<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-32/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0032</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:182">EU:C:2019:182</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Hogan – Kawża C‑32/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Moser</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Hogan</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑32/18</HT></P><P>Tiroler Gebietskrankenkasse</P><P>vs</P><P>Michael Moser</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il‑Qorti Suprema, l-Awstrija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 987/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 60</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċju tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għad-differenza bejn l-ammont tal-allowance parentali mħallsa fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u l-allowance għaż-żamma ta’ wild tal-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, fl-essenza tagħha, l-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja hija wkoll mistiedna tindika liema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>dħul<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-familja mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-talba tressqet fi proċeduri bejn Michael Moser u t-Tiroler Gebietskrankenkasse (il-Fond ta’ Assigurazzjoni għas-Saħħa għal-Land ta’ Tyrol, l-Awstrija) dwar it-talba tiegħu sabiex jirċievi l-ħlas tad-differenza bejn dak deskritt bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Elterngeld<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (l-allowance parentali Ġermaniża) u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (l-allowance Awstrijaka għaż-żamma ta’ wild). Qabel ma jiġu kkunsidrati l-fatti ta’ din il-kawża, huwa madankollu neċessarju li l-ewwel jiġu indikati d-dettalji tal-leġiżlazzjoni rilevanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 10, 11 u 12 tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(9)</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tat, diversi drabi, opinjoni dwar il-possibbiltà ta’ trattament ugwali fir-rigward ta’ benefiċċji, dħul u fatti; dan il-prinċipju għandhu jkun adottat b’mod espliċitu u żviluppat skond is-sustanza u l-ispirtu ta’ deċiżjonijiet legali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Madanakollu, il-prinċipju li ċerti fatti jew każijiet li jiġru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jkunu trattati bħallikieku ġraw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li tapplika l-leġislazzjoniji tiegħu, ma għandux ifixkel il-prinċipju li perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg, ta’ impjieg għal rashom jew ta’ residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jingħaddu flimkien ma’ dawk il-perjodu magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti. Għaldaqstant, perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu biss billi jkun applikat il-prinċipju li perjodi jingħaddu flimkien.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>L-assimilazzjoni ta’ fatti u każijiet li jiġru fi Stat Membru ma tista’ bl-ebda mod tagħmel Stat Membru ieħor kompetenti jew tagħmel applikabbli l-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ proporzjonalità, għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun assigurat li l-prinċipju ta’ assimilazzjoni ta’ fatti jew każijiet ma jwassalx għal riżultati li, b’mod oġġettiv, ma jkunux ġustifikati jew għall-<HT TYPE="ITALIC">overlapping</HT> ta’ benefiċċji ta’ l-istess tip għall-istess perjodu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, u jipprovdi: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[s]akemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom igawdu l-istess benefiċċji u għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligi taħt il-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru daqs li kieku kienu ċittadini ta’ dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Trattament ugwali ta’ benefiċċji, dħul, fatti u każijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> u jipprovdi ulterjorment:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, u fid-dawl tad-disposizzjonijiet speċjali ta’ implimentazzjoni stabbiliti, għandu japplika dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, ir-riċeviment ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ dħul ieħor joħloq ċerti effetti legali, id-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-leġislazzjoni għandhom japplikaw ukoll għar-riċeviment ta’ benefiċċji ekwivalenti miksuba taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u għal dħul miksub