1.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10721 – CELANESE / DUPONT (MOBILITY & MATERIALS BUSINESS))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 333/10)

1.   

Fit-23 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Celanese Corporation (“Celanese”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

In-negozju tal-Mobilità u l-Materjali ta’ DuPont, ikkontrollat minn DuPont de Nemours, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Celanese se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju tal-Mobilità u l-Materjali ta’ DuPont.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Celanese hija kumpanija globali ta’ materjali kimiċi u ta’ speċjalità, li tipproduċi polimeri maħdumin ta’ prestazzjoni għolja li jintużaw f’varjetà ta’ applikazzjonijiet, kif ukoll produttur ta’ prodotti aċetiliċi, li huma sustanzi kimiċi intermedji għal kważi l-industriji ewlenin kollha. Il-portafoll tal-prodotti ta’ Celanese iservi sett varjat ta’ applikazzjonijiet tal-użu aħħari.

—

In-negozju tal-Mobilità u Materjali ta’ DuPont jipprovdi termoplastiks tal-inġinerija ta’ prestazzjoni għolja, elastomeri, pejsts, filamenti u films avvanzati lill-inġiniera u lid-disinjaturi fit-trasportazzjoni, l-elettronika, l-enerġija rinnovabbli, is-swieq finali industrijali u tal-konsumaturi biex jippermettu soluzzjonijiet ta’ sistemi għal applikazzjonijiet u ambjenti eżiġenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10721 – CELANESE / DUPONT (MOBILITY & MATERIALS BUSINESS)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).