagħhom, kif muri mill-fatt li s-sehem tas-sigħat tal-prezzijiet stabbiliti minn ġeneraturi esterni kien ta’ aktar minn 90 % fiċ-Ċekja, wieħed mill-ogħla proporzjon fl-UE. Fattur ewlieni li jinfluwenza l-prezzijiet tal-elettriku Ċeki huwa s-suq ġar Ġermaniż, li, minħabba d-daqs kbir tiegħu u ż-żieda fil-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli, jaffettwa dejjem aktar ix-xejriet tal-prezzijiet tas-sħab kummerċjali tiegħu. Peress li l-Ġermanja tinnegozja volumi dejjem akbar ta’ elettriku mal-ġirien tagħha, il-prezzijiet tal-elettriku tagħhom qed ikunu dejjem aktar xprunati minn fluttwazzjonijiet fil-Ġermanja. (242) Fil-fatt, il-prezzijiet tal-elettriku fis-siegħa Ċeki fis-suq ta’ ġurnata bil-quddiem kienu kważi identiċi (jiġifieri inqas minn 1 % diverġenti) fi 48 % tas-sigħat bejn l-2021 u l-2023. (243) Skont l-analiżi tal-JRC, l-istess tendenza hija mistennija li tippersisti fil-perjodu sal-2030, meta l-ġeneraturi esterni huma mistennija li jkunu dawk li jistabbilixxu l-prezzijiet f’madwar 80 % tas-sigħat tal-prezzijiet fiċ-Ċekja. Fl-2030, it-teknoloġija tal-iffissar tal-prezzijiet fis-suq tal-elettriku Ċek hija mistennija li tkun gass naturali (f’madwar 50 % tal-ħin), segwita mil-linjite, miż-żejt, mir-RES, u mill-enerġija nukleari.

(553)

Ir-raba’, iċ-Ċekja ssostni li l-eżitu tas-suq tal-elettriku jista’ jvarja b’mod sinifikanti bejn il-perjodi ta’ saldu fis-siegħa, u li l-ishma mis-suq ġenerali tal-ġenerazzjoni ma jipprovdux stampa sħiħa tas-saħħa tas-suq. Iċ-Ċekja tqis li indikaturi bħall-indiċi tal-provvista residwa (244) huma utli għall-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ġeneratur li jaġixxi indipendentement mill-kompetituri tiegħu, peress li jkejjel il-punt sa fejn ġeneratur huwa meħtieġ biex jissodisfa d-domanda residwa. Kif muri mill-analiżi fir-rapport ta’ Oxera, iċ-ċentralità ta’ ČEZ skont l-indiċi tal-provvista residwa hija mistennija li tonqos b’mod qawwi mill-2030 sal-2050. Filwaqt li ČEZ hija mistennija li tkun kruċjali fl-2030 fi kważi s-sigħat kollha, is-sehem ta’ sigħat li fihom ČEZ hija kruċjali jonqos taħt l-10 % sal-2050. Huwa wkoll ta’ importanza li din it-tendenza hija xi influwenzata ftit mill-ikkummissjonar tal-Proġett hekk kif iċ-ċentralità ta’ ČEZ tiżdied b’14 % biss minħabba l-Proġett, u dan l-effett huwa mistenni li jgħeb sal-2050. Il-Kummissjoni tinnota li l-probabbiltà ta’ manipulazzjoni tal-prezzijiet ġeneralment tiżdied meta ČEZ tkun dominanti. Bl-ishma tas-swieq tagħha ġeneralment ogħla minn 50 % f’suq rilevanti speċifiku, hemm preżunzjoni ta’ dominanza li ishma kbar ħafna huma fihom infushom, u ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-evidenza ta’ eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti. (245)Fl-istess ħin, għall-valutazzjoni tad-dominanza, l-ishma tas-suq huma biss il-punt tat-tluq u jeħtieġ li jitqiesu aspetti oħra. (246) F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-ishma tas-suq ta’ ČEZ fil-ġenerazzjoni tal-elettriku jonqsu maż-żmien u għandhom jonqsu b’mod partikolari fis-sena 2040 b’mod sinifikanti u fi kwalunkwe każ taħt il-45 % sal-2050. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda indikazzjoni li l-iżvilupp taċ-ċentralità minn ČEZ mhuwiex preċiż u plawżibbli. B’mod partikolari, il-kummenti minn partijiet terzi kienu qed iqajmu tħassib fir-rigward ta’ distorsjoni possibbli tas-suq permezz tal-Proġett sa ċertu punt limitat biss.

(554)

Il-ħames, iċ-Ċekja rreferiet għas-sejbiet tar-rapport ta’ Oxera li skonthom l-ikkummissjonar ta’ EDU II se jkollu effett żgħir billi jnaqqas il-prezz tal-elettriku fis-suq Ċek b’madwar EUR 2 għal kull MWh bejn l-2040 u l-2050.

(555)

Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni temmen li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fir-rigward taż-żamma potenzjali tal-kapaċità jinżammu għall-minimu. Barra minn hekk, peress li bħalissa l-miżura hija mfassla, il-Kummissjoni tqis li r-riskji tal-likwidità tas-suq li jistgħu jinħolqu huma żgħar u l-impatti fuq il-prezzijiet, l-investimenti, u l-flussi transfruntiera huma minimizzati.

8.3.3.6.4.   Rwol tal-SPV fis-suq

(556)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni inizjalment qieset id-disinn tal-SPV kif kien magħruf f’dak il-mument bħala arranġament ġeneralment xieraq biex ittaffi t-tħassib possibbli relatat mal-kompetizzjoni. Madankollu, l-impatt tal-arranġament fuq is-suq, u b’mod partikolari tar-rwol tal-SPV, kien għadu diffiċli li jkun ivvalutat fid-dawl tal-bidliet li qed jiġu implimentati kontinwament fl-istruttura tal-Proġett miċ-Ċekja u allura minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni stabbilita biżżejjed. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-effetti tal-SPV fuq is-suq.

(557)

Wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, iċ-Ċekja kompliet tispjega, f’diversi sottomissjonijiet, ir-rwol tal-SPV fis-sitwazzjoni tas-suq fiċ-Ċekja (ara l-paragrafi minn (273) sa (278) hawn fuq).

(558)

Meta jitqiesu dawn is-sottomissjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-Ċekja ċċarat biżżejjed il-fatti li wasslu l-Kummissjoni tqajjem id-dubji fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ anki billi żiedet aktar spjegazzjonijiet. Dan għar-raġunijiet li ġejjin:

(559)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni kienet imħassba dwar l-awtonomija tal-SPV, b’mod partikolari jekk hijiex se taġixxi b’mod suffiċjenti bħala entità privata li timmassimizza l-profitt. Dwar dan, huwa importanti li l-SPV u EDU II ma jkunux jistgħu jikkoordinaw l-operat tal-impjant tal-enerġija nukleari minn naħa u l-kummerċ tal-elettriku ġġenerat min-naħa l-oħra. Filwaqt li ČEZ hija l-uniku azzjonist ta’ EDU II (ara t-Taqsima 3.2.1 hawn fuq), l-ishma fl-SPV huma miżmuma biss miċ-Ċekja u għalhekk kwalunkwe koordinazzjoni possibbli ma tistax tiġi eżerċitata minn ČEZ. Madankollu, peress li ċ-Ċekja għandha sehem ta’ kontroll kemm f’ČEZ (ara l-premessa 32) kif ukoll fl-SPV, ikun possibbli li ċ-Ċekja stess tikkoordina l-operat tal-impjant tal-enerġija nukleari minn naħa waħda u l-imġiba kummerċjali tal-SPV min-naħa l-oħra biex timmassimizza l-profitti ta’ ČEZ.

(560)

Il-Kummissjoni tinnota li l-istruttura ta’ governanza tal-SPV tifred it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istrateġija kummerċjali tagħha minn EDU II, filwaqt li tiżgura l-awtonomija u timminimizza r-riskji ta’ influwenzi żejda. Dan huwa partikolarment importanti minħabba li jagħmilha improbabbli li ċ-Ċekja tuża s-sehem ta’ kontroll tagħha f’ČEZ u għalhekk f’EDU II minn naħa waħda u min-naħa l-oħra l-kontroll tagħha tal-SPV biex timmassimizza l-profitti ta’ ČEZ, li minnha tibbenefika potenzjalment u indirettament permezz ta’ pagamenti ta’ dividendi, permezz taż-żieda fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni ta’ ČEZ u r-rabta vertikali ġdida simultanja mas-swieq bl-ingrossa u bl-imnut permezz tal-SPV. B’dan il-mod, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-funzjonament u l-istrateġija kummerċjali tal-SPV huwa żgurat li ma jiġux skoraġġuti minn kwalunkwe interess personali ta’ parteċipant wieħed fis-suq (ČEZ) u li jibqgħu allinjati ma’ objettivi usa’ ta’ interess pubbliku bħas-sigurtà tal-provvista u prezzijiet tal-enerġija affordabbli.

(561)

It-tieni, il-possibbiltà li l-istruttura tal-SPV toħloq distorsjoni tas-sinjali tas-suq kienet ta’ tħassib, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispaċċ tal-impjant tal-enerġija. Madankollu, skont il-PC rivedut, l-SPV ma għandha l-ebda influwenza fuq id-deċiżjoni tad-dispaċċ tal-impjant tal-enerġija li hija totalment taħt il-kontroll ta’ EDU II. Kif konkluż fit-taqsima 8.3.3.5.1.2, il-formula ta’ remunerazzjoni tipprovdi biżżejjed inċentivi għal EDU II biex topera b’mod effiċjenti fis-suq tal-elettriku, u tillimita d-distorsjonijiet tas-sinjal tal-prezz tas-suq jew tal-ordni tal-mertu.

(562)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-analiżi ta’ Oxera (247), kif ikkwotata miċ-Ċekja, tissuġġerixxi li l-ikkummissjonar tal-NPP mhux se jaffettwa b’mod sostanzjali l-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa jew il-pożizzjoni ta’ ČEZ fis-suq. L-NPP ma jinfluwenzax b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa. Dan jafferma mill-ġdid li l-operat tal-SPV u l-ikkummissjonar tal-impjant mhux se jagħmlu distorsjoni tad-dinamika tas-suq jew jagħtu vantaġġ mhux dovut lill-atturi speċifiċi.

(563)

It-tielet, l-inċertezza dwar kif l-SPV tbigħ l-elettriku tagħha, speċjalment lill-konsumaturi industrijali, kienet ta’ tħassib sinifikanti. Bi tweġiba, iċ-Ċekja impenjat ruħha li l-SPV se tbigħ minimu ta’ 70 % tal-elettriku prodott minn EDU II fuq il-kambji (ara l-premessa 112 hawn fuq) u l-bqija minn irkantijiet li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li jipprevjenu distorsjonijiet kompetittivi fis-suq (swieq) tal-elettriku (ara l-premessa 113 hawn fuq).

(564)

Iċ-Ċekja spjegat li l-parametri previsti tal-irkantijiet futuri tal-enerġija nukleari se jinkludu daqsijiet stmati tal-lottijiet ta’ 1-10 MW, durata tal-kuntratti tal-irkant ta’ sena, kwart ta’ sena, jew ta’ terminu iqsar. L-irkantijiet se jiġu organizzati bħala pagament abbażi tal-prezz tal-offerta, bi prezz minimu predefinit li jitħabbar mhux aktar kmieni minn jum sa jumejn qabel l-għeluq tal-offerta. Barra minn hekk, il-frekwenza tal-irkantijiet għandha tiġi stabbilita fuq bażi trimestrali sa sena, b’regoli trasparenti tal-perjodu ta’ tħabbir ta’ 30 jum qabel il-bidu tal-irkant. Fl-aħħar nett, it-tul tal-irkantijiet mhux se jaqbeż il-perjodu ta’ sebat ijiem kalendarji, bir-riżultati jitħabbru fil-ġimgħa ta’ wara. Dan japplika kemm għall-irkantijiet matul il-perjodu tal-PC kif ukoll fil-perjodu ta’ wara l-PC. Dawn il-parametri previsti jipprovdu biżżejjed ċarezza li l-irkantijiet jistgħu tabilħaqq ikunu mistennija li jitwettqu b’mod nondiskriminatorju, u b’hekk grupp kbir biżżejjed ta’ parteċipanti fis-suq ikun jista’ effettivament jissottometti offerti b’mod trasparenti.

(565)

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, EDU II hija intitolata li tbigħ direttament l-elettriku fis-suq tal-operaturi. Madankollu, dan iseħħ biss meta l-SPV ma tissodisfax l-obbligu ta’ ħruġ taħt il-PC. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-impjant tal-enerġija jkun għadu għaddej, u l-elettriku jeħtieġ li jinġieb fis-suq. Għalhekk, il-possibbiltà ta’ riżerva għal EDU II li tbigħ direttament l-elettriku tidher raġonevoli. Madankollu, għandu jkun evitat li dan ikun jista’ jippermetti lil EDU II li tevita l-limitazzjonijiet kollha stabbiliti li għandhom l-għan li jiżguraw bejgħ nondiskriminatorju tal-elettriku. Il-Kummissjoni tinnota li ċ-Ċekja impenjat ruħha li f’dan il-każ, EDU II se tbigħ l-elettriku kollu prodott fis-suq spot bħala prenditur tal-prezzjiet. Meta tagħmel dan, EDU II ma tista’ tagħżel l-ebda xerrej speċifiku (peress li l-bejgħ isir f’kambju anonimu) u lanqas ma tista’ tiddetermina l-prezz jew il-kundizzjonijiet tal-bejgħ (peress li l-prodotti standard jinbiegħu bil-prezz marġinali fuq il-kambju). Dan huwa koerenti wkoll mal-problema sottostanti li għandha tiġi solvuta: jekk l-SPV ma toħroġx l-elettriku prodott, din teħtieġ soluzzjoni rapida biex teħles mill-output tal-impjant tal-enerġija. L-użu tas-suq spot bħala prenditur tal-prezzjiet jipprovdi din is-soluzzjoni rapida u affidabbli. Fl-isfond ta’ dawn l-impenji, il-Kummissjoni tqis li s-soluzzjoni ta’ riżerva tal-bejgħ dirett eċċezzjonali minn EDU II ma tirriżultax fi tħassib addizzjonali dwar il-kompetizzjoni.

(566)

Anki f’każijiet eċċezzjonali meta l-likwidità tal-kambji rilevanti tonqos b’mod sinifikanti, dawn il-kundizzjonijiet ta’ negozjar ma jinbidlux u l-SPV tista’ biss temenda temporanjament il-proporzjon tal-allokazzjoni tal-elettriku prodott għall-pjattaformi ta’ negozjar. B’mod aktar speċifiku f’każijiet bħal dawn, 50 % tal-elettriku prodott jista’ jiġi nnegozjat fil-boroż u 50 % permezz ta’ rkantijiet (ara l-premessi 117 sa 118). Dan l-operat trasparenti jiżgura aċċess ekwu għall-elettriku prodott u jsaħħaħ l-integrità tas-suq.

(567)

Ir-raba’, iċ-Ċekja pprovdiet assigurazzjonijiet li l-SPV u ČEZ se joperaw b’mod indipendenti bi strutturi distinti ta’ governanza u ġestjoni. Kieku l-SPV kellha testernalizza l-attivitajiet ta’ negozjar tagħha, dan jinkiseb permezz ta’ offerta pubblika nondiskriminatorja, filwaqt li jiġi żgurat li ma jingħata l-ebda vantaġġ żejjed lil xi entità partikolari. Madankollu, fir-rigward ta’ ČEZ, l-SPV ma għandhiex testernalizza n-negozjar tal-elettriku tagħha lill-Grupp ČEZ jew lill-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Grupp ČEZ (ara l-premessa 46). Dan l-impenn miċ-Ċekja jiżgura li ČEZ fattwalment ma terġax tikseb kontroll fuq il-bejgħ tal-output ta’ EDU II permezz ta’ delega, biex b’hekk tevita l-effetti tal-istruttura tal-SPV.