fi Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, jkunu attribwiti ċerti effetti legali meta jseħħu ċerti fatti jew każijiet, dak l-Istat Membru għandu jqis fatti u każijiet simili li jseħħu fi kwalunkwe Stat Membru bħallikieku seħħew fit-territorju tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004 jagħmilha ċara li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[s]akemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel […] il-kisba, iż-żamma, id-dewmien jew l-irkupru tad-dritt għal benefiċċji, […] l-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni, jew […] l-aċċess għal jew l-eżenzjoni minn assigurazzjoni obligatorja, minn assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja jew volontarja, kondizzjonali fuq l-ikkomplimentar ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rashom jew residenza, għandha, sa fejn ikun hemm bżonn, tqis perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rashom jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor bħallikieku kienu perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 8 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 883/2004 jirrigwarda l-benefiċċji tal-familja. Skont l-Artikolu 67 (li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Membri tal-familja li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Persuna għandha tkun intitolata għal benefiċċji marbutin mal-familja skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, inklużi l-membri tal-familja tagħha li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor, bħallikieku dawn kellhom ir-residenza tagħhom fl-Istat Membru kompetenti. Madanakollu, pensjonant għandu jkun intitolat għal benefiċċji marbutin mal-familja skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti għall-pensjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fl-istess kapitolu, l-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 883/2004 jistabbilixxi r-regoli dwar preċedenza fil-każ ta’ sovrapożizzjoni ta’ drittijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="068.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta, matul l-istess perjodu u għall-istess membri tal-familja, jingħataw benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawn ir-regoli dwar preċedenza għandhom japplikaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ benefiċċji li għandhom jitħallsu minn aktar minn Stat Membru wieħed fuq bażijiet differenti, l-ordni ta’ preċedenza għandha tkun kif ġej: l-ewwel nett, drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, it-tieni nett, drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ riċeviment ta’ pensjoni, u fl-aħħar nett, drittijiet miksuba fuq il-bażi ta’ residenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ benefiċċji li għandhom jitħallsu minn aktar minn Stat Membru wieħed fuq l-istess bażi, l-ordni ta’ preċedenza għandha tkun stabbilita b’referenza għal kriterji sussidjarji li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha: il-post ta’ residenza tat-tfal, sakemm ikun hemm attività bħal din, u b’mod addizzjonali, fejn jixraq, l-akbar ammont ta’ benefiċċji mogħti mill-leġislazzjonijiet differenti. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-ispejjeż tal-benefiċċji għandhom jinqassmu skond il-kriterji stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="068.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ li jkun hemm <HT TYPE="ITALIC">overlapping</HT> bejn il-benefiċċji li għalihom hija intitolata persuna, benefiċċji marbutin mal-familja għandhom jingħataw skond il-leġislazzjoni indikata bħala l-leġislazzjoni li għandha preċedenza skond il-paragrafu 1. L-intitolar għal benefiċċji tal-familja taħt leġislazzjoni jew leġislazzjonijiet oħrajn li ma jaqblux għandu jkun sospiż sa’ l-ammont stabbilit mill-ewwel leġislazzjoni u għandu jingħata suppliment biex jagħmel tajjeb għad-differenza, jekk ikun meħtieġ, fis-somma li taqbeż dan l-ammont. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 987/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 987/2009 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-applikazzjoni għall-benefiċċji marbutin mal-familja għandha tiġi indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament [Nru 883/2004], għandha titqies is-sitwazzjoni tal-familja kollha jekk [daqslikieku] il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u residenti hemmhekk, b’mod partikolari rigward id-dritt ta’ persuna li jintalbu benefiċċji bħal dawn […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Allowance għaż-Żamma ta’ Wild</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-Kinderbetreuungsgeldgesetz (il-Liġi Awstrijaka dwar l-Allowance għaż-Żamma ta’ Wild, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>KBGG<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Bundesgesetzblatt (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>BGBl<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) I 103/2001.