26.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 450/2010

tal-21 ta’ Mejju 2010

li jemenda għall-128 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-11 ta’ Mejju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni naturali fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u li jemenda żewġ entrati fil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

João VALE DE ALMEIDA

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani (alias (a) Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani, (b) Nayef Bin Muhammad al-Qahtani, (c) Nayif Muhammad al-Qahtani, (d) Nayf Mohammed al-Qahtani, (e) Naif Mohammad Said al-Qahtani Alkodri, (f) Naif Mohammed Saeed al-Kodari al-Qahtani, (g) Nayef Bin Mohamed al-Khatani, (h) Mohammed Naif al-Khatani, (i) Nayef bin Mohamed al-Khatany, (j) Al-Qahtani Abohemem, (k) Abi Hamam, (l) Abu-Hamam, (m) Abu-Humam, (n) Abu-Hammam, (o) Abu Hammam al-Qahtani). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 25.3.1988. Post tat-twelid: Is-Sawdi Arabja Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-passaport: G449745 (Passaport Sawdi maħruġ fit-30 ta' Mejju 2006, validu sas-6 ta' April 2011). Tagħrif ieħor: Assoċjata ma' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija u mal-mexxej tagħha, Nasir ’abd-al-Karim ’Abdullah Al-Wahishi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 11.5.2010.”

(b)

“Qasim Yahya Mahdi al-Rimi (alias (a) Qasim Al-Rimi, (b) Qasim al-Raymi, (c) Qassim al-Raymi, (d) Qasim al-Rami, (e) Qasim Yahya Mahdi ’Abd al-Rimi, (f) Abu Hurayah al-Sana’ai, (g) Abu ’Ammar). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 5.6.1978. Post tat-twelid: Sanaa, il-Jemen Nazzjonalità: Jemenita. Numru tal-passaport: 00344994 (Passaport Jemenit maħruġ fit-3 ta' Lulju 1999). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 11.5.2010.”

(2)

L-entrata “Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (alias (a) Hassan Turki, (b) Hassen Abdelle Fihiye, (c) Sheikh Hassan Abdullah Fahaih). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1944. Post tat-twelid: ir-Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo sa min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (d) Maħsub li kien involut fl-attakki fuq l-ambaxxati tal-Istati Uniti f'Nairobi u Dar es Salaam f'Awwissu 1998. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 25.1.2001.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel b'dak li ġej:

Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (alias (a) Hassan Turki, (b) Hassen Abdelle Fihiye, (c) Sheikh Hassan Abdullah Fahaih, (d) Hassan Al- Turki, (e) Hassan Abdillahi Hersi Turki, (f) Sheikh Hassan Turki, (g) Xasan Cabdilaahi Xirsi, (h) Xasan Cabdulle Xirsi). Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1944. Post tat-twelid: ir-Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta’ Ogaden tal-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Irrappurtat li huwa attiv fin-Nofsinhar tas-Somalja, f’Juba ta’ Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f’Jilibe u Burgabo sa min-Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ogaden, is-sottoklann ta’ Reer-Abdille; (c) Parti mit-tmexxija ta’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI); (d) Soġġett għall-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 356/2010 rigward is-Somalja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 6.7.2004.

(3)

L-entrata “Hassan Dahir Aweys (aka (a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, (b) Awes, Shaykh Hassan Dahir, (c) Hassen Dahir Aweyes, (d) Ahmed Dahir Aweys, (e) Mohammed Hassan Ibrahim, (f) Aweys Hassan Dahir). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: 1935. Nazzjonalità: Somalija. Tagħrif ieħor: (a) Rappuratat li jinsab fl-Eritreja mit-12 ta' Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ħawiya, Ħabergdir, Ayr; (c) Assoċjat ma’ Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI)” taħt l-intestatura “Persuni legali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

Hassan Dahir Aweys (alias (a) Ali, Sheikh Hassan Dahir Aweys, (b) Awes, Shaykh Hassan Dahir, (c) Hassen Dahir Aweyes, (d) Ahmed Dahir Aweys, (e) Mohammed Hassan Ibrahim, (f) Aweys Hassan Dahir, (g) Hassan Tahir Oais, (h) Hassan Tahir Uways, (i) Hassan Dahir Awes, (j) Sheikh Aweys, (k) Sheikh Hassan, (l) Sheikh Hassan Dahir Aweys). Titolu: (a) Sheikh (b) Kurunell. Data tat-twelid: 1935. Nazzjonalità: Somala. Tagħrif ieħor: (a) Rappuratat li jinsab fl-Eritreja mit-12 ta' Novembru 2007; (b) Sfond familjari: mill-klann ta’ Ħawiya, Ħabergdir, Ayr; (c) Mexxej anzjan ta' Al-Itihaad Al-Islamiya (AIAI) (d) Soġġett għall-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 356/2010 rigward is-Somalja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 9.11.2001.