(568)

Il-Kummissjoni tinnota li ČEZ se tissorvelja l-operazzjonijiet ta’ EDU II bħala l-Isponsor tal-Proġett u l-uniku azzjonist ta’ EDU II. L-involviment dirett ta’ ČEZ se jkun limitat għall-forniment tal-kapital ta’ ekwità lil EDU II u possibbilment għall-forniment tal-attivitajiet ta’ servizzi kondiviżi lil EDU II fuq bażi ta’ distakkament.

(569)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-istruttura ta’ governanza se tissepara lil ČEZ minn dik tar-riċevitur tal-għajnuna mill-Istat, EDU II (bħala l-iżviluppatur, is-sid, u l-operatur tal-NPP). EDU II se tkun entità legali separata b’bord u b’ġestjoni separat bi dmir fiduċjarju lejn il-kumpanija EDU II. EDU II se tkun ġestita b’mod indipendenti, kemm finanzjarjament kif ukoll operazzjonalment u se tkun soġġetta għall-iskrutinju regolatorju. EDU II se jkollha struttura ta’ rapportar definita stabbilita għall-komunikazzjoni lil ČEZ bħala kumpanija omm. L-istruttura ta’ governanza se tiżgura l-indipendenza ta’ EDU II minn ČEZ billi tillimita b’mod effettiv il-kapaċità ta’ ČEZ li tinterferixxi bla bżonn fl-operat ta’ kuljum ta’ EDU II. EDU II se taġixxi skont l-inċentivi pprovduti permezz tal-formula ta’ remunerazzjoni f’konformità mal-istrateġija tal-operazzjonijiet tagħha stess. Il-Kummissjoni tikkonkludi li ċ-Ċekja ċċarat biżżejjed il-fatti li wasslu lill-Kummissjoni biex tqajjem id-dubji fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ billi żiedet aktar spjegazzjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn l-SPV, EDU II u ČEZ.

(570)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-potenzjal għall-influwenza indebita jekk l-attivitajiet kummerċjali tal-SPV jiġu esternalizzati. L-impenn taċ-Ċekja li żżomm offerta miftuħa u nondiskriminatorja għal kwalunkwe esternalizzazzjoni bħal din, bl-esklużjoni tal-esternalizzazzjoni lil ČEZ, u flimkien ma’ dispożizzjonijiet kuntrattwali biex tinżamm is-sjieda tal-istrateġija tan-negozjar mal-SPV, madankollu, inaqqas b’mod sinifikanti dawn ir-riskji.

(571)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tħassib li tqajjem inizjalment ġie indirizzat b’mod adegwat miċ-Ċekja. Il-miżuri, kif deskritti, u s-salvagwardji stabbiliti jiżguraw il-funzjonalità u l-kompetittività adegwata tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għad għandha l-ebda dubju dwar l-impatt tar-rwol propost tal-SPV fuq is-suq.

8.3.3.6.5.   Konklużjoni dwar effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(572)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li b’mod ġenerali, il-potenzjal għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni huwa limitat, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet fit-Taqsimiet 8.3.3.6.1, 8.3.3.6.2, 8.3.3.6.3, 8.3.3.6.4 hawn fuq, u filwaqt li jitqiesu l-impenji offruti miċ-Ċekja.

8.3.4.   Ibbilanċjar tal-effetti pożittivi tal-għajnuna mal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(573)

Wara valutazzjoni bir-reqqa fit-taqsima 8.3.2 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-pakkett ta’ miżuri għandu l-għan li jippromwovi investiment fl-enerġija nukleari u għalhekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika, jiġifieri l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija nukleari, filwaqt li jikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku.

(574)

Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll li din l-attività, abbażi tal-impenn li jiġu implimentati l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ekonomiċi fis-settur tal-enerġija nukleari kif stabbilit fir-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE, skont dak ir-Regolament titqies bħala investiment ambjentalment sostenibbli.

(575)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li mingħajr l-għajnuna, inklużi t-tliet miżuri kollha li jikkostitwixxu l-pakkett ta’ għajnuna, l-investiment ma setax ikun mistenni li jiġi implimentat. L-għajnuna hija għalhekk meħtieġa għall-iżvilupp ta’ din l-attività ekonomika.

(576)

Il-Kummissjoni sabet li l-kombinament tal-PC mat-tul ta’ żmien imnaqqas ta’ 40 sena, l-RFA u l-mekkaniżmu ta’ protezzjoni mill-Bidla fil-Liġi, kif strutturata fil-miżuri notifikati, huma strumenti xierqa. L-investigazzjoni formali ma ressqitx evidenza li miżuri oħra kienu jkunu effettivi bl-istess mod b’effetti distorsivi aktar baxxi.

(577)

L-għajnuna se tingħata b’mod proporzjonat, peress li l-benefiċjarju mhux se jżomm profitti żejda lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġu żgurati l-operat ekonomiku u l-vijabbiltà tal-impjant tal-enerġija nukleari. It-tul ta’ żmien imnaqqas tal-kuntratt tax-xiri jiżgura li wara r-rimborż tal-kost kapitali, l-impjant ikun totalment espost għar-riskji tal-prezzijiet.

(578)

B’mod speċifiku, il-Kummissjoni tinnota li anki matul il-perjodu tal-PC, il-formula ta’ remunerazzjoni tipprovdi inċentivi qawwija lil EDU II biex tħaddem l-impjant b’mod effiċjenti, bl-użu tal-kapaċitajiet flessibbli eżistenti biex tirreaġixxi għall-prezzijiet tas-suq.

(579)

Ir-rieżami regolari ta’ sett definit b’mod ċar ta’ valuri tal-input għall-mudell finanzjarju, li jippermetti aġġustament ’il fuq u ’l isfel, jiżgura li l-inċertezzi sinifikanti li jeżistu bħalissa fir-rigward tal-kostijiet kapitali u operazzjonali ma jirriżultawx f’kumpens żejjed għall-benefiċjarju. L-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti tiżgura wkoll li EDU II tibqa’ inċentivata biex topera bl-aktar mod effiċjenti possibbli, filwaqt li tikkondividi wkoll żieda fir-redditu fuq l-ekwità mal-Istat, u b’hekk tillimita l-kumpens żejjed f’każ ta’ żviluppi fil-kostijiet jew fid-dħul aħjar milli mistenni.

(580)

Ir-rata ta’ redditu fuq l-ekwità fil-mira [minn 9 sa 11] % hija proporzjonata, meta jitqies ir-riskju tal-Proġett, filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-miżuri tal-għajnuna.

(581)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ČEZ mhux se tikkontrolla l-attivitajiet kummerċjali tal-SPV u se tkun soġġetta għal restrizzjonijiet li jillimitaw l-inċentiv u l-kapaċità li tabbuża minn kwalunkwe pożizzjoni tas-suq imsaħħa li tirriżulta mill-miżura. L-interkonnettività għolja tas-sistema Ċeka se tipprovdi wkoll aktar restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-saħħa tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-impenji ta’ negozjar jiżguraw bejgħ stabbli tal-elettriku mill-SPV u wara minn ČEZ taħt kundizzjonijiet nondiskriminatorji lill-parteċipanti kollha fis-suq, li jista’ jtejjeb il-likwidità fis-suq tal-operaturi tal-elettriku fuq perjodu qasir u jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-kompetizzjoni fis-swieq bl-imnut.

(582)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li b’mod ġenerali, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni huma limitati, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet fit-taqsima 8.3.3 hawn fuq, filwaqt li jitqiesu l-impenji offruti mill-awtoritajiet Ċeki u l-benefiċjarju tal-għajnuna.

(583)

Wara bbilanċjar bir-reqqa u b’kunsiderazzjoni tal-impenji offruti, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-miżura għandhom jinżammu għall-minimu meħtieġ u jiġu kkumpensati mill-effetti pożittivi tal-miżuri.

8.3.5.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(584)

Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni ssib li l-pakkett ta’ miżuri nnotifikat u sussegwentement emendat mill-awtoritajiet Ċeki, inklużi l-impenji pprovduti, huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

9.   KONKLUŻJONI

(585)

Il-miżura kif emendata hija kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(586)

Il-Kummissjoni tinnota li, għall-valutazzjoni, hi ġiet ipprovduta bl-abbozz tat-termini tal-Kuntratt ta’ Xiri, tal-Ftehim tal-Investitur, u tal-Assistenza Finanzjarja Ripagabbli kif miftiehem sal-lum bejn l-Istat Ċek, CEZ u EDU II. L-awtoritajiet Ċeki jiddikjaraw li l-bqija tat-termini u l-kundizzjonijiet kif ukoll id-dokumenti finanzjarji finali se jkun fihom klawżoli standard li kwalunkwe investitur ifittex għal proġett simili (ara l-premessa 194). Peress li l-Kummissjoni ma kellhiex l-opportunità li tivverifika d-dokumenti finali, jekk huma jemendaw il-miżura kif ippreżentata f’din id-Deċiżjoni, dawn ikollhom jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet Ċeki lill-Kummissjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna li ċ-Ċekja qed tippjana li timplimenta biex tappoġġa l-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari fis-sit ta’ Dukovany hija kompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2024.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU C 299, 5.8.2022, p. 5.

(2)  Disponibbli fuq: https://commission.europa.eu/publications/czech-draft-updated-necp-2021-2030_en?prefLang=mt.

(3)  Hodnocení zdrojové přiměřenosti ES ČR do roku 2040 (MAF CZ), 2019. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara: https://www.mpo.cz/assets/cz/energetika/elektroenergetika/2021/2/Hodnoceni-zdrojove-primerenosti-ES-CR-_2019__1.pdf.

(4)  Hodnocení zdrojové přiměřenosti ES ČR do roku 2040 (MAF CZ), 2022. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara: https://www.mpo.cz/assets/cz/energetika/elektroenergetika/2023/5/Hodnoceni-zdrojove-primerenosti-elektrizacni-soustavy-CR-2022.pdf.

(5)  LOLE tfisser “Loss of Load Expectation”, jiġifieri t-Telf tal-Aspettattiva tat-Tagħbija, u tirrappreżenta n-numru ta’ sigħat fis-sena li fihom, fuq terminu twil, huwa statistikament mistenni li l-provvista ma tissodisfax id-domanda.

(6)  L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-interkonnessjoni tas-sistemi tal-elettriku Ċeki u tal-ġirien kienet storikament b’saħħitha ħafna u li huma jistennew li l-iskambju tal-elettriku se jkompli jiżdied minħabba t-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija. Il-kapaċitajiet kurrenti ta’ interkonnessjoni tas-suq għaċ-Ċekja huma: CZ00-AT00: 900 MW, AT00-CZ00: 900 MW, CZ00-DE00: 2 800 MW, DE00-CZ00: 2 600 MW, CZ00-PLI0: 800 MW, PLE0-CZ00: 800 MW, CZ00-SK00: 2 000 MW, SK00-CZ00: 1 200 MW. Biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija mal-pajjiżi ġirien, hemm ippjanati diversi investimenti biex jiżdiedu l-kapaċitajiet eżistenti. B’mod partikolari, il-modernizzazzjoni tal-interkonnettur bejn il-Ġermanja u ċ-Ċekja hija skedata għall-2027-2028 u se tirriżulta f’żieda fil-kapaċità ta’ importazzjoni fis-suq ta’ 500 MW fiż-żewġ direzzjonijiet (jiġifieri, CZ00-DE00: 3 300 MW u DE00-CZ00: 3 100 MW). Interkonnettur ġdid bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja (Otrokovice-Ladce) huwa previst wara l-2035 u ż-żieda netta fil-kapaċità tas-suq li tirriżulta jenħtieġ li tkun ta’ madwar 500 MW fiż-żewġ direzzjonijiet. Għal aktar dettalji, ara l-Pjan għall-Iżvilupp Nazzjonali Ċek 2023-2032, disponibbli fuq: https://www.ceps.cz/en/transmission-system-development. L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li ċ-Ċekja hija l-uniku pajjiż fir-reġjun tal-Ewropa Ċentrali li jissodisfa l-marġni minimu ta’ 70 % disponibbli għall-kriterju tal-kummerċ transkonfinali (stabbilit fl-Art. 16(8) tar-Regolament (UE) 2019/943 dwar l-Elettriku).

(7)  L-Akkoppjament ta’ Diversi Reġjuni jgħaqqad is-swieq tal-elettriku ta’ 19-il pajjiż, li jirrappreżentaw madwar 85 % tal-konsum tal-enerġija Ewropea.

(8)  Reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità huwa żona ġeografika fejn il-kompiti tal-kalkolu tal-kapaċità huma kkoordinati mill-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni. Ir-reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità Core jikkonsisti fil-fruntieri taż-żona tal-offerti bejn l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Ir-reġjun Core huwa reġjun imwaqqaf mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, European Union Agency for the Cooperation of Energy Regulators) fid-Deċiżjoni tagħha tal-2019: https://www.acer.europa.eu/sites/default/files/documents/Individual%20Decisions/ACER%20Decision%2002-2019%20on%20CORE%20CCM_0.pdf.

(9)  Il-proġett tal-Core tal-Akkoppjament tas-Swieq ibbażat fuq il-Fluss għandu l-għan li jiżviluppa u jimplimenta l-operazzjoni ta’ kuljum ta’ akkoppjament tas-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem ibbażat fuq il-Fluss fir-Reġjun Core.

(10)   ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24.

(11)  Skont ir-riżultati tal-immudellar, in-nuqqas ta’ elettriku se jaffettwa l-Polonja, is-Slovakkja, l-Awstrija, l-Ungerija, il-Belġju, iżda wkoll, pereżempju, l-Italja, is-Serbja u l-Litwanja, li huma parti mir-reġjun CORE.

(12)  National Action Plan for the Development of the Nuclear Energy Sector in the Czech Republic, Data: it-22 ta’ Mejju 2015, https://www.mpo.cz/assets/en/energy/electricity/nuclear-energy/2017/10/National-Action-Plan-for-the-Development-of-the-Nuclear-_2015_.pdf.

(13)  Iż-żewġ unitajiet eżistenti fis-sit ta’ Temelín b’reatturi b’ilma pressurizzat VVER-1000/320 ġew ikkummissjonati fl-2002 u fl-2003, bi stennija ta’ tul tal-ħajja ta’ 60 sena. Flimkien, għandhom kapaċità installata ta’ 2,18 GW.

(14)  L-erba’ unitajiet eżistenti fis-sit ta’ Dukovany b’reatturi b’ilma pressurizzat VVER-440/213 ġew ikkummissjonati bejn l-1985 u l-1987, bi stennija inizjali tal-ħajja ta’ 30 sena li kompliet tiġi estiża b’ 20 sena. Flimkien, għandhom kapaċità installata ta’ 2,04 GW.

(15)  Ara l-premessa 8 u n-nota 2 f’qiegħ il-paġna hawn fuq.

(16)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Niżguraw il-futur tagħna: Il-mira klimatika Ewropea għall-2040 u l-perkors għan-newtralità klimatika sal-2050 u nibnu soċjetà sostenibbli, prospera u ġusta, is-6 ta’ Frar 2024, COM(2024) 63 final.

(17)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Il-Pjan REPowerEU, it-18 ta’ Mejju 2022, COM(2022) 230 final.

(18)  L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw l-importanza tas-sorsi rinnovabbli għall-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni taċ-Ċekja iżda jirrikonoxxu wkoll il-limitazzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni fuq skala kbira fiċ-Ċekja (ara l-premessa 9 hawn fuq). Barra minn hekk, iċ-Ċekja qieset alternattivi oħra (bħall-importazzjonijiet biex jiġi indirizzat id-defiċit tal-ġenerazzjoni jew il-ġenerazzjoni li taħdem bil-gass naturali), li ġew ippreżentati fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ (ara l-premessi 19-21). Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, iċ-Ċekja ddeċidiet li t-taħlita ta’ riżorsi nukleari u rinnovabbli għandha kostijiet tas-sistema aktar baxxi u għalhekk tirrappreżenta rotta kost-effiċjenti ta’ dekarbonizzazzjoni.