</P></NOTE> inizjalment ipprevediet li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tkun benefiċċju tal-familja. Madankollu, minn dak iż-żmien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> kienet dovuta fuq bażi ta’ rata fissa irrispettivament minn kull attività professjonali preċedenti. Il-liġi inkwistjoni inizjalment kienet tipprovdi għal tliet strati alternattivi ta’ eliġibbiltà, fil-forma ta’ tliet rati fissi dovuti għall-perijodu sakemm il-wild jagħlaq l-etajiet ta’ 30 jew ta’ 36 xahar, 20 jew 24 xahar u 15 jew 18‑il xahar rispettivament, fejn l-ammont tar-rata fissa jkun dipendenti fuq l-għażla magħmula (il-perijodu ta’ benefiċċju). Il-liġi ppubblikata fil-BGB1 I 2009/116 mhux biss introduċiet ir-raba’ strata ta’ rata fissa (12‑il xahar b’żieda ta’ xahrejn) iżda wkoll ħolqot dritt li tiġi rċevuta l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> bħala sostitut għad-dħul, f’ammont dipendenti fuq dħul preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) (fil-verżjoni ppubblikata fil-BGBl. I 116/2009) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-intitolament għall-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> għandu, sakemm il-persuna kkonċernata tkun intitolata għal benefiċċji tal-familja komparabbli fi Stat ieħor, ikun sospiż sal-ammont tal-benefiċċji dovuti fl-Istat l-ieħor. Id-differenza bejn il-benefiċċji tal-familja komparabbli dovuti fl-Istat l-ieħor u l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> għandha tiġi akkreditata lill-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> ġaladarba l-benefiċċji tal-familja komparabbli fl-Istat l-ieħor jieqfu jitħallsu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 (fil-verżjoni ppubblikata fil-BGBl. I 117/2013) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ din it-taqsima, ġenitur […] għandu jkun intitolat għall-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> għall-wild tiegħu jew tagħha […], sakemm:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet tal-intitolament stabbiliti fil-punti 1, 2, 4 u 5 tal-Artikolu 2(1), ikunu ssodisfatti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>għas-sitt xhur li jippreċedu immedjatament it-twelid tal-wild li għalih ser tintalab il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/>, dan il-ġenitur kien ilu f’attività professjonali kontinwa fis-sens tal-paragrafu 2 u ma rċieva ebda allowances tal-qagħad matul dan il-perijodu, fejn l-intitolament għall-allowance ma kienx affettwat minn interruzzjonijiet ta’ mhux iżjed minn total ta’ 14‑il ġurnata tal-kalendarju.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ din il-Liġi Federali, attività professjonali għandha tfisser l-eżerċizzju effettiv ta’ attività professjonali suġġetta għal kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Awstrija</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24a (fil-verżjoni ppubblikata fil-BGBl. I 139/2011) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> għandha tkun, għal kull ġurnata, ugwali għal:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ mara li tirċievi benefiċċju tal-maternità, 80 % tal-benefiċċju tal-maternità previst mid-dritt Awstrijak, espress bħala rata bbażata fuq kull ġurnata tal-kalendarju, dovut fl-okkażjoni tat-twelid ta’ kwalunkwe wild li għalih tkun ġiet mitluba l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/>, […]</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ missier, 80 % tal-benefiċċju tal-maternità, espress bħala rata bbażata fuq kull ġurnata tal-kalendarju u li għandu jiġi kkalkolat b’mod fittizju, li jkun dovut lil mara fl-istess pożizzjoni tiegħu fl-okkażjoni tat-twelid ta’ kwalunkwe wild li għalih tkun ġiet mitluba l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> kif prevista fil-paragrafu 1 għandha, fi kwalunkwe każ, tkun almenu daqs ir-rata ta’ kuljum imsemmija fil-punt 5 tal-paragrafu 1 iżda ma għandhiex teċċedi EUR 66 għal kull ġurnata<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24b (fil-verżjoni ppubblikata fil-BGBl. I 116/2009), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[f]ejn il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> tkun ġiet mitluba minn ġenitur wieħed biss, hija tkun dovuta, bħala massimu, sa meta l-wild jagħlaq l-età ta’ 12‑il xahar. Fejn dan il-benefiċċju jintalab mit-tieni ġenitur ukoll, il-perijodu ta’ intitolament għandu jkun estiż bil-perijodu li għalih it-tieni ġenitur ikun qiegħed jitlob, imma ma għandux jeċċedi l-punt li fih il-wild jagħlaq l-età ta’ 14‑il xahar. Huma