|
23.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 132/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9840 — Macquarie/Fresco International)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 132/11)
1.
Fis-16 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Macquarie European Infrastructure Fund 4 LP (“MEIF 4”) (ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie”) (l-Awstralja), |
|
— |
Fresco International S.à.r.l (“Fresco International”) (il-Lussemburgu), bħalissa kkontrollata bi sħab indirettament minn Macquarie and Kuwait Investment Authority (“KIA”) (il-Kuwajt). |
MEIF 4 takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Fresco International kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Macquarie: Macquarie hija kumpanija tal-investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji f’diversi setturi tal-industrija, fosthom iżda mhux biss l-interessi f’utilitajiet tal-enerġija fl-Ewropa, |
|
— |
Fresco International: Fresco International hija l-kumpania azzjonarja tal-Viesgo Group. Il-Viesgo Group huwa inkorporat fi Spanja, b’interessi f’network tad-distribuzzjoni tal-elettriċità fi Spanja u assi tal-ġenerazzjoni tal-elettriċità kemm fi Spanja kif ukoll fil-Portugall. Fresco International bħalissa hija kkontrollata bi sħab b’mod indirett minn Macquarie u KIA. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9840 — Macquarie/Fresco International
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).