(19)  L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li l-LCA kienet preċeduta minn proċess estensiv ta’ konsultazzjoni fl-2020 u l-2021, li wera appoġġ wiesa’ mill-pubbliku (63-65 % fuq terminu twil) kif ukoll appoġġ politiku wiesa’.

(20)  Skont l-LCA, din id-Deċiżjoni ma tkoprix għajnuna possibbli mill-Istat għal proġetti oħra: tikkonċerna esklussivament l-appoġġ għall-Proġett.

(21)  ČEZ Group, 2022 Annual Financial Report, p. 2, disponibbli fuq: https://www.cez.cz/en/investors/financial-reports/annual-reports.

(22)  Għall-ispjegazzjonijiet, ara l-premessa 40 hawn taħt.

(23)  Għad-dettalji, ara l-premessi 170-180 hawn taħt.

(24)  Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Proġett Strateġiku huma li japprova l-Pjan tal-Proġett u l-aġġornamenti regolari tiegħu u l-kriterji għall-kontinwazzjoni u t-tlestija tal-Proġett; li jaħtar il-membri tal-Bord tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Proġett u li joħroġ direttivi għall-implimentazzjoni mill-Bord tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Proġett; li jiddeċiedi dwar kwalunkwe kwistjoni eskalata mill-Bord tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Proġett; li japprova t-tranżizzjoni tal-Proġett minn stadju għall-ieħor u jiddefinixxi l-kriterji ta’ aċċettazzjoni għat-twettiq tal-Proġett; li jivvaluta l-kundizzjonijiet tas-sikurezza tal-Proġett; li jivvaluta riskji sinifikanti għas-sigurtà u kwalunkwe inċident sinifikanti tas-sigurtà tal-Proġett u konsegwentement jimponi miżuri għall-mitigazzjoni u/jew ir-riżoluzzjoni tagħhom; li japprova l-evalwazzjoni finali tal-Proġett wara li jinħareġ iċ-Ċertifikat ta’ Aċċettazzjoni Finali fi tmiem il-perjodu ta’ garanzija.

(25)  L-istruttura ta’ governanza ta’ ČEZ u EDU II tista’ tiġi kkonsultata rispettivament fuq is-siti web li ġejjin: https://www.cez.cz/en/cez-group/cez/governing-bodies-of-cez u https://www.cez.cz/cs/o-cez/skupina-cez/vyznamne-spolecnosti-skupiny-cez/elektrarna-dukovany-ii/informace-o-spolecnosti. L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li EDU II hija entità kummerċjali separata li hija ġestita b’mod indipendenti mill-Bord tad-Diretturi tagħha u ssorveljata mill-Bord Superviżorju. B’mod speċifiku, il-Bord tad-Diretturi ta’ EDU II huwa obbligat jaġixxi f’konformità mal-kura maniġerjali dovuta u fl-interess tal-kumpanija. Mekkaniżmi ulterjuri biex tiġi żgurata l-indipendenza ta’ EDU II jinkludu d-drittijiet u l-obbligi definiti b’mod ċar stabbiliti f’termini kuntrattwali konklużi bejn ČEZ u EDU II, projbizzjoni fuq it-trasferiment tal-ishma ta’ EDU II, u projbizzjoni fuq it-trasferiment tal-proprjetà ta’ EDU II lill-Grupp ČEZ.

(26)  L-istruttura tal-azzjonisti ta’ ČEZ tista’ tiġi kkonsultata fuq is-sit web li ġej: https://www.cez.cz/en/investors/shares/structure-of-shareholders.

(27)  L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li t-termini tas-suq għall-kostijiet operatorji tal-SPV se jiġu żgurati meta mqabbla mal-kostijiet ta’ referenza ta’ negozjanti oħra li joperaw fl-istess suq. Kostijiet bħal dawn ikunu sorveljati u vverifikati regolarment. Il-kostijiet operatorji tal-SPV ikunu koperti minn dħul tas-suq ogħla mill-Prezz tal-Eżerċitar, jekk ikun hemm. Inkella, dawn ikunu koperti mill-Istat.

(28)  It-taqsima 6(1) tal-LCA tgħid: Il-Ministeru għandu jawtorizza entità legali 100 % proprjetà tal-Istat li jkollha liċenzja għan-negozjar bl-elettriku skont l-Att dwar l-Enerġija (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ l-“Entità Awtorizzata”) biex twettaq l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ ħruġ u l-obbligi relatati magħhom skont dan l-Att.

(29)  Analýza vhodného investorského modelu pro výstavbu nového jaderného zdroje a návrh možných modell-financování pro zajištění návratnosti investic (Kumitat Permanenti għall-Enerġija Nukleari, Analiżi ta’ mudell ta’ investitur xieraq għall-kostruzzjoni ta’ impjant ġdid tal-enerġija nukleari u proposta għal mudelli possibbli ta’ finanzjament biex jiġi żgurat redditu fuq l-investiment, Ġunju 2017).

(30)  Dak il-mudell ġie vvalutat ulterjorment f’rapport komplementari fl-2018: Analýza vybraných investorských modelů výstavby nových jaderných zdrojů a způsobu jejich financování. Dak ir-rapport qies il-kostijiet mistennija tal-produzzjoni unitarja tal-elettriku għall-varjanti differenti tas-sjieda, analiżi SWOT dettaljata ta’ kull varjant u kif kull varjant jissodisfa bl-aħjar mod l-objettivi tal-Politika Statali dwar l-Enerġija u l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Nukleari; u l-impatt fiskali ta’ kull mudell. Ir-rapport kien jinkludi wkoll valutazzjoni tar-riskju.

(31)   https://www.zakonyprolidi.cz/cs/2016-134#

(32)  Ara l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni, l-§ 29(1) ittra a) tal-Att Nru 134/2016 Coll., dwar l-akkwist pubbliku, il-15 ta’ Ġunju 2020, disponibbli fuq: https://uohs.gov.cz/cs/legislativa/verejne-zakazky.html. Fit-23 ta’ Jannar 2024, l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni kkonferma li dan japplika wkoll skont il-bidliet fil-proċess ta’ sejħa għall-offerti introdotti biex jintalbu offerti vinkolanti għal erba’ reatturi.

(33)  L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi kif emendat fit-30 ta’ Marzu 2012 (“GPA 2012”), https://www.wto.org/english/tratop_e/gproc_e/gp_gpa_e.htm.

(34)  Ara r-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 74 tal-31 ta’ Jannar 2024.

(35)   https://portal.cenia.cz/eiasea/detail/EIA_MZP469?lang=en.

(36)  Ara r-Regolament Delegat tal-Kummisjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1).

(37)  Ara r-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 24/2023 tal-11 ta’ Jannar 2023, disponibbli fuq https://www.odok.cz/portal/zvlady/jednani-detail/2023-01-11/.

(38)   “Kuntratt bidirezzjonali għad-differenza” jfisser kuntratt iffirmat bejn operatur ta’ faċilità għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u kontroparti, ġeneralment entità pubblika, li jipprovdi kemm protezzjoni fuq ir-remunerazzjoni minima kif ukoll limitu fuq ir-remunerazzjoni żejda; il-kuntratt huwa mfassal biex iżomm l-inċentivi għall-ġenerazzjoni tal-faċilità biex topera u tipparteċipa b’mod effiċjenti fis-swieq tal-elettriku.

(39)  Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-Perjodu ta’ Ħruġ tal-PC (jiġifieri l-perjodu li matulu japplika l-obbligu tax-xiri tal-enerġija tal-SPV) jibda mill-aktar kmieni minn (i) id-Data tal-Bidu, jiġifieri l-jum meta l-NPP tesporta l-ewwel elettriku fil-grilja u EDU II tkun innotifikat lill-Istat/SPV li tixtieq li d-Data tal-Bidu sseħħ soġġett għall-iskadenzi li għandhom jiġu definiti fil-PC u (ii) id-Data tal-Iskadenza, jiġifieri l-jum wara l-aħħar jum tat-Tieqa fil-Mira tal-Ikkummisjonar li tibqa’ għaddejja għal ħames snin li jibdew fid-Data fil-Mira tal-Ikkummisjonar. Id-Data fil-Mira tal-Ikkummisjonar se tiġi estiża biex tqis kwalunkwe dewmien ikkawżat minn avvenimenti li jikkostitwixxu Raġunijiet Leġittimi.

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li kwalunkwe dewmien fil-bidu tal-operazzjoni kummerċjali lil hinn mit-Tieqa fil-Mira tal-Ikkummisjonar, li hija definita bħala perjodu ta’ ħames snin li jibda fid-Data fil-Mira tal-Ikkummisjonar, effettivament iqassar it-tul ta’ żmien tal-PC.

(40)  Il-Power Exchange Central Europe hija l-kambju tal-enerġija li tispeċjalizza fis-swieq tal-enerġija tal-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk. Għal aktar dettalji ara: PXE - Power Exchange Central Europe, a.s.

(41)  Il-kumpens żejjed huwa indirizzat ukoll permezz tal-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitti (ara t-taqsima 3.6.7).

(42)  Ara l-premessa 124 hawn taħt.

(43)  Dan il-valur huwa f’termini reali, fi prezzijiet tal-2020. L-awtoritajiet Ċeki jistmaw li l-valur ekwivalenti f’termini reali, fi prezzijiet tal-2025 se jkun EUR [minn 50 sa 100] EUR/MWh.

(44)  Is-segwitu tat-tagħbija, f’dan il-kuntest, tirreferi għall-aġġustament tal-output tal-enerġija tal-NPP biex tiġi ottimizzata l-produzzjoni b’reazzjoni għall-prezzijiet tal-elettriku li jvarjaw matul il-jum. Għal aktar informazzjoni, ara l-premessa 187.

(45)  Is-CPI taċ-Ċekja jikkorrispondi għaż-żieda fl-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur annwali medju fir-Repubblika Ċeka kif ippubblikat mill-Uffiċċju Ċek tal-Istatistika, ara https://www.czso.cz/csu/czso/inflation_rate.

(46)  Il-PPI taċ-Ċekja jikkorrispondi għall-indiċi totali tal-prezzijiet tal-produtturi industrijali fir-Repubblika Ċeka kif ippubblikat mill-Uffiċċju Ċek tal-Istatistika, (industry-total), ara https://www.czso.cz/csu/czso/ipc_ts.

(47)  Il-PPI tal-UE jikkorrispondi għall-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi industrijali fl-Unjoni Ewropea (Prezzijiet tal-produtturi fl-industrija, totali) kif ippubblikat mill-Eurostat, ara https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/teiis010/default/table?lang=en&category=t_sts.t_sts_ind.t_sts_ind_pric.

(48)  L-indiċi tal-pagi fl-industrija taċ-Ċekja jikkorrispondu għall-bidla perċentwali annwali tal-paga grossa medja fl-industrija kif ippubblikata mill-Uffiċċju Ċek tal-Istatistika (l-industrija tal-pagi medji, totali), ara https://www.czso.cz/csu/czso/pmz_ts.

(49)  Abbażi tad-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-PC, l-avvenimenti li ġejjin jitqiesu bħala Raġunijiet Leġittimi: bidliet fil-kostijiet tal-finanzjament tal-RFA jew revoki unilaterali jew bidliet fl-RFA, Deċiżjoni Finali dwar l-Investiment Imdewma, Bidla fil-Liġi, Ksur tal-Obbligi mill-Istat jew mill-Entitajiet tal-Istat, Rekwiżiti tas-Sigurtà, Rekwiżiti tal-Awtoritajiet, Diżastri naturali jew avvenimenti simili, Avvenimenti lil hinn mill-kontroll ta’ EDU II, Kwistjonijiet tal-infrastruttura u tal-grilja elettrika.

(50)  It-tariffa possibbli u l-eżenzjonijiet possibbli tagħha huma barra mill-ambitu ta’ din il-proċedura.

(51)  Matul il-perjodu tal-PC, l-SPV, jew entità barra minn ČEZ Group li lilha l-SPV iddelegat din l-attività, se tkun responsabbli għall-bejgħ tal-output. B’mod eċċezzjonali, jekk l-SPV tonqos milli toħroġ il-Volum tal-Output jew kwalunkwe parti minnu, EDU II tbigħ l-elettriku bħala prenditur tal-prezzjiet fis-suq spot (ara l-premessa 83). Wara l-perjodu tal-PC, EDU II jew entità li tiddelega l-attività ta’ negozjar se tkun direttament responsabbli għall-bejgħ tal-output. L-impenji għan-negozjar tal-enerġija japplikaw għal kwalunkwe waħda miż-żewġ entitajiet li jbigħu l-elettriku prodott mill-NPP matul il-ħajja mistennija tiegħu, kif ukoll lil kwalunkwe entità li huma jistgħu jiddelegaw l-attivitajiet ta’ negozjar tagħhom.

(52)  Il-fattur tal-bejgħ sfurzat huwa kejl tal-likwidità tas-suq u huwa definit bħala l-volum globali nnegozjat permezz tas-suq espress bħala multiplu ta’ konsum fiżiku.

(53)  Premessa 67 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(54)  Premessa 71 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(55)  Premessi 207 u 208 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(56)  Taqsima 4.4.2.5 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(57)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-1 ta’ Marzu 2024. L-awtoritajiet Ċeki jispjegaw li huma użaw l-approċċ Harris-Pringle biex jistmaw il-beta ingranat. Skont dan l-approċċ, it-tarka tat-taxxa fuq l-imgħax (jiġifieri, it-tnaqqis tat-taxxa li jirriżulta minn tnaqqis permess mill-introjtu taxxabbli) ma tintużax fl-aġġustamenti tal-ingranaġġ għall-beta. Il-formula Harris-Pringle hija din li ġejja:

Formula
, fejn β L huwa l-beta ingranat, β U huwa l-beta mhux ingranat, β D huwa l-beta tad-dejn, D huwa d-Dejn u E hija l-Ekwità. Iċ-Ċekja tiddikjara wkoll li dan l-approċċ jikkorrispondi għall-Mudell Finanzjarju, fejn il-flussi tal-flus kollha li huma skontati bil-kost tal-kapital huma wara t-taxxa u jinkludu kwalunkwe tarki tat-taxxa.

(58)  Dan il-primjum huwa “l-primjum għall-kostruzzjoni u l-operazzjonijiet nukleari” deskritt fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, imsemmi mill-ġdid miċ-Ċekja bħala “primjum tar-riskju maġġuri awtonomu” jew “SMRP”.

(59)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-1 ta’ Marzu 2024 u s-26 ta’ Frar 2024.

(60)  Għall-bond AAA Euro, dak ta’ 10 snin huwa l-bond bl-itwal maturità.

(61)  Iċ-Ċekja tispjega li filwaqt li l-medji fuq terminu qasir jipprovdu riflessjoni aktar preċiża tal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u s-sentiment tal-investituri, minħabba l-volatilità osservata fid-data tal-bonds tal-gvern, li sempliċiment ir-rata mingħajr riskju tkun ibbażata fuq data spot volatili tista’ ma tkunx prudenti għal proġetti infrastrutturali ta’ termini fit-tul ħafna, bħall-NPP. It-teħid ta’ medja ta’ terminu twil itaffi l-volatilità assoċjata tad-data u jista’ jipprovdi stampa aktar ibbilanċjata u jippermetti li s-swieq jiġu kkoreġuti (bħal pereżempju, riverżjoni medja). Is-sottomissjoni taċ-Ċekja datata d-9 ta’ Jannar 2024.