biss il-perijodi li matulhom il-benefiċċju jkun effettivament ingħata li għandhom jitqiesu bħala perijodi li għalihom saret talba<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 162(3) tal-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (il-Liġi Ġenerali Awstrijaka dwar is-Sigurtà Soċjali) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Il-benefiċċju tal-maternità għandu jkun dovut fl-ammont ekwivalenti għad-dħul medju, espress bħala rata bbażata fuq kull ġurnata tal-kalendarju, li jkun ġie miksub fit‑13‑il ġimgħa ([…] tliet xhur tal-kalendarju) ta’ qabel ir-riskju assigurat tal-maternità, wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet legali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Michael Moser u s-Sinjura Moser jgħixu maż-żewġt itfal bniet tagħhom fil-Ġermanja. Is-Sinjura Moser ilha impjegata bħala ħaddiema transkonfinali fl-Awstrija mill‑<DATE ISO="19960701">1 ta’ Lulju 1996</DATE>. Michael Moser ilu impjegat fil-Ġermanja mill‑1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Wara t-twelid tat-tieni tifla tagħhom fid‑<DATE ISO="20130829">29 ta’ Awwissu 2013</DATE>, is-Sinjura Moser irranġat mal-persuna Awstrijaka li timpjegaha sabiex tieħu perijodu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Karenz<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (il-leave parentali Awstrijak) sat‑<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>. Il-konvenut, Tiroler Gebietskrankenkasse, ħallas lis-Sinjura Moser ċerti ħlasijiet supplimentari flimkien mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> Awstrijaka, li hija marbuta mad-dħul, fir-rigward tat-tieni tifla. Dawn il-ħlasijiet addizzjonali ammontaw għal EUR 785.84 għall-perijodu ta’ 188 ġurnata mill‑<DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE> sat‑<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE> u għal EUR 129.58 għall-perijodu ta’ 31 ġurnata mill‑<DATE ISO="20140501">1 ta’ Mejju 2014</DATE> sal‑<DATE ISO="20140531">31 ta’ Mejju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, sabiex jieħu ħsieb it-tieni tifla tagħhom, M. Moser ħa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Elternzeit<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (il-leave parentali Ġermaniż) mid‑29 ta’ Ġunju sat‑<DATE ISO="20140828">28 ta’ Awwissu 2014</DATE> u rċieva l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Elterngeld<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3600</FT> fil‑Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri inizjali quddiem il-Landesgericht Innsbruck (il-Qorti Reġjonali ta’ Innsbruck, l-Awstrija), li kienet qiegħda taġixxi bħala qorti industrijali u tas-sigurtà soċjali, is-Sinjura Moser talbet, b’suċċess, somma supplimentari addizzjonali għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għall-perijodi mill‑<DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE> sat‑<DATE ISO="20140628">28 ta’ Ġunju 2014</DATE> u mid‑29 ta’ Awwissu sat‑<DATE ISO="20141028">28 ta’ Ottubru 2014</DATE>. Fi proċeduri oħra quddiem l-istess qorti, M. Moser talab ħlas supplimentari addizzjonali għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, li hija marbuta mad-dħul, fl-ammont ta’ EUR 66 għal kull ġurnata għall-perijodu tal-leave parentali Ġermaniż tiegħu mid‑29 ta’ Ġunju sat‑<DATE ISO="20140828">28 ta’ Awwissu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ kawżi ġew magħquda flimkien għall-iskopijiet ta’ proċedura u sentenza komuni. Il-proċeduri mressqa mis-Sinjura Moser ġew konklużi permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>. It-talba supplimentari tagħha ġiet finalment konkluża. B’kuntrast, madankollu, il-Landesgericht Innsbruck (il-Qorti Reġjonali ta’ Innsbruck), li kienet qiegħda taġixxi bħala qorti industrijali u tas-sigurtà soċjali, ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn M. Moser.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Wara appell, il-qorti tat-tieni istanza (l-Oberlandesgericht Innsbruck (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Innsbruck, l-Awstrija), irriformat id-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza. Hija ordnat lit-Tiroler Gebietskrankenkasse jħallas lil M. Moser ħlas supplimentari għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li hija marbuta mad-dħul, fl-ammont ta’ EUR 29.86 għal kull ġurnata għall-perijodu mid‑29 ta’ Ġunju sat‑<DATE ISO="20140828">28 ta’ Awwissu 2014</DATE>, jiġifieri total ta’ EUR 1 821.46. Hija ċaħdet, mingħajr kontestazzjoni, il-kumplament tat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>It-Tiroler Gebietskrankenkasse ppreżenta appell fuq punt ta’ liġi quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija) kontra din id-deċiżjoni. Huwa jisħaq li r-rikors