12006M040A

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VI - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni - Artikolu 40A

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0029 - 0030
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0027 - Consolidated version


Artikolu 40A

1. L-Istati Membri li jkunu bi ħsiebhom jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom skond l-Artikolu 40 għandhom jagħmlu talba lill-Kummissjoni li tista’ tissottometti proposta lill-Kunsill f’dan is-sens. Jekk ma tagħmilx proposta, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati dwar ir-raġunijiet għala ma tkunx għamlet hekk. Dawn l-Istati Membri mbagħad jistgħu jissottomettu lill-Kunsill inizjattiva intiża biex jiksbu awtorizzazzjoni għall-kooperazzjoni msaħħa in kwistjoni.

2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi mogħtija, skond l-Artikoli 43 sa 45, mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni jew bl-inizjattiva ta' mill-anqas ta’ tmien Stati Membri, u wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Il-voti tal-membri tal-Kunsill għandhom ikunu peżati skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Membru tal-Kunsill jista’ jitlob li l-kwistjoni tiġi riferita lill-Kunsill Ewropew. Wara li l-kwistjoni tkun tqajmet quddiem il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill jista’ jaġixxi skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

--------------------------------------------------