(62)  L-approċċ tar-regolatur Ċek għall-istabbiliment tal-RfR huwa bbażat fuq basket ta’ bonds tal-gvern maħruġa mir-Repubblika Ċeka b’maturità residwa medja ta’ 10 snin. Dawn il-bonds huma denominati fi krona Ċeka. Madankollu, peress li l-finanzi tal-proġett EDU II huma kollha bbażati fl-ewro, l-RFR kien ibbażat fuq il-bonds tal-gvern Ewropew u bonds korporattivi bi klassifikazzjoni għolja.

(63)  Ara l-Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja u s-sottomissjoni taċ-Ċekja datati d-9 ta’ Jannar 2024, li juru primjum ta’ 0,6 %. Damodaran (Lulju 2023), https://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/pc/datasets/ctrypremJuly23.xlsx.

(64)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-1 ta’ Marzu 2024 u s-26 ta’ Frar 2024.

(65)  Dawn iċ-ċifri huma mill-bażi tad-data globali tal-primjum tar-riskju tal-ekwità ta’ Lulju 2023 żviluppata mill-Prof. A. Damodaran (“Damodaran”) tal-Università ta’ New York (https://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/pc/datasets/ctrypremJuly23.xlsx). Għal dan, Damodaran juża l-primjum tar-riskju tal-ekwità implikat tal-S&P 500. Ladarba jiġi definit il-primjum tas-suq matur (5 % f’dan is-sett ta’ data), Damodaran jistma l-firxa prestabbilita, jew il-primjum tar-riskju tal-pajjiż, tal-pajjiż inkwistjoni. Il-primjum tar-riskju tas-suq għar-Repubblika Ċeka jingħata mis-somma tal-primjum tar-riskju tal-ekwità tal-pajjiż ta’ terminu twil (5 %) u l-primjum tar-riskju tal-pajjiż Ċek (ta’ 0,3 % u 0,9 %). Il-primjum tar-riskju tal-pajjiż Ċek huwa stmat billi jiġu segwiti żewġ metodoloġiji. L-ewwel metodoloġija, li tagħti primjum ta’ 0,3 %, hija bbażata fuq il-firxa tal-Iswap ta’ Inadempjenza tal-Kreditu (CDS, Credit Default Swap) bejn il-Ġermanja (0,22 %, fuq it-tab “10-year CDS Spreads” tal-fajl excel imsemmi hawn fuq) u r-Repubblika Ċeka (0,45 %, fuq it-tab “10-year CDS Spreads” tal-fajl excel imsemmi hawn fuq), li mbagħad tiġi mmultiplikata b’multiplikatur ta’ 1,4, kif muri fis-sett ta’ data ta’ Damodaran. It-tieni metodoloġija, li tagħti primjum ta’ 0,9 %, hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu tar-Repubblika Ċeka ta’ Aa3, li tirriżulta f’firxa ta’ 0,64 %, li mbagħad tiġi mmultiplikata bil-multiplikatur ta’ 1,4, bħal hawn fuq.

(66)  Il-bażi tad-data żviluppata mill-Prof. P. Fernandez (“Fernandez”) tal-IESE Business School tal-Università ta’ Navarra. Din il-bażi tad-data hija r-riżultat ta’ stħarriġ imwettaq minn Fernandez et al dwar ir-rata mingħajr riskju u l-primjum tar-riskju tas-suq użati fl-2023 għal 80 pajjiż (ara Fernandez et al (2023), “Survey: Market Risk Premium and Risk-Free Rate used for 95 80 countries in 2023, 2Survey: Market Risk Premium and Risk-Free Rate used for 80 countries in 2023” minn Pablo Fernandez, Diego García de la Garza, Javier Fernandez Acin: SSRN https://papers.ssrn.com/sol3/papers.cfm?abstract_id=4407839).

(67)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-1 ta’ Marzu 2024.

(68)  Il-kumpaniji kkunsidrati huma: RWE, ČEZ, Fortum, EDF, Engie, Iberdrola, Uniper, Centrica, Nuclearelectrica. Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata s-27 ta’ Frar 2024.

(69)  Iċ-Ċekja tispjega li l-analiżi tagħha ssegwi l-approċċ Modigliani u Miller, li juża l-univers ta’ valutazzjoni komparattiva preskritta biex tikseb l-istima għall-beta (tal-assi) mhux ingranat ta’ EDU II. Dan imbagħad jerġa’ jiġi ingranat biex jasal għall-istima korrispondenti għall-beta (tal-ekwità) ingranat (ibbażat fuq suppożizzjoni beta ta’ dejn żero). Biex tistma l-beta mhux ingranat, iċ-Ċekja ffukat fuq stimi ta’ sentejn u ħames snin kull ġimgħa biex twettaq l-analiżi tagħha. B’mod partikolari, il-beta ġie kkalkulat bl-użu tal-approċċ Damodaran, li jikkonsisti fl-għażla tal-betas għall-kumpaniji pari għall-prezzijiet fil-ġimgħa ta’ sentejn (b’piż ta’ 66,7 %) u l-prezzijiet fil-ġimgħa ta’ ħames snin (b’piż ta’ 33,3 %). Ara https://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/datafile/variable.htm. Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata s-27 ta’ Frar 2024.

(70)  Is-sottomissjoni taċ-Ċekja dwar ir-RoE bid-data tal-10 ta’ Jannar 2024.

(71)  Il-beta tal-assi tista’ tinqasam f’beta tal-ekwità, l-iskopertura tal-azzjonisti għal riskju sistematiku, u beta tad-dejn, l-iskopertura tad-detenturi tal-bonds għal riskju sistematiku. Fil-kalkolu tal-beta tal-assi, il-betas tad-dejn u tal-ekwità jiġu pponderati skont il-proporzjon tad-dejn u l-ekwità fl-istruttura tal-kapital.

(72)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata d-9 ta’ Jannar 2024.

(73)  Is-sors taċ-Ċekja huwa s-settur tal-utilitajiet tal-ilma regolati tar-Renju Unit, fejn jintuża beta tad-dejn ta’ bejn iż-0,15 u ż-0,05 (ara l-metodoloġija tar-rieżami tal-prezzijiet finali mir-regolatur tas-settur tal-ilma, Ofwat, Diċembru 2022, https://www.ofwat.gov.uk/wp-content/uploads/2022/12/PR24_final_methodology_Appendix_11_Allowed_return.pdf).

(74)  F’dan il-kuntest, l-ingranaġġ huwa definit bħala dejn fuq il-kapital, fejn il-kapital huwa s-somma tad-dejn u l-ekwità.

(75)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-21 ta’ Marzu 2024.

(76)  Fis-sottomissjoni tagħha tad-9 ta’ Jannar 2024, iċ-Ċekja tispjega li skont l-istruttura ta’ finanzjament ta’ EDU II, il-livell ta’ ingranaġġ tal-proġett ivarja maż-żmien. Għandha ingranaġġ ta’ aktar minn 90 % matul il-kostruzzjoni li jonqos matul il-ħajja tal-proġett hekk kif l-RFA titħallas lura. Iċ-Ċekja tispjega wkoll li l-implikazzjoni tal-ingranaġġ varjant taż-żmien ta’ EDU II hija li, skont il-qafas standard tas-CAPM, ir-redditu fuq l-ekwità meħtieġ jeħtieġ li jkun korrelatat b’mod pożittiv mal-ingranaġġ peress li l-investituri tal-ekwità għandhom it-tendenza li jirrikjedu redditu ogħla meta jiżdied l-ingranaġġ. Minħabba dan, il-qafas tas-CAPM jistenna li r-RoE jkun bħala varjant taż-żmien biex jirrifletti din id-dinamika relattiva bejn ir-redditu tal-ekwità u l-ingranaġġ effettiv. Iċ-Ċekja mbagħad tiddikjara li minħabba li l-mekkanika tal-Mudell Finanzjarju kurrenti jassumi RoE annwali kostanti matul il-ħajja tal-proġett, dan mhuwiex konsistenti ma’ kif ir-RoE jenħtieġ li jiġi pprezzat minħabba n-natura varjanta taż-żmien tal-ingranaġġ annwali ta’ EDU II. Biex dan jiġi indirizzat, għandu bżonn jiġi kkalibrat livell ta’ ingranaġġ annwali “effettiv” kostanti biex jiġi żgurat li (1) l-evoluzzjoni tal-iskopertura għar-riskju ta’ ekwità matul il-ħajja tal-proġett ta’ EDU II tiġi pprezzata b’mod preċiż u (2) jintuża RoE annwali kostanti fil-qafas tas-CAPM konsistenti mal-mekkanika kurrenti tal-Mudell Finanzjarju. Għalhekk, medja sempliċi tal-ingranaġġ maż-żmien ma tirriflettix verament il-livell ta’ riskju li l-Proġett huwa espost għalih, u fl-istess ħin il-livell ta’ redditu tal-ekwità li jkun meħtieġ mill-investituri. Pereżempju, minħabba l-istess livell ta’ ingranaġġ medju annwali sempliċi, l-esponiment għar-riskju ta’ ekwità għall-Proġett, li għandu ingranaġġ ogħla matul il-fażi ta’ kostruzzjoni, ikun akbar milli matul il-fażi operazzjonali li għandha ingranaġġ aktar baxx. Dan minħabba li l-fażi tal-kostruzzjoni ġġorr riskju materjalment ogħla għall-investituri tal-ekwità milli għall-operazzjonijiet. Fid-dawl ta’ dan, iċ-Ċekja ppreżentat it-tliet approċċi alternattivi bħala indikatur tal-ingranaġġ effettiv li jikkontribwixxi għall-istima tar-RoE. Dawn l-approċċi alternattivi ġew dettaljati fis-sottomissjoni taċ-Ċekja tad-9 ta’ Jannar 2024 kif ukoll fis-sottomissjoni taċ-Ċekja tat-8 ta’ Novembru 2023.

(77)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata d-9 ta’ Jannar 2024.

(78)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata d-9 ta’ Jannar 2024.

(79)  Iċ-Ċekja tinnota wkoll li r-riżultati jaqblu b’mod ġenerali mal-analiżi tar-riskju ma’ proġetti nukleari li jinsabu fil-parti ta’ fuq tal-ispettru tar-riskju u li b’mod korrispondenti juru livell għoli ta’ ritorni; il-komparaturi nukleari jikkoinċidu mal-medda stmata tar-RoE; Il-kontrolli tal-prezzijiet regolatorji Ċeki juru redditi relattivament stabbli matul il-perjodi ta’ kontroll 2021-25. Dan huwa wieħed mill-aktar komparaturi baxxi tal-parametru referenzjarju u jaqbel mal-kategorizzazzjoni tar-riskju “Baxx” mill-eżerċizzju tal-analiżi tar-riskju. Barra minn hekk, tnejn mill-proġetti komparaturi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku Ġermaniżi (Hard Coal u CGGT) għandhom livelli ta’ redditu tal-ekwità li huma konformi u kemxejn aktar baxxi mill-proġetti ta’ ġenerazzjoni nukleari, primarjament minħabba r-riskju ta’ kostruzzjoni u ta’ operat ferm aktar baxx. Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata d-9 ta’ Jannar 2024.

(80)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8.10.2014 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għall-Appoġġ tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Hinkley Point C.

(81)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6.3.2017 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.38454 (2015/C) (ex 2015/N) li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta għall-appoġġ tal-iżvilupp ta’ żewġ reatturi nukleari ġodda fl-impjant tal-enerġija nukleari Paks II.

(82)  Fraunhofer ISE (2021), “Levelisted cost of electricity renewable energy technologies”, https://www.ise.fraunhofer.de/en/publications/studies/cost-of-electricity.html.

(83)  Il-Forum Dinji dwar l-Industrija tatat-Teknoloġija Eolika lil hinn mill-Kosta (2022), Financing Offshore Wind, WFO_FinancingOffshoreWind_2022.pdf (wfo-global.org).

(84)  L-Uffiċċju Regolatorju tal-Enerġija (ERÚ, Energetický Regulační Úřad) (2020), paġna 154, (https://www.eru.cz/en/price-control-principles-2021-2025-regulatory-period-electricity-and-gas-industries-and-market). L-ERÚ (2020), paġna 154, (https://www.eru.cz/en/price-control-principles-2021-2025-regulatory-period-electricity-and-gas-industries-and-market).

(85)  Iċ-Ċekja tirrapporta li l-YieldCos huma klassi ta’ assi ta’ kumpaniji nnegozjati pubblikament li huma ffukati fuq assi operazzjonali tal-enerġija rinnovabbli. Sitt kumpaniji kkunsidrati minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023, li minnhom tnejn kienu ppubblikaw rapporti fl-2023 u indikaw l-ingranaġġ korrispondenti u l-valuri tar-RoE ingranat. L-ingranaġġ fil-livell inferjuri ttieħed mill-prestazzjoni tal-portafoll, bil-limitu superjuri jirreferi għall-massimu permess fil-politika ta’ investiment tagħhom: L-Ingranaġġ skont The Renewables Infrastructure Group (TRIG): https://www.trig-ltd.com/wp-content/uploads/2023/08/TRIG-H1-2023-Interim-Results-Presentation.pdf; Ir-RoE Ingranat skont TRIG: https://www.trig-ltd.com/wp-content/uploads/2023/02/TRIG-2022-Annual-Report.pdf; L-Ingranaġġ u r-RoE Ingranat skont Greencoat UK Wind PLC (UKW): https://www.greencoat-ukwind.com/~/media/Files/G/GreenCoat-UKWind/documents/Results/2911%20Greencoat%20Interim%20Report_CL.pdf.

(86)  Sottomissjoni taċ-Ċekja datata d-9 ta’ Jannar 2024.

(87)  Sottomissjoni taċ-Ċekja datata d-9 ta’ Jannar 2024.

(88)  Iċ-Ċekja tispjega li l-kost tad-dejn ta’ 3,5 % ġie stmat bl-użu ta’ data reċenti dwar il-kurva tar-rendiment tal-bonds tal-gvern tar-Repubblika Ċeka. Bl-użu ta’ approssimazzjoni lineari bejn il-kwotazzjonijiet disponibbli tat-20Y u tal-50Y, ir-rata rilevanti ta’ 30Y hija ta’ 4,04 % fil-krona Ċeka. Peress li l-gvern Ċek ma għandux bonds fit-tul f’EUR, ġiet stmata rata f’EUR rilevanti bl-użu ta’ kwotazzjonijiet tal-prezz fuq ir-rati forward tas-suq tal-kambju (FX, foreign exchange market) CZK/EUR biex tiġi kkalkulata r-rata tal-imgħax fissa. Abbażi ta’ din l-analiżi, ir-rata fissa rilevanti f’EUR hija c. 2,5 %. Iż-żieda tal-marġni msemmi hawn fuq ta’ 1 % tirriżulta f’kost tad-dejn stmat ta’ 3,5. Ara s-sottomissjonijiet taċ-Ċekja datati l-1 ta’ Marzu 2024 u s-7 ta’ Marzu 2024.

(89)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata s-7 ta’ Marzu 2024. Wara l-PC, iċ-Ċekja tispjega li l-proġett jista’ jiġbor dejn kummerċjali mill-2081 sal-2095 fl-ammont ta’ EUR 304 miljun, jew 3 % tal-RFA, biex jirrifletti l-aspettattiva li l-investitur ifittex li jiffinanzja mill-ġdid il-proġett mal-iskadenza tal-PC biex jimmaniġġja l-portafoll tal-assi tiegħu b’mod aktar effiċjenti. Id-dejn kummerċjali huwa mistenni li jiġi prelevat wara l-perjodu tal-PC b’ kost ta’ 5,5 %. Din iċ-ċifra ġiet stmata bl-użu tal-kost tad-dejn għall-RFA (jiġifieri, 3,5 %) bħala parametru referenzjarju. Minħabba l-iskopertura sħiħa tal-prezz tas-suq lejn tmiem il-ħajja tal-proġett, ġie miżjud marġni ta’ 2 % ma’ 3,5 % biex jiġi stmat il-kost tad-dejn kummerċjali f’dak l-istadju. Ara wkoll il-Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja.