għandu jkun miċħud kollu kemm hu. Il-kwistjoni, għaldaqstant, hija jekk M. Moser huwiex intitolat għall-ħlas tad-differenza bejn l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Elterngeld<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> Ġermaniża u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> Awstrijaka, li hija marbuta mad-dħul, għall-perijodu tal-leave parentali Ġermaniż tiegħu mid‑29 ta’ Ġunju sat‑<DATE ISO="20140828">28 ta’ Awwissu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont M. Moser, il-kompetenza fuq bażi sussidjarja tal-Awstrija tirriżulta mir-relazzjoni kontinwa ta’ impjieg ta’ martu ma’ persuna Awstrijaka li timpjega. L-Artikolu 24(2) tal-KBGG ikun imur kontra d-dritt tal-Unjoni li kieku jirrikjedi l-eżerċizzju effettiv ta’ attività professjonali suġġetta għal kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-Tiroler Gebietskrankenkasse jikkontesta l-obbligu tiegħu li jagħmel ħlas supplimentari. Huwa jikkontendi li l-missier ma jissodisfax il-kundizzjonijiet nazzjonali tal-intitolament għaliex huwa ma kienx kontinwament impjegat f’attività professjonali suġġetta għal kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew f’attività ekwivalenti fil-perijodu ta’ sitt xhur qabel it-twelid tat-tieni tifla tiegħu. Ir-Regolament Nru 883/2004 huwa llimitat għall-koordinazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li jinvolvu l-intitolament f’iżjed minn Stat wieħed. Huwa jikkontendi li l-komponent transkonfinali previst fir-Regolament Nru 883/2004 jkun, f’dan il-każ, nieqes.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li l-fatt li l-punt 2 tal-Artikolu 24(1), moqri flimkien mal-Artikolu 24(2) tal-KBGG jirrestrinġi t-tifsira ta’ attività professjonali għal attività suġġetta għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li hija mwettqa esklużivament fl-Awstrija ġie kkunsidrat mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) bħala li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, il-qorti tar-rinviju tassumi li M. Moser jissodisfa l-kundizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> stabbiliti mid-dritt nazzjonali sabiex issir talba, fil-forma ta’ perijodu minimu ta’ benefiċċju ta’ xahrejn (l-Artikolu 5(4) tal-KBGG) u minimu ta’ sitt xhur ta’ attività professjonali kontinwa qabel it-twelid tal-wild (il-punt 1 tal-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2) tal-KBGG).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) għandha dubji dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 883/2004 u tar-Regolament Nru 987/2009. B’mod partikolari, fil-każ tal-familja Moser, hemm żewġ kwistjonijiet kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ewwel waħda, jekk il-fatt li t-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 987/2009 tirrikjedi li s-sitwazzjoni tal-familja kollha tiġi kkunsidrata jagħtix lil missier dritt skont id-dritt tal-Unjoni għad-differenza fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> Awstrijaka, li hija marbuta mad-dħul, fil-każ fejn l-Awstrija għandha kompetenza fuq bażi sussidjarja esklużivament fuq il-bażi tal-fatt li hija l-Istat tal-impjieg tal-omm u diġà ħallset lill-omm żieda għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> Awstrijaka, li hija marbuta mad-dħul, li għaliha hija intitolata. It-tieni waħda, jekk l-ugwaljanza fit-trattament tal-benefiċċji, fatti jew każijiet prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 tindikax li d-dħul miksub minn M. Moser fil-Ġermanja għandu jifforma l-bażi għall-kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, li hija marbuta mad-dħul, u tas-suppliment differenzjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tirreferi d-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>1)</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 987/2009 […] għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja (l-Awstrija) huwa marbut li jħallas bħala benefiċċju tal-familja, lil ġenitur residenti u li jaħdem fi Stat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza skont l-Artikolu 68(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 (il-Ġermanja), id-differenza bejn l-ammont tal-allowance parentali [Elterngeld] imħallsa fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u l-allowance għaż-żamma ta’ wild [Betreuungsgeld] fil-varjant tagħha marbut mad-dħul previst fl-Istat Membru l-ieħor, meta ż-żewġ ġenituri jkunu jirrisjedu mal-wild komuni fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u t-tieni ġenitur biss ikun jeżerċita attività professjonali fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja, bħala ħaddiem transkonfinali?