|
24.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/441 |
P7_TA(2014)0097
Deċiżjoni li ma ssirx oppożizzjoni għall-miżura ta' implimentazzjoni: Il-volum ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fil-perjodu 2013-2020
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2014 biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni dwar l-Abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 b'mod partikolari sabiex jiġi stabbilit il-volum ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fil-perjodu 2013-2020 (D031326/02 – 2014/2523(RPS))
(2017/C 093/63)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010 b'mod partikolari sabiex jiġi stabbilit il-volum ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fil-perjodu 2013-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-8 ta' Jannar 2014 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 tad-direttiva msemmija hawn fuq, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Jannar 2014, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se jopponi l-abbozz ta' regolament, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-30 ta' Jannar 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 88(4)(d) u 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jiddikjara li ma jopponix l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi/tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill. |
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.