(90)  Ara d-data tas-sottomissjoni taċ-Ċekja t-13 ta’ Ottubru 2023 u l-1 ta’ Marzu 2024.

(91)  Iċ-Ċekja tispjega li dan l-approċċ huwa differenti mill-approċċ tal-finanzi korporattivi fejn il-valwazzjoni titwettaq fuq il-fluss tal-flus liberi għad-ditta u l-aġġustament tat-tarka tat-taxxa fid-WACC (fejn is-CoD jiġi mmultiplikat b’fattur (1-t), fejn t hija r-rata tat-taxxa) huwa meħtieġ biex ikopri l-implikazzjoni tal-istruttura finanzjarja fuq it-taxxi, li mhumiex riflessi direttament fil-mudell. Għalhekk, dan l-aġġustament mhuwiex applikabbli għall-mudell ta’ finanzjament tal-proġetti użat f’dan il-każ. Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-21 ta’ Frar 2024.

(92)  Sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-1 ta’ Marzu 2024 u l-Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja.

(93)  Disponibbli għall-membri fuq https://europeanutilityrequirements.eu/.

(94)  Din ir-rata tal-imgħax se tapplika sal-għoti tal-liċenzja għall-operat tal-NPP. Ara t-Taqsima 9, is-subtaqsima (f) u t-Taqsima 4(2) tal-Att dwar il-Liġi Atomika (it-tħadim tal-installazzjoni nukleari).

(95)  Din ir-rata tal-imgħax se tapplika wara l-għoti tal-liċenzja għall-operat tal-NPP mill-benefiċjarju. Ara t-Taqsima 9, is-subtaqsima (f) u t-Taqsima 4(2) tal-Att dwar il-Liġi Atomika (it-tħadim tal-installazzjoni nukleari).

(96)  It-terminu “Inadempjenza Finanzjarja” huwa ddefinit fil-Paragrafu 6 tad-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ftehim tal-Investitur.

(97)  Skont id-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ftehim tal-Investitur, l-obbligi ta’ Impenn tal-Ekwità ta’ ČEZ jikkonċernaw l-obbligu tagħha li tipprovdi finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma Kontinġenti miftiehem għall-Proġett sa limitu massimu totali ta’ EUR 1,95 biljun.

(98)  Ara l-premessa 104 hawn fuq għal definizzjoni ta’ Raġunijiet Leġittimi.

(99)  L-“Opzjoni Put” tikkonċerna d-dritt ta’ ČEZ li tbigħ lill-Istat l-ishma kollha f’EDU II meta jseħħu ċerti avvenimenti.

(100)  L-“Opzjoni Call” tikkonċerna d-dritt tal-Istat Ċek li jixtri mingħand ČEZ l-ishma kollha f’EDU II meta jseħħu ċerti avvenimenti.

(101)   “Raġunijiet Leġittimi” jfissru l-avvenimenti u ċ-ċirkostanzi li se jiġu speċifikati fil-PC (u li diġà huma ankrati fl-Ewwel Kuntratt ta’ Implimentazzjoni), li huma relatati ma’ bidliet fil-kundizzjonijiet tal-RFA, dewmien fid-deċiżjoni finali dwar l-investiment mill-Gvern Ċek, adozzjoni, bidla jew kanċellazzjoni ta’ kwalunkwe liġi jew regolament applikabbli relatat mal-Proġett, ksur ta’ obbligi speċifikati mill-Istat jew Entitajiet Statali li jabilitaw il-Proġett u kwistjonijiet ta’ infrastruttura u tal-grilja, rekwiżiti tal-Istat relatati ma’ interessi ta’ sigurtà nazzjonali u implikazzjonijiet relatati, eċċ.

(102)  Il-mira tad-disponibbiltà [minn 75 sa 100] % hija stabbilita bħala bażi għar-remunerazzjoni. Madankollu, id-differenzi fl-iskedi tad-disponibbiltà skont it-teknoloġija magħżula jista’ jkollhom impatt fuq il-Mudell Finanzjarju.

(103)  Il-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkopru s-sostituzzjoni u r-rinnovazzjoni maġġuri tal-komponenti fl-NPP. L-offerta ta’ suċċess għall-EPC se tagħti dettalji dwar l-iskeda mistennija ta’ sostituzzjoni u rinnovazzjoni maġġuri. Dawn il-kostijiet ma jinkludux il-kostijiet tal-estensjoni tul il-ħajja.

(104)  L-att ġie emendat l-aħħar fl-2023 u huwa disponibbli fuq: https://www.zakonyprolidi.cz/cs/2012-165.

(105)  Il-“każ realistiku” huwa t-terminoloġija ta’ ČEZ għal xenarju alternattiv li jassumi żieda ta’ +10 % fil-kostijiet mil-lum għall-għada għall-Proġett, bil-kostijiet ikklassifikati bħala mhux leġittimi.

(106)  Disponibbli fuq: https://mpo.cz/cz/energetika/novy-jaderny-zdroj/rozvoj-novych-jadernych-zdroju/.

(107)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessi 191-193.

(108)   Ibid., il-premessi 197-198. B’mod speċifiku, il-kuntratt ta’ ħruġ għal Hinkley Point C ġie konkluż għal 35 sena, filwaqt li l-perjodu ta’ ħlas lura tal-RFA f’PAKS II kien biss ta’ 21 sena u l-miżura ma kienet akkumpanjata minn ebda forma oħra ta’ għajnuna operattiva.

(109)   Ibid., il-premessi 207-208.

(110)   Ibid., il-premessa 205.

(111)   Ibid., il-premessa 209.

(112)   Ibid., il-premessa 215.

(113)   Ibid., il-premessi 217-218.

(114)   Ibid., il-premessi 221-223.

(115)   Ibid., il-premessa 224.

(116)   Ibid., il-premessi minn 182 sa 184.

(117)  Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, it-terminu ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija (“PPA” (power purchase agreement)) intuża biex jiddeskrivi l-kuntratt ta’ ħruġ. Matul l-investigazzjoni formali, iċ-Ċekja aġġornat dan it-terminu fil-kuntratti tagħha u għażlet it-terminu PC. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, din id-Deċiżjoni tuża t-terminu aġġornat li jirrifletti b’mod korrett il-miżura kurrenti.

(118)   L-ewwel nett, l-awtoritajiet Ċeki indikaw diversi eżempji ta’ proġetti li qed jiġu abbandunati bħala riżultat tal-iskala sinifikanti tal-falliment tas-suq tar-rekwiżiti kapitali. B’mod speċifiku, huma identifikaw Horizon fir-Renju Unit, Belene fil-Bulgarija u l-proġett ta’ Virgil C. Summer fl-Istati Uniti. It-tieni, l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li l-proġett Temelín II (Unitajiet 3 u 4) fiċ-Ċekja ġie abbandunat parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ appoġġ li jtaffi r-riskji ta’ volatilità tal-prezzijiet tas-suq mill-Istat. It-tielet, iċ-Ċekja spjegat li proġetti nukleari ġodda huma esposti għall-bidliet politiċi tul il-ħajja tal-proġetti u tali bidliet jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-vijabbiltà u l-finanzjabbiltà tal-proġetti. L-awtoritajiet Ċeki semmew il-proġetti ta’ Olkiluoto 4 u Hanhikivi 1 fil-Finlandja li ġew abbandunati bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet ta’ politika.

(119)  Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessi 60-65.

(120)  Ara t-Taqsima 51(2) tal-Att Atomiku, disponibbli fuq: https://sujb.gov.cz/fileadmin/sujb/docs/legislativa/zakony/Act_263_2016_web.pdf.

(121)  Skont iċ-Ċekja, dan iseħħ abbażi ta’ suppożizzjonijiet riveduti permezz tal-proċess ta’ sejħa għall-offerti tal-EPC tas-suq li jinkorpora l-aħħar riflessjoni dwar is-suq fi kwalunkwe suppożizzjonijiet użati f’perjodu fit-tul.

(122)  Iċ-Ċekja targumenta li filwaqt li f’Hinkley Point C jeħtieġ li r-redditi jiżdiedu b’26,7 % ogħla mir-redditu inizjali tal-IRR (9,02 %) qabel ma jkun hemm xi kondiviżjoni, il-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-profitt tal-Proġett japplika għal kwalunkwe kumpens żejjed ogħla mir-redditu inizjali tal-IRR.

(123)  B’mod speċifiku, l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li fil-każ ta’ Hinkley Point C, il-promotur tal-proġett kien ukoll il-fornitur tat-teknoloġija li kkunsinja parti kbira mit-tagħmir u mill-inġinerija, li ġiet ipprovduta permezz ta’ aktar minn 180 kuntratt dirett. Minħabba li l-iżviluppatur tal-proġett huwa wkoll figura prominenti fil-katina tal-provvista tat-teknoloġija, iċ-Ċekja targumenta li hija tipproċessa kontroll u kapaċità akbar li twassal għall-kumpens żejjed għas-suppożizzjonijiet sottostanti u l-kostijiet tat-trasferiment.

(124)   https://www.wano.info/

(125)   https://www.europeanutilityrequirements.eu/fr.

(126)   https://www.epri.com/

(127)   https://www.world-nuclear.org/

(128)   https://snetp.eu/nugenia/

(129)  Is-simulazzjonijiet fi tliet xenarji tal-Operatur Ċek tas-Sistema ta’ Trażmissjoni dwar il-previżjonijiet tal-adegwatezza ta’ nofs it-terminu (jiġifieri, (i) ix-xenarju progressiv li skontu d-dekummissjonar tal-ġenerazzjoni mill-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam huwa skedat sal-2033, (ii) ix-xenarju konservattiv li taħtu huwa skedat id-dekummissjonar tal-ġenerazzjoni mill-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam fl-2038, u (iii) ix-xenarju ta’ referenza li taħtu huwa skedat id-dekummissjonar tal-ġenerazzjoni mill-impjanti tal-enerġija mħaddma bil-faħam fl-2040) juru l-importanza tal-ikkummissjonar f’waqtu ta’ sors nukleari ġdid biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku taċ-Ċekja u l-awtosuffiċjenza.

(130)  Bħala eżempju, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li l-ħatra ta’ EDF għal Hinkley Point C saret wara konsultazzjoni ta’ espressjoni ta’ interess li għaliha EDF kienet l-unika rispondent, filwaqt li għal Paks II, MVM Paks II inħatret mingħajr proċess ta’ kompetizzjoni miftuħa peress li f’dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda alternattiva kredibbli oħra fis-suq.

(131)  Referenza għat-tweġibiet miċ-Ċekja datati s-16 ta’ Marzu 2023, tweġiba għall-mistoqsija 20.

(132)  Oxera Consulting LLP, 2021, L-Impatt ta’ Dukovany fis-suq tal-elettriku tal-Ewropa Ċentrali (The impact of Dukovany on the Central European electricity market) (ir-“rapport ta’ Oxera”).

(133)  Ikkalkulat abbażi tal-ġenerazzjoni annwali ta’ 9 TWh immultiplikat b’50 EUR/MWh.

(134)  Ikkalkulat abbażi ta’ 21 % tal-ġenerazzjoni annwali ta’ 40 TWh immultiplikat b’2 EUR/MWh b’inflazzjoni għall-prezzijiet reali tal-2020.

(135)  Il-grad speċifiku ta’ modulazzjoni tal-NPP jiġi ddeterminat mit-teknoloġija tal-EPC li għandha tintgħażel.

(136)  Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li ma jkunx ekonomikament razzjonali għal EDU II li tipproduċi taħt il-limitu inferjuri (jiġifieri, 84 %), li huwa l-ammont li fih il-fluss tal-flus għas-servizzi tad-dejn ikun insuffiċjenti.

(137)  Ara r-rapport ta’ Oxera.

(138)  Ara l-premessa 13 u n-nota sitta f’qiegħ il-paġna 6.

(139)  Il-grupp ČEZ għandu 61 % tal-assi tal-ġenerazzjoni taċ-Ċekja, 35 % tal-Fornituri u 53 % tal-estrazzjoni tal-linjite minn Diċembru 2022. Ara ČEZ Group, Clean Energy of Tomorrow, Investment Story, Diċembru 2023 https://www.cez.cz/webpublic/file/edee/ospol/fileexport/investors/investment-stories2022.

(140)  Is-suq ġeografiku rilevanti għall-Proġett jikkonsisti fiċ-Ċekja u l-pajjiżi ġirien tagħha bi swieq tal-elettriku interkonnessi (jiġifieri l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Polonja u s-Slovakkja).

(141)  L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li għalkemm iċ-Ċekja qed tersaq lejn l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-pajjiż għandu potenzjal limitat għall-espansjoni tal-ġenerazzjoni tar-RES fuq skala akbar minħabba l-ġeografija, il-ġeoloġija u l-klima, flimkien mal-kost għoli tat-teknoloġiji disponibbli.

(142)  Il-kapaċitajiet kollha tal-ġenerazzjoni tal-linjite u tal-faħam iebes, potenzjalment minbarra xi wħud mill-impjant ta’ sħana u enerġija kkombinati (“CHPs”, combined heat and power plant), huma mistennija li jagħlqu sal-2038 bħala parti minn pjan reċenti biex jitneħħew gradwalment u totalment l-impjanti tal-enerġija li jniġġsu l-aktar. Ara l-Kummissjoni Ċeka tal-Faħam, 2020, “Minuti tas-7 laqgħa tal-Kummissjoni tal-Faħam”, l-4 ta’ Diċembru 2020, pp. 6-7, disponibbli fuq: https://www.mpo.cz/assets/cz/rozcestnik/ministerstvo/kalendar-akci-vse/2021/2/Zapis-z-jednani-UK-_4-12-2020_.pdf.

(143)  Dan huwa bbażat fuq data pprovduta minn ČEPS.

(144)  Skont id-data ta’ ČEPS, l-erba’ unitajiet nukleari eżistenti f’Dukovany (kull waħda b’kapaċità ta’ madwar 510 MW) huma skedati li jiġu dekummissjonati kif ġej: unità waħda fl-aħħar tal-2045, unità waħda fl-aħħar tal-2046, u żewġ unitajiet fl-aħħar tal-2047.

(145)  L-analiżi taċ-ċentralità tqis jekk l-impjanti tal-enerġija li huma proprjetà ta’ kumpanija partikolari humiex meħtieġa jissodisfaw id-domanda f’perjodu partikolari, jiġifieri, huwa meħtieġ mill-inqas megawatt wieħed tal-ġenerazzjoni tiegħu. Jekk dan ikun il-każ, il-kumpanija tista’ tieħu vantaġġ minn din is-saħħa tas-suq. Iċ-ċentralità tqis biss il-possibbiltà tas-saħħa tas-suq kollu kemm hu, u mhux jekk is-saħħa tas-suq tistax tinħoloq f’sitwazzjonijiet speċifiċi bħal fejn ikun hemm restrizzjonijiet tat-trażmissjoni.

(146)   https://www.transparency.cz/kauzy/netransparentni-projekt-dostavby-jaderne-elektrarny-dukovany/

(147)   https://www.nucleareurope.eu/press-release/investing-in-low-carbon-nuclear-generates-jobs-and-economic-growth-in-europe/

(148)  Ara r-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Esperti Tekniku dwar il-Finanzi Sostenibbli ta’ Marzu 2020, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/business_economy_euro/banking_and_finance/documents/200309-sustainable-finance-teg-final-report-taxonomy_en.pdf. F’dan ir-Rapport ġie ddikjarat li “ l-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari għandha emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-fażi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija qrib iż-żero ” u “ l-evidenza dwar il-kontribut sostanzjali potenzjali tal-enerġija nukleari għall-objettivi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kienet estensiva u ċara ”.

(149)  Ara l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), Projected Costs of Generating Electricity 2020.