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-allowance għaż-żamma ta’ wild għandha tiġi kkalkolata fil-varjant tagħha marbut mad-dħul skont id-dħul fil-fatt miksub fl-Istat tal-impjieg (il-Ġermanja) jew skont id-dħul ipotetikament miksub fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja (l-Awstrija) għal attività professjonali komparabbli?<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent u l-konvenut fil-kawża prinċipali, il-Gvern Ċek, il-Gvern Awstrijak u l-Kummissjoni Ewropea, issottomettew osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, il-Gvern Awstrijak u l-Kummissjoni Ewropea attendew ukoll is-seduta tat‑<DATE ISO="20190130">30 ta’ Jannar 2019</DATE> u ppreżentaw sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Bla ħsara għal kwalunkwe risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħti għall-ewwel domanda preliminari, iżda, kif mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’dawn il-konklużjonijiet nipproponi li nillimita l-osservazzjonijiet tiegħi għat-tieni domanda magħmula mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat kwistjoni simili fil-kawża Bergström<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bergström</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:839">EU:C:2011:839</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja kkalkolat l-ammont ta’ benefiċċju tal-familja mogħti lil persuna li wettqet fis-sħiħ il-perijodi ta’ impjieg neċessarji għall-akkwist ta’ dan id-dritt fi Stat Membru ieħor billi kkunsidrat fuq bażi ipotetika d-dħul ta’ persuna li għandha esperjenza u kwalifiki komparabbli u li b’mod simili hija impjegata fl-Istat Membru li fih intalab dan il-benefiċċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li l-ugwaljanza fit-trattament tal-benefiċċji, fatti jew każijiet prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 tista’ tindika li d-dħul miksub minn M. Moser fil-Ġermanja għandu jifforma l-bażi għall-kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, li hija marbuta mad-dħul, u tas-suppliment differenzjali. Min-naħa tiegħi, madankollu, ma naqbilx ma’ din l-interpretazzjoni. Inqis li r-raġunament mogħti fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Bergström, huwa effettivament deċiżiv f’dan il-każ. Kwalunkwe konklużjoni oħra tkun tammonta għall-annullament tal-effett ta’ din is-sentenza preċedenti mingħajr ebda bażi legali jew fattwali sabiex isir hekk<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ninnota wkoll li ebda waħda mill-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma qajmet asserzjoni fir-rigward tad-diffikultajiet possibbli fil-kalkolu ta’ tali ammonti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bergström</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:839">EU:C:2011:839</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Hekk kif għadni kemm indikajt, fis-sentenza tal‑<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Bergström, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat li tassimila d-dħul irċevut f’pajjiż terz mad-dħul nazzjonali li jservi, skont id-dritt nazzjonali involut, bħala bażi għall-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-familja mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dik il-kawża, ir-rikorrenti, ċittadina Svediża, kienet preċedentement stabbilixxiet ruħha fl-Isvizzera u kienet impjegata hemm sat-twelid tat-tifla tagħha fl‑2002. Sussegwentement hija ċċaqalqet lejn l-Isvezja mar-raġel tagħha. Huwa ġie impjegat, iżda hija baqgħet id-dar sabiex tieħu ħsieb it-tifla tagħha. E. Bergström sussegwentement applikat għal benefiċċju parentali kkalkolat fuq il-bażi tad-dħul Svizzeru li hija kellha preċedentement mill-impjieg tagħha f’dak il-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont id-dritt nazzjonali applikabbli, il-benefiċċju tal-familja inkwistjoni kien jekwivali fil-valur għal dawk il-benefiċċji ta’ kuljum li kienu stabbiliti skont ir-regoli li jirregolaw l-assigurazzjoni għall-mard. Il-benefiċċju tal-familja inkwistjoni kien marbut mad-dħul annwali tal-assigurat soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’tali ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kellhom għaldaqstant jiġu kkunsidrati r-regoli rilevanti, li jirrigwardaw is-settur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>mard<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> tas-sigurtà soċjali stabbilit fir-regolament applikabbli f’dak iż-żmien, jiġifieri r-Regolament (KEE) Nru 1408/71<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtá soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20010605">5 ta’ Ġunju 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 129).