(150)  Din il-metodoloġija hija stabbilita fid-Digriet Nru 250/2020 Coll. dwar l-istabbiliment ta’ riżerva għad-dekummissjonar ta’ installazzjoni nukleari u għall-post tax-xogħol tal-kategoriji III u IV, li skont l-awtoritajiet Ċeki li hija f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(151)  B’mod partikolari, l-Att Nru 18/1997 Coll. dwar l-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari u r-radjazzjoni jonizzanti (l-“Att Atomiku”), kif emendat, jittrasponi l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari.

(152)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 143.

(153)  Is-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni et, il-Kawżi Magħquda C-399/10 P u C-401/10 P, ECLI:EU:C:2013:175, il-punt 104; Is-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2010, Il-Greċja et vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05, ECLI:EU:T:2010:386, il-punt 177; Is-sentenza tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-11/95, ECLI:EU:T:1998:199, il-punti 170 u 171.

(154)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 144.

(155)  Is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2021, Oltchim SA vs Il-Kummissjoni, T-565/19, il-punti minn 93 sa 197.

(156)   Ibid., il-premessa 157.

(157)  Is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 20 u 24.

(158)   Ibid., il-punt 63.

(159)   Ibid., il-punt 32.

(160)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 163.

(161)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 182.

(162)  Is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 44 u 45.

(163)  Il-Kummissjoni tenfasizza li din il-Miżura teħtieġ u jkun meħtieġ li tiġi implimentata f’konformità mal-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti, inkluża leġiżlazzjoni li tkun għadha ma ġietx adottata fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq tindika l-proposta għar-Regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 fir-rigward tat-titjib tad-disinn tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni [COM(2023) 148], u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar skemi diretti ta’ appoġġ għall-prezzijiet fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza għall-investimenti f’faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija nukleari, f’konformità mat-test finali tar-Regolament meta jsir effettiv.

(164)   ĠU 2012 L 26, p. 1.

(165)  Is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punti 48 u 49.

(166)   Ibid., punt 49.

(167)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1). Ara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessa 168.

(168)  Ara s-Sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2014, Castelnou Energía, il-Kawża T-57/11, ECLI:EU:T:2014:1021, il-punti 181-184 b’aktar referenzi. Ara wkoll is-Sentenza tat-30 ta’ Novembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, T-101/18, ECLI:EU:T:2022:728, il-punt 31.

(169)  Is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, T-101/18, ECLI:EU:T:2022:728, il-punt 32.

(170)  Is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2022, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, T-101/18, ECLI:EU:T:2022:728, il-punt 37. Ir-raġunament dwar il-ħtieġa tar-“rabta indissolubbli” biex il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà tad-Dritt tal-UE ta’ ċerti modalitajiet ta’ għajnuna ġie approvat mill-Qorti tal-Ġustizzja fi Braesch. Ara s-Sentenza tal-31 ta’ Jannar 2023 fil-kawża C-284/21 P - Il-Kummissjoni vs Braesch et, il-punti 96-99.

(171)  B’mod speċifiku, il-miżuri tal-Proġett se jqisu r-riżultat tal-proċess tal-akkwist tal-EPC biss sa fejn dan ikollu impatt fuq il-kalkolu tal-CAPEX tal-Proġett li jammonta għal input fil-kalkolu tal-ammonti tal-għajnuna (pereżempju, fil-kalkolu tal-ammont eżatt tal-RFA jew fil-kalkolu tal-Prezz tal-Eżerċitar tal-PC), kif ukoll fir-rigward tal-kapaċitajiet tekniċi tal-impjant tal-enerġija li jirriżultaw mill-għażla teknoloġika fil-kuntratt tal-EPC.

(172)  Is-sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Essent Netwerk Noord et, C-206/06, ECLI:EU:C:2008:413, il-punti 40 sa 59.

(173)  Is-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne, C-333/07, ECLI:EU:C:2008:764, il-punt 99 u l-ġurisprudenza ċċitata.

(174)  Is-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne, C-333/07, ECLI:EU:C:2008:764, il-punti 100 u 104.

(175)  Is-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2018, Carrefour Hypermarchés et, C-510/16, ECLI:EU:C:2018:751, il-punt 21.

(176)  Is-sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2005, Distribution Casino France et, minn C-266/04 sa C-270/04, C-276/04 u minn C-321/04 sa C-325/04, ECLI:EU:C:2005:657, il-punt 52.

(177)  Is-sentenzi tal-20 ta’ Settembru 2018, Carrefour Hypermarchés et, C-510/16, ECLI:EU:C:2018:751, il-punt 22 u tal-10 ta’ Novembru 2016, DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni, C 449/14 P, ECLI:EU:C:2016:848, il-punti 70 sa 72.

(178)  Ir-reġjun Core jikkonsisti fil-konfini taż-żona tal-offerti bejn l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Għal aktar dettalji ara n-nota f’qiegħ il-paġna 8.

(179)   https://energy.ec.europa.eu/topics/carbon-management-and-fossil-fuels/eu-coal-regions-transition_en?prefLang=mt.

(180)  Ara r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1).

(181)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra.

(182)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658 tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għall-appoġġ tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Hinkley Point C (il-premessi 382-385).

(183)  Ara l-Projected Costs of Generating Electricity 2020 tal-AIE, https://iea.blob.core.windows.net/assets/ae17da3d-e8a5-4163-a3ec-2e6fb0b5677d/Projected-Costs-of-Generating-Electricity-2020.pdf, p. 46.

(184)  Projected Costs of Generating Electricity 2020 tal-AIE, p. 145.

(185)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658 tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għall-appoġġ lill-Hinkley Point C., il-premessa 385.

(186)  Projected Costs of Generating Electricity – Edizzjoni tal-2020, disponibbli hawnhekk: https://www.oecd-nea.org/jcms/pl_51110/projected-costs-of-generating-electricity-2020-edition.

(187)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 187.

(188)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-premessa 152.

(189)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 għall-Appoġġ tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Hinkley Point C, il-premessi 392-405. B’mod partikolari, f’Hinkley Point C, il-kombinament tas-CfD (Contract for Difference) mal-Garanzija ta’ Kreditu u l-Ftehim tas-Segretarju tal-Istat (dwar il-protezzjoni minn bidliet tal-liġi u/jew tal-politika) tqieset bħala strumenti xierqa biex tiġi pprovduta l-għajnuna. Għall-proġett, l-użu tal-RFA kien ippreferut meta mqabbel ma’ garanzija tal-gvern minħabba li (i) l-RFA telimina r-riskju ta’ nuqqas ta’ finanzjament kummerċjali għall-Proġett; (ii) l-RFA toffri soluzzjoni aktar f’waqtha biex tirranġa l-pakkett ta’ finanzjament ġenerali meta mqabbla ma’ faċilità ta’ self kummerċjali; u (iii) l-RFA tkun tinvolvi kost aktar baxx tad-dejn fid-dawl tas-self dirett mill-Istat kif ukoll tariffi aktar baxxi b’rabta mal-arranġament u l-impenn ta’ finanzjament matul il-perjodu kollu tal-kostruzzjoni. Għal aktar dettalji, ara l-premessa 166 hawn fuq.

(190)   Ibid., il-premessi 197-198. B’mod speċifiku, il-kuntratt ta’ ħruġ għal Hinkley Point C ġie konkluż għal 35 sena, filwaqt li l-perjodu ta’ ħlas lura tal-RFA f’PAKS II kien biss ta’ 21 sena u l-miżura ma kienet akkumpanjata minn ebda forma oħra ta’ għajnuna operattiva.

(191)   Ibid., il-premessa 205.

(192)  Pereżempju, f’Hinkley Point C tintuża formula tas-CfD simili.

(193)  It-taqsima 6.2.6.4, Livell u volatilità tal-prezzijiet bl-ingrossa, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni) SWD/2016/0410 final - 2016/0379, it-30 ta’ Novembru 2016.

(194)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(195)  Bħala eżempju, il-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku fis-suq ta’ ġurnata bil-quddiem fil-peniżola Iberika kienu inqas minn EUR 10/MWh f’63 % tas-sigħat fit-tliet ġimgħat bejn is-26 ta’ Frar u s-17 ta’ Marzu 2024; Sors: Pjattaforma ta’ Trasparenza tan-network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E, European Network of Transmission System Operators for Electricity).

(196)  It-tnaqqis bil-mod [minn 1 sa 2] % fis-sena fil-prezzijiet tal-2020 huwa f’valuri nominali kkumpensat iżżejjed mill-inflazzjoni preżunta ta’ 2 %, għalhekk fil-valuri nominali l-prezzijiet huma preżunti li jiżdiedu bil-mod f’dan il-perjodu.

(197)  Il-VPN tax-xenarju kontrofattwali jfisser li f’dak ix-xenarju, il-kumpanija hija lesta li tkompli bi proġett li jipprovdi redditu għall-kapital li huwa l-istess bħall-kost ta’ dak il-kapital (jiġifieri, id-WACC (weighted average cost of capital) = l-IRR tal-proġett). Għalhekk, minħabba li hawnhekk id-diskrepanza tal-likwidità hija ugwali għall-VPN tax-xenarju fattwali, il-fatt li l-għajnuna mill-Istat tiżgura li l-VPN tax-xenarju fattwali jkun żero, ifisser li wieħed jassumi li anki fix-xenarju fattwali d-WACC hija ugwali għall-IRR tal-proġett, f’konformità max-xenarju kontrofattwali.

(198)  B’rata ta’ skont, jew WACC, li tirrifletti s-CoD u s-CoE rilevanti.

(199)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 67.

(200)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 69.

(201)  Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, premessa 207.

(202)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-25 ta’ Settembru 2023.

(203)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-25 ta’ Settembru 2023, it-Tabella 15 “Studji dwar il-primjum tar-riskju”.

(204)  Deċiżjoni Paks II, il-paragrafu 258. Fid-deċiżjoni ta’ Hinkley Point C ma hemm l-ebda referenza għal SMRP, jew tip simili ta’ primjum.

(205)  Dan l-approċċ huwa bbażat fuq il-formula ta’ Harris-Pringle u huwa deskritt fit-taqsima 3.6.5.

(206)  Ara t-taqsima 3.6.5.1 għal aktar dettalji.

(207)  Dan huwa wkoll konformi mal-approċċ li ħadet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ Paks II.

(208)  Għar-rendiment tal-Bonds tal-Gvern AAA ta’ 30 sena taż-żona tal-Euro, id-data hija mill-Portal tad-Data tal-BĊE, ir-rata spot tal-kurva tar-rendiment, maturità ta’ 30 sena - bond tal-gvern, nominali, l-emittenti kollha li l-klassifikazzjoni tagħhom hija A tripla - Żona tal-Euro (https://data.ecb.europa.eu/data/datasets/YC/YC.B.U2.EUR.4F.G_N_A.SV_C_YM.SR_30Y). Għar-rendiment tal-Bonds tal-Gvern Ġermaniż ta’ 30 sena, id-data hija mis-sit web tad-Deutsche Bundesbank, ir-rendiment ta’ kuljum tal-bond federali kurrenti ta’ 30 sena, is-serje kronoloġika BBSSY.D.REN.EUR.A640.000000WT3030.A ( Daily yields of current Federal securities | Deutsche Bundesbank).

(209)  Ara t-taqsima 3.6.5.1 għal aktar dettalji.

(210)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 65 għad-dettalji dwar kif tiġi stmata din iċ-ċifra.

(211)  Din iċ-ċifra hija konservattiva meta mqabbla mal-aħħar stħarriġ tal-MRP ta’ Fernandez, ippubblikat f’Ġunju 2022, li jindika MRP medjana ta’ 6,7 %. Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 66 għal aktar dettalji.

(212)  Medja ta’ 5,6 % ta’ Damodaran u 6,7 % ta’ Fernandez. Dan l-approċċ huwa konformi mal-approċċ tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta’ Paks II.

(213)  Ara t-taqsima 3.6.5.1 għal aktar dettalji.

(214)  Din il-metodoloġija użata miċ-Ċekja tikkonsisti fl-użu ta’ taħlita tal-beta ta’ rigressjoni ta’ sentejn u l-beta ta’ rigressjoni ta’ ħames snin, li tassenja żewġ terzi lil tal-ewwel u terz lil tal-aħħar. Beta = (2/3) tal-beta ta’ rigressjoni ta’ sentejn + (1/3) tal-beta ta’ rigressjoni ta’ ħames snin. Din hija l-istess metodoloġija użata mill-Prof. Damodaran, kif spjegat hawn: Variables used in Data Set (nyu.edu).

(215)  Ara s-sit web tal-Prof. Damodaran, data għall-2023, fajl “betaEurope”, l-industrija tal-“enerġija”, li juri il-beta mhux ingranat aġġustat għall-flus ta’ 0,54.

(216)  Din hija l-medja sempliċi tal-betas ta’ rigressjoni ta’ kull ġimgħa ta’ ħames snin tal-pari ta’ EDU II. Il-beta ta’ rigressjoni ta’ ħames snin hija l-aktar konservattiva miż-żewġ settijiet ta’ betas (l-ieħor huwa l-beta ta’ kull ġimgħa ta’ sentejn) użati miċ-Ċekja u minn Damodaran fil-valutazzjoni tal-beta. Tabilħaqq, il-medja sempliċi tal-betas fil-ġimgħa ta’ sentejn hija ta’ 0,55. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-beta ta’ 0,51 tikkorrispondi għall-medja sempliċi konservattiva tal-flus mhux aġġustata tal-betas tat-tliet industriji li jistgħu jintużaw bħala punt ta’ riferiment għall-proġett EDU II: Ekoloġika u Rinnovabbli, Enerġija u Utilità (sors: is-sit web tal-Prof. Damodaran, fajl “betaEurope”).

(217)  Il-Kummissjoni, bl-użu tal-istess kampjun użat miċ-Ċekja, neħħiet il-betas tal-pari li jammontaw għat-taxxa (jekk wieħed jassumi r-rata tat-taxxa globali ta’ Damodaran ta’ 24,8 %, għal kull fajl ta’ Damodaran “betaEurope”, datat Jannar 2023, betaEurope22.xls (live.com)). Dan huwa konformi mal-approċċ ta’ Hamada deskritt fin-nota f’qiegħ il-paġna 213, fejn it-taxxi li jiġu kontabilizzati fil-kalkolu tal-beta. Dan iwassal għal stima ta’ beta mhux ingranat ta’ 0,595, skont l-approċċ ta’ Damodaran spjegat fin-noti f’qiegħ il-paġna 69 u 208, li jikkonsisti fit-teħid tal-medja ponderata tal-betas tal-pari ta’ kull ġimgħa ta’ sentejn u ta’ ħames snin. Għall-konservattività, il-Kummissjoni neħħiet lil Nuclearelectrica, mill-kampjun. Meta tagħmel dan, iċ-ċifra ġenerali beta mhux ingranat issir 0,516.

(218)  Din is-suppożizzjoni hija wkoll konformi mas-suppożizzjonijiet ta’ Paks II.

(219)  Dan l-approċċ huwa bbażat fuq il-formula ta’ Hamada. Skont dan l-approċċ, it-tarka ta-taxxa fuq l-imgħax (jiġifieri t-tnaqqis tat-taxxa li jirriżulta mit-tnaqqis permess mill-introjtu taxxabbli) jintuża fl-aġġustamenti tal-ingranaġġ tal-beta, u b’hekk titnaqqas il-beta ingranat u, min-naħa l-oħra, jitnaqqas ir-RoE. Il-formula ta’ Hamada hija din li ġejja:

Formula
, fejn β L huwa l-beta ingranat, β U huwa l-beta mhux ingranat, D huwa d-Dejn, E hija l-Ekwità, T hija r-rata tat-taxxa u
Formula
hija t-tarka tat-taxxa. Ir-rata tat-taxxa hija preżunta bħala ugwali għal 21 % f’konformità mal-Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja. Innota li f’din il-formula l-beta tad-dejn hija preżunta li hija żero.

(220)  Ara t-taqsima 3.6.5.1 u n-nota f’qiegħ il-paġna 57 għal aktar dettalji.

(221)  Dan huwa l-ingranaġġ medju tal-proġett tul il-ħajja tal-kuntratt. Ara t-taqsima 3.6.5.1 għal aktar dettalji.

(222)  Ara s-sottomissjoni taċ-Ċekja datata l-21 ta’ Marzu 2024.

(223)  Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja.

(224)  Il-proporzjon tal-ingranaġġ tal-pari ta’ EDU II fl-aħħar sena sħiħa li għaliha ċ-ċifri kienu disponibbli fuq Bloomberg (jiġifieri, tal-2022), ivarja minn 41,8 % sa 75,6 %, b’medja ta’ 56,3 % u b’ 68,4 % bħala l-limitu għall-75 perċentil. Għalhekk, l-ingranaġġ fil-mira ta’ […] % huwa taħt il-75 perċentil.

(225)  Iċ-ċifra ta’ […] % hija konservattiva wkoll meta mqabbla mal-medda ta’ 67-78 %, li hija bbażata fuq il-metodoloġija tal-“ingranaġġ effettiv” sottomessa miċ-Ċekja u deskritta fit-taqsima 3.6.5.1, in-nota f’qiegħ il-paġna 76.

(226)  Ara s-sit web tal-Prof. Damodaran, data għall-2023, fajl “dbtfundEurope23”, l-industrija tal-“enerġija”.

(227)  Il-Kummissjoni tinnota li jekk fix-xenarju tal-“linja bażi” l-RfR ta’ 2,7 % ta’ 6 xhur huwa sostitwit b’RfR ta’ 12-il xahar ta’ 2,5 %, allura l-mira [minn 9 sa 11] % tar-redditu tal-ekwità xorta tinkiseb.

(228)  Il-Kummissjoni tinnota li jekk fix-xenarju “għoli” l-ingranaġġ fil-mira ta’ EDUII ta’ […] % huwa sostitwit bl-ingranaġġ medju ta’ 56 % tal-pari ta’ EDU II fl-aħħar sena sħiħa li għaliha ċ-ċifri kienu disponibbli fuq Bloomberg (jiġifieri, tal-2022), allura s-CoE tkun ta’ […] %. Għalhekk, ir-redditu tal-ekwità fil-mira [minn 9 sa 11] % xorta jinkiseb.

(229)  Għaċ-ċifri speċifiċi għall-pajjiż tad-WACC rilevanti għall-2023 ara “Data”, “Data arkivjata”, “Kost tal-kapital skont l-industrija”, “Ewropa”, “1/23”, fuq http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/. Din il-bażi tad-data hija parti minn bażi tad-data globali u tinkludi l-pajjiżi Ewropej (ittikkettati bħala l-Ewropa tal-Punent). Madankollu, il-pajjiżi huma raggruppati u r-Repubblika Ċeka hija parti minn sottogrupp imsejjaħ “Ewropa Żviluppata”, ara t-tabs “Global alphabetical” (Globali skont l-alfabet) u “Europe by industry” (Ewropa skont l-industrija)”, fajl http://www.stern.nyu.edu/~adamodar/pc/datasets/indname.xls.

(230)  Dawn l-industriji huma “Ekoloġiċi u Rinnovabbli”, “Enerġija” u “Utilitajiet (Ġenerali)”. Is-CoE għall-Enerġija Ekoloġika u l-Enerġija Rinnovabbli hija ta’ 10,65 %, għall-Enerġija hija 9,98 % u għall-Utilitajiet (Ġenerali) hija 10,01 %. Il-medja sempliċi ta’ dawn iċ-ċifri hija ta’ 10,21 %, filwaqt li l-medja ponderata (fejn il-piżijiet huma l-għadd ta’ ditti inklużi fil-kampjun) hija ta’ 10,26 %. Ara Damodaran, Jannar 2023, fajl “waccEurope”.

(231)  Mudell Finanzjarju taċ-Ċekja.

(232)  Biex tmexxi dawn is-sensittivitajiet, il-Kummissjoni ma biddlet l-ebda waħda mis-suppożizzjonijiet l-oħra, inkluż il-Prezz tal-Eżerċitar.

(233)  Ara t-taqsima 8.3.3.3.

(234)  Għal skopijiet ta’ ċarezza, skont it-Taqsima 8.3.3.5.4 hawn fuq, l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett ġiet ivvalutata b’rabta mal-impatt tagħha fuq il-proporzjonalità tal-għajnuna. Skont din it-Taqsima, l-għażla ta’ ČEZ bħala l-promotur tal-Proġett hija vvalutata fir-rigward tal-effetti negattivi mhux dovuti possibbli tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

(235)  Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li ħafna NPPs huma operati minn operaturi bis-sede tagħhom fl-Istat Membru tal-investiment, dan mhux dejjem ikun il-każ (pereżempju, fir-rigward ta’ EDF li ntgħażlet bħala operatur fir-Renju Unit).

(236)  Ara, pereżempju, it-taqsima 6.2.6.4 “Livell u volatilità tal-prezzijiet bl-ingrossa” tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-pakkett tal-Enerġija nadifa għall-Ewropej kollha, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD, staff working document) (2016) 410 finali tat-30 ta’ Novembru 2016, li jistabbilixxi li “d-disinn imtejjeb tas-suq se jwassal għall-prezzijiet medji fis-siegħa aktar volatili, parzjalment minħabba l-introduzzjoni tas-sinjali tal-lokalità li jiżvelaw il-valur differenti tal-elettriku fid-diversi nodi. Madankollu, din il-volatilità se tkun ristretta b’mod ġust u mhux se tkun ir-riżultat ta’ fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet estremi bejn żero u l-valur tat-tagħbija mitlufa (VoLL, value of lost load). Il-meddi tal-prezzijiet osservati se jkunu pjuttost ristretti, sakemm is-sehem tar-RES E (electricity from renewable energy sources) varjabbli jibqa’ f’ċerti limiti. Madankollu, meta s-sehem tar-RES E, u speċifikament tat-teknoloġiji varjabbli tar-RES E, jaqbeż dawn il-limiti approssimattivi, il-volatilità tal-prezzijiet tista’ tiżdied b’mod sinifikanti jekk ir-riżorsi l-oħra bħall-ħżin ikunu għadhom mhumiex fis-seħħ biex jassorbu parti kbira minnha. Kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt, fl-2050 is-sehem tar-RES E huwa pproġettat li joqrob lejn is-60 %. F’dan il-każ, il-firxa bejn il-prezzijiet tat-tagħbija bażi u tat-tagħbija massima tiżdied b’mod sinifikanti, prinċipalment minħabba l-prezzijiet aktar baxxi tat-tagħbija bażi meta mqabblin mal-perjodi preċedenti. Madankollu, il-prezzijiet medji tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem għadhom għoljin matul l-perjodu ta’ projezzjoni, peress li l-ġenerazzjoni termali għadha mistennija li tkun marġinali (u b’hekk jiġi stabbilit il-prezz tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem) matul il-biċċa l-kbira tas-sigħat tas-sena.

(237)  Premessa 224 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(238)  Abbażi tal-kuntratt tal-PC u l-istruttura ġenerali tal-għajnuna, ir-remunerazzjoni tat-terminu tas-suq titħallas lill-impjant tal-enerġija permezz tal-SPV. Madankollu, peress li d-drittijiet kollha tad-dispaċċ jibqgħu fl-impjant tal-enerġija u r-remunerazzjoni hija marbuta direttament mal-prezzijiet għall-kull siegħa attwali tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem, l-inċentivi operazzjonali għall-impjant tal-enerġija jenħtieġ li jkunu bħallikieku l-impjant tal-enerġija kien qed jinnegozja hu stess direttament fis-suq.

(239)  Il-kapaċità konsenjabbli tinkludi l-impjanti kollha termali, nukleari u idroelettriċi b’akkumulu ppumpjat.

(240)   https://acer.europa.eu/sites/default/files/documents/en/remit/Documents/ACER_Guidance_on_REMIT_application_6th_Edition_Final.pdf.

(241)   The merit order and price-setting dynamics in European electricity markets, disponibbli hawnhekk: https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC134300.

(242)  BloombergNEF: EU Power Weekly: Identifying Europe’s ‘Macrogrids’, l-10 ta’ Frar 2020.

(243)  Pjattaforma ta’ Trasparenza tan-network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E, European Network of Transmission System Operators for Electricity).

(244)  L-indiċi tal-provvista residwa huwa kkalkulat bħala l-proporzjon bejn il-kapaċità totali disponibbli mingħajr il-kapaċità tad-ditta kollha diviżi bid-domanda residwa.

(245)  Is-sentenza tat-3 ta’ Lulju 1991, AKZO Chemie BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-62/86, ECLI:EU:C:1991:286, il-punt 60.

(246)  Is-sentenza tat-13 ta’ Frar 1979, Hoffmann-La Roche & Co. vs il-Kummissjoni, 85/76, ECLI:EU:C:1979:36, il-punti 39-41.

(247)  Ara r-rapport ta’ Oxera.


ANNESS

Inputs fil-mudell finanzjarju li huma soġġetti għall-bidliet

Offerta ta’ wara l-EPC

Input

Deskrizzjoni tal-input

Sheet

Row

Ġustifikazzjoni għall-aġġornament

Durata ta’ żvilupp ta’ fażi 2

Tul ta’ żmien ta’ fażi 2 tal-iżvilupp tal-proġett

Inp_C

43

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Iż-żmien eżatt se jiġi kkonfermat fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ kostruzzjoni

Tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ kostruzzjoni tal-proġett

Inp_C

47

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Iż-żmien eżatt se jiġi kkonfermat fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Perjodu sħiħ ta’ operat

It-tul tal-perjodu sħiħ tal-operat tal-proġett (esklużi l-operazzjonijiet ta’ prova)

Inp_C

51

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Iż-żmien eżatt se jiġi kkonfermat fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Capex bażi – fażi 2 ta’ żvilupp

Kost għal fażi 2 tal-iżvilupp tal-proġett

Inp_C

59

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Capex bażi – fażi ta’ kostruzzjoni

Kost għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett

Inp_C

60

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Kapaċità grossa tal-impjant

Il-kapaċità grossa tal-impjant (ma tinkludi l-ebda tnaqqis għall-konsum proprju)

Inp_C

112

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġi kkonfermat abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Konsum proprju

Ammont ta’ konsum meħtieġ għall-operat ta’ impjant

Inp_C

113

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġi kkonfermat abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Disponibbiltà tal-perjodu ta’ prova

Disponibbiltà tal-impjant matul il-perjodu ta’ prova

Inp_C

132

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġi kkonfermat abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Disponibbiltà tal-perjodu ta’ wara l-proċess

Id-disponibbiltà tal-impjant matul l-operatsħiħ

Inp_C

135 , 138

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġi kkonfermat abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Fażi 2 ta’ żvilupp - introduzzjoni gradwali tal-capex

Profil tal-infiq matul il-fażi 2 tal-fażi ta’ żvilupp tal-proġett

Inp_V

43 -48 (magħżul f’Inp_C 65)

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet u ż-żmien eżatt se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Introduzzjoni gradwali tal-capex tal-kostruzzjoni

Profil ta’ nfiq matul il-kostruzzjoni

Inp_V

53 -61 (magħżul f’Inp_C 66 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet u ż-żmien eżatt se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Suppożizzjonijiet ta’ disponibbiltà

Profil annwali tad-disponibbiltà tal-impjant

Inp_V

70 -82 (magħżula f’Inp_C 138 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametri li jaffettwaw is-suppożizzjonijiet tad-disponibbiltà jiddependu fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġu kkonfermati abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa. Madankollu, l-aġġornament ma jistax inaqqas is-suppożizzjonijiet tad-disponibbiltà fil-Mudell Finanzjarju tal-15 ta’ Marzu 2024 li huma bbażati fuq id-disinji tal-impjant li jikkonformaw mar-Rekwiżiti minimi Ewropej tal-Utilità għall-Impjanti tal-Enerġija Nukleari LWR (light water reactor).

Kost varjabbli

Il-kostijiet li huma fil-biċċa l-kbira ddeterminati mill-output tal-impjant (eż. fjuwil, disponiment ta’ skart mhux radjuattiv, dispożizzjonijiet għad-dekum.)

Inp_V

143 -220 (magħżul f’Inp_C 226 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet u ż-żmien eżatt se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Kost fiss

Kostijiet li se jiġġarrbu irrispettivament mill-output tal-impjant (eż. pagi, provvisti tal-uffiċċju, sigurtà)

Inp_V

237 -279 (magħżul f’Inp_C 225 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet u ż-żmien eżatt se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Il-kost tul iċ-ċiklu tal-ħajja

Il-kostijiet li se jiġġarrbu għas-sostituzzjoni u għar-rinnovazzjoni maġġuri tal-komponenti fl-NPP

Inp_V

286 -295 (magħżul f’Inp_C 227 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet u ż-żmien eżatt se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Kost operazzjonali

Il-profil tal-valuri tal-parametru c fil-formula ta’ remunerazzjoni.

Inp_V

502 -506

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-kostijiet u ż-żmien eżatt se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Kostijiet addizzjonali minħabba s-segwitu tat-tagħbija

Kostijiet mhux maqbuda f’elementi ta’ kost oħrajn li huma xprunati mill-operat tas-segwitu tat-tagħbija tal-impjant

Inp_V

300 – 304 (magħżul f’Inp_C 228 )

Ġustifikati mill-eżitu tal-EPC (il-kostijiet se jiġu speċifikati abbażi tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-offerent)

Dejn oriġinali - Rata tal-imgħax fissa/varjabbli

Tiddetermina jekk ir-rata tal-imgħax għall-RFA hijiex rata fissa jew varjabbli

Inp_C

337

Aġġornat biex jirrifletti t-termini tal-RFA.

Dejn oriġinali - Rata tal-imgħax – marġni matul l-operat

Il-kost tad-dejn għall-RFA matul il-fażi tal-operat

Inp_C

346 -356

Aġġornat biex jirrifletti t-termini tal-RFA.

Dejn oriġinali - tariffi

Tariffi relatati mal-iżgurar tal-RFA

Inp_C

359 -361

Aġġornat biex jirrifletti t-termini tal-RFA.

Modalità ta’ ħlas lura tad-dejn kundizzjonali

L-opzjoni ta’ ħlas lura tal-kapital ta’ kwalunkwe dejn kundizzjonali

Inp_C

376

Aġġornat biex jirrifletti t-termini tal-RFA.

Dejn kundizzjonali – Rata tal-imgħax fissa/varjabbli

Tiddetermina jekk ir-rata tal-imgħax għad-dejn kundizzjonali hijiex rata fissa jew varjabbli

Inp_C

380

Aġġornat biex jirrifletti t-termini tal-RFA.

Dejn kundizzjonali – rata tal-imgħax – marġni matul l-operat

Il-kost tad-dejn għad-dejn kundizzjonali matul il-fażi tal-kostruzzjoni

Inp_C

389 -399

Aġġornat biex jirrifletti t-termini tal-RFA.

Dejn kundizzjonali - tariffi

Tariffi relatati mal-iżgurar tad-dejn kundizzjonali

Inp_C

402 -404

Aġġornat biex jirrifletti t-termini tal-RFA.

Deprezzament tal-kost tal-fjuwil

Tul ta’ żmien tad-deprezzament tal-kostijiet tal-fjuwil

Inp_C

230

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġi kkonfermat abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Deprezzament tal-kost tul iċ-ċiklu tal-ħajja

Tul ta’ żmien tad-deprezzament tal-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja

Inp_C

233

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġi kkonfermat abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Jiem ta’ kapital operatorju

Jiem bejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-pagament

Inp_C

251 -253

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC (termini ta’ pagament mal-Fornitur tal-EPC u mal-SPV). Is-suppożizzjoni kurrenti fil-mudell tista’ tiġi aġġornata biex tallinja mat-termini ta’ prelevament u ta’ ħlas lura tal-RFA u kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali fil-kuntratt tal-EPC.