</P></NOTE>, sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-benefiċċji tal-familja għal dik il-kategorija partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1408/71, id-dħul huwa stabbilit jew b’riferiment għall-qligħ matul perijodi mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni tal-istituzzjoni kompetenti, jew b’riferiment għall-qligħ standard għall-perijodi mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni msemmija (jiġifieri, fil-każ ta’ E. Bergström, taħt id-dritt Svediż).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minħabba li E. Bergström ma kienet qiegħda tirċievi ebda dħul fl-Isvezja matul il-perijodu ta’ riferiment, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>sabiex jingħata effett utli […] lill-Artikolu 72 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, […] kif ukoll sabiex tiġi sodisfatta l-ħtieġa ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilita […] fl-Artikolu 3(1) tar-regolament imsemmi, id-dħul ta’ riferiment ta’ E. Bergström għandu jiġi kkalkolat billi jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul ta’ persuna li teżerċita, fl-Isvezja, attività paragunabbli għal tagħha u li għandha esperjenza u kwalifiki professjonali paragunabbli wkoll ma’ dawk tal-persuna interessata<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bergström</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:839">EU:C:2011:839</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Is-sinjifikanza vera tal-kawża Bergström, madankollu, tinsab fil-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument li r-Regolament Nru 1408/71 kellu l-effett li jassimila d-dħul Svizzeru ta’ E. Bergström mad-dħul nazzjonali li fl-Isvezja serva bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-familja mitlub. Minħabba li E. Bergström ma kellha ebda qligħ Svediż rilevanti għal dan l-iskop, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li sabiex id-dispożizzjonijiet globali tar-Regolament Nru 1408/71 ikunu effettivi u jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ ugwaljanza fit-trattament skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament, dan id-dħul ta’ riferiment kellu jiġi kkalkolat billi jsir riferiment għad-dħul fittizju tal-impjegat Svediż ipotetiku li kellu l-istess kwalifiki u esperjenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għal din il-kawża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni tas-sinjifikanza tad-deċiżjoni fil-kawża Bergström jeħtieġ li jitfakkar li r-regoli li l-Qorti tal-Ġustizzja ħadet bħala l-bażi għall-konklużjoni tagħha, jiġifieri l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 23 u l-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71, xorta japplikaw sa fejn ir-Regolament Nru 883/2004 huwa kkonċernat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, rispettivament, l-Artikolu 4, l-Artikolu 21 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-fatt li M. Moser ma ċċaqlaqx mill-Ġermanja lejn l-Awstrija – mhux bħal E. Bergström li kienet iċċaqalqet mill-Isvizzera lejn l-Isvezja – ma jibdilx din il-perspettiva. Id-deċiżjoni fil-kawża Bergström ma tiddependix fuq il-fatt li r-rikorrenti f’dik il-kawża kienet eżerċitat id-drittijiet ta’ moviment liberu tagħha. Pjuttost, dak li kien kritiku fir-rigward tar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja kien li l-qligħ <HT TYPE="ITALIC">effettiv</HT> Svizzeru ta’ E. Bergström ma setax jiġi kkunsidrat għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-benefiċċju tal-familja dovut lilha fl-Isvezja. Il-kwistjoni legali hija għaldaqstant simili fiż-żewġ sitwazzjonijiet: il-benefiċċju huwa stabbilit skont ir-regoli li jirregolaw il-benefiċċju tal-maternità (bħal fil-kawża prinċipali) jew l-assigurazzjoni għall-mard (bħal fil-kawża Bergström) li t-tnejn li huma, min-naħa tagħhom huma marbuta mad-dħul preċedentament miksub mill-persuna kkonċernata u huma rregolati mill-istess dispożizzjonijiet fir-Regolament Nru 883/2004<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara r-Regolament Nru 883/2004, Titolu III, Kapitolu 1, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 jista’ jindika li d-dħul miksub minn M. Moser fil-Ġermanja – jiġifieri d-dħul <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>reali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> miksub minnu – għandu jifforma l-bażi għall-kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, li hija marbuta mad-dħul, u tas-suppliment differenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament Nru 883/2004, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>meta, taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, jkunu attribwiti ċerti effetti legali meta jseħħu ċerti fatti jew każijiet, dak l-Istat Membru għandu jqis fatti u każijiet simili li jseħħu fi kwalunkwe Stat Membru bħallikieku seħħew fit-territorju tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>. Din ir-regola ċertament ma ġietx inkluża fir-Regolament Nru 1408/71. L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 minkejja kollox jammonta sempliċement għal kjarifika tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, jidhirli li din id-dispożizzjoni ma tistax taffettwa l-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċji tal-familja, almenu sa fejn din il-kawża hija kkonċernata. Hawn jeħtieġ jingħad li l-premessa 10 tar-Regolament Nru 883/2004 espressament tipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>il-prinċipju li ċerti fatti jew każijiet li jiġru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jkunu trattati bħallikieku ġraw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li tapplika l-leġislazzjoniji tiegħu, <HT TYPE="ITALIC">ma għandux ifixkel il-prinċipju li perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg, ta’ impjieg għal rashom jew ta’ residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru [ieħor] jingħaddu flimkien</HT> ma’ dawk il-perjodu magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. Dan huwa preċiżament il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 72 tar-Regolament Nru 1408/71 li għalih tirreferi l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bergström</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:839">EU:C:2011:839</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u li issa jinsab inkluż fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, l-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdi fir-rigward tal-kwistjoni tal-benefiċċju tal-familja li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>[p]ersuna għandha tkun intitolata għal benefiċċji marbutin mal-familja skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti, inklużi l-membri tal-familja tagħha li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor, <HT TYPE="ITALIC">bħallikieku dawn kellhom ir-residenza tagħhom fl-Istat Membru kompetenti</HT><QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Lanqas ma jista’ jiġi injorat il-fatt li, f’kawża bħal din, fejn għandu jiġi applikat l-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 883/2004, l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 987/2009 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>għandha titqies is-sitwazzjoni tal-familja kollha <HT TYPE="ITALIC">jekk [daqslikieku] il-persuni kollha involuti kienu suġġetti għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u residenti hemmhekk, b’mod partikolari rigward id-dritt ta’ persuna li jintalbu benefiċċji bħal dawn</HT><QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> f’dan il-kuntest jindika b’mod ċar li ċ-ċirkustanzi enumerati f’din id-dispożizzjoni ma kinux intiżi li jkunu eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 883/2004 u tal-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 987/2004 tissalvagwardja l-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru involut ġaladarba l-ogħla dħul minn Stati Membri oħra huwa irrilevanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Jista’ wkoll jiġi osservat li ma hemm ebda riskju li jiġi serjament ippreġudikat il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali Awstrijaka ġaladarba l-ammont tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> huwa suġġett għal limitu legali.</P></NOTE>. Din hija wkoll konsistenti mal-premessa 12 tar-Regolament Nru 883/2004 li tipprovdi li l-prinċipju ta’ assimilazzjoni ta’ fatti jew ta’ każijiet ma jistax iwassal għal riżultati li, b’mod oġġettiv, ma jkunux iġġustifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Dan kollu jwassal għall-konklużjoni li, b’analoġija diretta mar-raġunament fil-kawża Bergström, id-dħul ta’ riferiment ta’ M. Moser għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-ħlas tal-benefiċċju tal-familja Awstrijak, għandu jiġi evalwat mhux b’riferiment għal dak li effettivament qala’ fil-Ġermanja, iżda minflok b’riferiment għad-dħul li ipotetikament seta’ jiġi miksub minn impjegat bi kwalifiki u esperjenza simili fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja (f’dan il-każ, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għat-tieni domanda magħmula mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija) bil-mod li ġej:</TXT><P>Il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Kinderbetreuungsgeld<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> (l-allowance Awstrijaka għaż-żamma ta’ wild), li hija marbuta mad-dħul, għandha tiġi kkalkolata b’riferiment għad-dħul li ipotetikament jista’ jiġi miksub minn attività professjonali komparabbli fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>