Bidu tal-perjodu ta’ finanzjament attiv tad-dejn

Bidu tal-prelevament tal-RFA

Inp_C

276

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Iż-żmien eżatt huwa marbut mal-bidu tal-Fażi ta’ Żvilupp 2 u se jiġi kkonfermat fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Restrizzjoni fuq id-dividendi minn qligħ imfaddal

Jiddetermina jekk id-dividendi humiex ristretti mill-qligħ imfaddal

Inp_C

455

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Is-sejħa għall-offerti tal-EPC se tiddefinixxi l-kostijiet tal-kostruzzjoni u għalhekk l-ammont tad-dejn u l-istruttura finali tal-finanzjament. Barra minn hekk, il-forma ta’ ekwità jista’ jkollha impatt fuq dan l-input.

Profil tal-kwantità ta’ referenza (k)

Profil tal-valuri għall-parametru k fil-formula ta’ remunerazzjoni

Inp_V

473 -485 (magħżul f’Inp_C 185 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġi kkonfermat abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Profil tal-parametru alfa

Profil tal-valuri għall-parametru alfa użat fil-formula ta’ remunerazzjoni

Inp_V

489 -493 (magħżul f’Inp_C 187 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametru jiddependi fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kostijiet operattivi tal-impjant u se jiġi kkonfermat fuq il-bażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa.

Is-suppożizzjonijiet tas-segwitu tat-tagħbija – meħuda mill-mudell tad-dħul - % tad-dħul

Impatt fuq id-dħul li jirrappreżenta l-benefiċċju tal-imġiba tas-segwitu tat-tagħbija (immudellat fil-mudell tad-dħul)

Inp_V

523 -540 (magħżul f’Inp_C 198 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametri li jaffettwaw is-suppożizzjonijiet tad-disponibbiltà tas-segwitu tat-tagħbija jiddependu fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġu kkonfermati abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa. Madankollu, l-aġġornament ma jistax inaqqas is-suppożizzjonijiet tad-disponibbiltà fil-Mudell Finanzjarju tal-15 ta’ Marzu 2024 li huma bbażati fuq id-disinji tal-impjant li jikkonformaw mar-Rekwiżiti minimi Ewropej tal-Utilità għall-Impjanti tal-Enerġija Nukleari LWR (light water reactor).

Is-suppożizzjonijiet tas-segwitu tat-tagħbija – meħuda mill-mudell tad-dħul - % tal-kost operazzjonali

Impatt fuq il-kostijiet li jirrappreżenta l-benefiċċju tal-imġiba tas-segwitu tat-tagħbija (immudellat fil-mudell tad-dħul)

Inp_V

536 -542 (magħżul f’Inp_C 199 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC. Il-parametri li jaffettwaw is-suppożizzjonijiet tad-disponibbiltà tas-segwitu tat-tagħbija jiddependu fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-impjant u se jiġu kkonfermati abbażi tal-offerta tal-EPC rebbieħa. Madankollu, l-aġġornament ma jistax inaqqas is-suppożizzjonijiet tad-disponibbiltà fil-Mudell Finanzjarju tal-15 ta’ Marzu 2024 li huma bbażati fuq id-disinji tal-impjant li jikkonformaw mar-Rekwiżiti minimi Ewropej tal-Utilità għall-Impjanti tal-Enerġija Nukleari LWR (light water reactor).

DSCR fil-mira

Il-Proporzjon tal-Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (DSCR, Debt Service Cover Ratio) fil-mira għas-servizz totali tad-dejn

Inp_C

297 , 328 -330

Iġġustifikat mill-finalizzazzjoni tas-sejħa għall-offerti tal-RFA u l-EPC (il-kostijiet tal-kostruzzjoni se jiġu kkonfermati permezz tal-offerta tal-EPC).

LLCR fil-mira

Il-proporzjon tal-kopertura tas-servizz tad-dejn (LLCR, loan life cover ratio) fil-mira għas-servizz tad-dejn totali

Inp_C

301

Iġġustifikat mill-finalizzazzjoni tas-sejħa għall-offerti tal-RFA u l-EPC (il-kostijiet tal-kostruzzjoni se jiġu kkonfermati permezz tal-offerta tal-EPC).

PLCR fil-mira

Il-proporzjon tal-kopertura tal-ħajja tal-proġett (PLCR, project life cover ratio) fil-mira għas-servizz tad-dejn totali

Inp_C

304

Iġġustifikat mill-finalizzazzjoni tas-sejħa għall-offerti tal-RFA u l-EPC (il-kostijiet tal-kostruzzjoni se jiġu kkonfermati permezz tal-offerta tal-EPC).

Dejn oriġinali – maturità tad-dejn u perjodu ta’ moratorju

Il-maturità totali tal-RFA

Inp_C

311 -312

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC u l-RFA bħala l-kostijiet tal-investiment u l-ammont tal-RFA se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Modalità ta’ ħlas lura tad-dejn oriġinali

Il-profil ta’ ħlas lura tal-kapital għall-RFA

Inp_C

329

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC u l-RFA bħala l-kostijiet tal-investiment u l-ammont tal-RFA se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Dettalji tal-kont ta’ riżerva ta’ manutenzjoni

Kont użat biex ikopri porzjon ta’ manutenzjoni antiċipata fuq perjodu ta’ tbassir definit

Inp_C

466 -472

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC u l-RFA bħala l-kostijiet tal-investiment u l-ammont tal-RFA se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Kont tar-riżerva ta’ servizz tad-dejn

Kont użat biex ikopri porzjon tas-servizz tad-dejn antiċipat fuq perjodu ta’ tbassir definit

Inp_C

482 -502

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC u l-RFA bħala l-kostijiet tal-investiment u l-ammont tal-RFA se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Dettalji tal-kont ta’ riżerva għad-dekummissjonar

Kont biex ikopri l-kostijiet antiċipati tad-dekummissjonar

Inp_C

474 -480

Aġġornat f’każ ta’ żidiet fil-kostijiet koperti minn raġunijiet Leġittimi.

Riżerva għad-dekummissjonar

Profil tar-rekwiżit ta’ finanzjament għar-riżerva tad-dekummissjonar

Inp_V

310 -315 (magħżul f’Inp_C 477 )

Aġġornat f’każ ta’ żidiet fil-kostijiet koperti minn raġunijiet Leġittimi.

Fattur ta’ skulturar tad-dejn oriġinali

Fattur ta’ skulturar tal-ħlas lura tal-kapital tal-RFA

Inp_V

354 -364 (magħżul f’Inp_C 330 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC u l-RFA bħala l-kostijiet tal-investiment u l-ammont tal-RFA se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Ħlasijiet lura ta’ dejn fiss

Profil ta’ ħlas lura tal-kapital tad-dejn fiss fis-sena

Inp_V

378 -388 (magħżul f’Inp_C 335 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC u l-RFA bħala l-kostijiet tal-investiment u l-ammont tal-RFA se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Rata varjabbli għad-dejn oriġinali

Profil tar-rata varjabbli għall-kost tad-dejn tal-RFA

Inp_V

390 -397 (magħżul f’Inp_C 340 )

Aġġornat biex jirrifletti l-eżitu tal-għażla tal-EPC u l-RFA bħala l-kostijiet tal-investiment u l-ammont tal-RFA se jiġu kkonfermati fuq il-bażi tal-offerta rebbieħa tal-EPC.

Suppożizzjonijiet dwar l-inflazzjoni

Suppożizzjonijiet makroekonomiċi relatati mal-mekkaniżmi tal-indiċjar magħżula

Inp_V

15 -24 (magħżul f’Inp_C 239 -245 )

Aġġornat biex jikkalkula l-valur nominali tas-CAPEX minn inputs tas-CAPEX mil-lum għall-għada riċevuti mill-offerta tal-EPC.

Rata tal-VAT

Rata tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-proġett

Inp_C

548

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Applikabbiltà tal-VAT

Dħul u elementi ta’ kost li għalihom hija applikabbli l-VAT

Inp_C

544 -556

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Taxxa fuq in-negozju - Imgħax massimu permissibbli bħala % tal-EBITDA

Spiża tal-imgħax massima permissibbli espressa bħala % tal-EBITDA li tintuża għall-kalkolu tal-introjtu taxxabbli

Inp_C

562

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Rata tat-taxxa fuq in-negozju

Rata tat-taxxa fuq in-negozju applikabbli għall-proġett

Inp_C

576

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Rata tal-provvediment kapitali – aggregazzjoni ta’ rati ġenerali u speċjali

Rati għall-provvedimenti kapitali

Inp_C

581 -583

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Tassazzjoni tal-kostijiet tal-proġett

Tiddetermina t-tassazzjoni tal-provvedimenti kapitali relatati ma’ elementi ta’ kost speċifiċi

Inp_C

587 -589

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Deprezzament tal-kontabilità

Informazzjoni dwar id-deprezzament tal-kontabilità f’kategoriji differenti ta’ assi

Inp_V

324 -336

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Deprezzament tat-taxxa

Informazzjoni dwar id-deprezzament tat-taxxa f’kategoriji differenti ta’ assi

Inp_V

338 -350

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Matul il-PC

Input

Deskrizzjoni tal-input

Sheet

Row

Ġustifikazzjoni għall-aġġornament

Kost varjabbli

Kostijiet li jiġu ddeterminati skont l-output tal-impjant (eż. fjuwil, disponiment ta’ skart mhux radjuattiv, dispożizzjonijiet għad-dekum.)

Inp_V

143 -220 (magħżul f’Inp_C 226)

Il-kost varjabbli se jiġi aġġornat biex jirrifletti il-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Il-kost varjabbli li jikkostitwixxi “c” se jiġi aġġornat perjodikament bħala parti mir-rieżami tal-formula ta’ remunerazzjoni.

Kost fiss

Kostijiet li se jiġġarrbu irrispettivament mill-output tal-impjant (eż. pagi, provvisti tal-uffiċċju, sigurtà)

Inp_V

237 -279 (magħżul f’Inp_C 225)

Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Kostijiet addizzjonali minħabba s-segwitu tat-tagħbija

Kostijiet mhux maqbuda f’elementi ta’ kost oħrajn li huma xprunati mill-operat tas-segwitu tat-tagħbija tal-impjant

Inp_V

297 – 306 (magħżul f’Inp_C 228)

F’każ li avveniment ta’ Raġunijiet Leġittimi jwassal għal eċċess ta’ kostijiet ta’ segwitu tat-tagħbija, l-input il-“kost addizzjonali dovut għas-segwitu tat-tagħbija” jiġi aġġornat fil-mudell finanzjarju kif xieraq.

Il-kost addizzjonali minħabba s-segwitu tat-tagħbija se jiġi rivedut u aġġornat wkoll bħala parti mir-rieżami perjodiku tal-formula tar-remunerazzjoni tal-PC.

Qbiż tal-capex – fażi ta’ żvilupp 1

Kwantistika ta’ kwalunkwe qbiż ta’ nfiq li jseħħ matul l-ewwel fażi tal-iżvilupp

Inp_C

70

Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Qbiż tal-capex – fażi ta’ żvilupp 2

Kwantistika ta’ kwalunkwe qbiż ta’ nfiq li jseħħ matul it-tieni fażi tal-iżvilupp

Inp_C

71

Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Qbiż tal-Capex – fażi ta’ kostruzzjoni

Kwantistika ta’ kwalunkwe qbiż ta’ nfiq akbar milli ppjanat li jseħħ matul il-kostruzzjoni

Inp_C

72

Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Perċentwal ta’ eċċess li hija Raġuni Leġittima (LG, Legitimate Ground)

Proporzjon ta’ eċċessi li huma dovuti għall-kwistjonijiet ta’ Raġunijiet Leġittimi

Inp_C

77

Iġġustifikat mill-qbiż tal-kostijiet f’avveniment ta’ Raġunijiet Leġittimi Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Qbiż tal-capex – fażi ta’ żvilupp 1

Profil ta’ kwalunkwe qbiż ta’ infiq li jseħħ matul l-ewwel fażi tal-iżvilupp

Inp_V

415 -420 (magħżul f’Inp_C 83)

Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Qbiż tal-capex – fażi ta’ żvilupp 2

Profil ta’ kwalunkwe qbiż ta’ infiq li jseħħ matul it-tieni fażi tal-iżvilupp

Inp_V

425 -430 (magħżul f’Inp_C 84)

Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Qbiż tal-Capex – fażi ta’ kostruzzjoni

Profil ta’ kwalunkwe qbiż ta’ infiq li jseħħ matul il-kostruzzjoni

Inp_V

435 -440 (magħżul f’Inp_C 85)

Iġġustifikat mill-qbiż tal-kostijiet f’avveniment ta’ Raġunijiet Leġittimi Aġġornat biex jirrifletti l-qbiż tal-kostijiet f’avvenimenti ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Suppożizzjonijiet dwar l-inflazzjoni

Suppożizzjonijiet makroekonomiċi relatati mal-mekkaniżmi tal-indiċjar magħżula

Inp_V

15 -24 (magħżul f’Inp_C 239-245)

Aġġornamenti biex jirriflettu l-movimenti fil-valur tal-indiċijiet rispettivi matul iż-żmien. L-aġġornament tal-valuri se jkun issorveljat mill-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ (MIT, Ministry of Industry and Trade).

Rata tal-VAT

Rata tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-proġett

Inp_C

548

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Applikabbiltà tal-VAT

Dħul u elementi ta’ kost li għalihom hija applikabbli l-VAT

Inp_C

544 -556

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Taxxa fuq in-negozju - Imgħax massimu permissibbli bħala % tal-EBITDA

Spiża tal-imgħax massima permissibbli espressa bħala % tal-EBITDA li tintuża għall-kalkolu tal-introjtu taxxabbli

Inp_C

562

Iġġustifikati minn bidliet fil-liġi tat-taxxa Aġġornati f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbla mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Rata tat-taxxa fuq in-negozju

Rata tat-taxxa fuq in-negozju applikabbli għall-proġett

Inp_C

576

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Tassazzjoni tal-kostijiet tal-proġett

Tiddetermina t-tassazzjoni tal-provvedimenti kapitali relatati ma’ elementi ta’ kost speċifiċi

Inp_C

587 -589

Aġġornat f’każ ta’ bidliet leġiżlattivi fiż-żewġ direzzjonijiet (żieda jew tnaqqis meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali).

Profil tal-kwantità ta’ referenza (k)

Profil tal-valuri għall-parametru k użat fil-formula ta’ remunerazzjoni

Inp_V

473 -485 (magħżul f’Inp_C 185)

Il-kwantità ta’ referenza se tiġi ddeterminata ex-ante kull ħames snin. Il-valur ta’ k se jinbidel fuq il-PC (matul dawn ir-rieżamijiet perjodiċi), li jirrifletti l-output mistenni tal-impjant għal kull sena abbażi tal-attivitajiet ta’ manutenzjoni, qabel l-impatt ta’ kwalunkwe operat ta’ segwitu tat-tagħbija.

Dan il-parametru se jiġi aġġornat ukoll f’każ ta’ Raġunijiet Leġittimi.

Profil tal-parametru alfa

Profil tal-valuri għall-parametru alfa użat fil-formula ta’ remunerazzjoni

Inp_V

489 -493 (magħżul f’Inp_C 187)

Il-parametru alfa se jiġi ddeterminat ex-ante kull ħames snin (kif iddikjarat fil-Premessa 97). Il-parametru alfa huwa definit ugwali għal f/c kull sena, u l-valur tiegħu jeħtieġ li jiġi aġġornat f’konformità ma’ kwalunkwe aġġornament għal c, fuq il-PC.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/429/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)