IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.7.2025
COM(2025) 548 final
ANNESS
ta'
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-appoġġ tal-Unjoni għall-preparatezza u r-rispons għal emerġenzi tas-saħħa, u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili)
{SEC(2025) 545 final} - {SWD(2025) 545 final} - {SWD(2025) 546 final}
Anness
Taqsima 1
Azzjonijiet ta’ prevenzjoni eliġibbli possibbli (lista mhux eżawrjenti)
Azzjonijiet li jissodisfaw l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(2), il-punt (a):
(a)Il-kofinanzjament ta’ proġetti, studji, workshops, stħarriġ, rieżamijiet bejn il-pari u azzjonijiet u attivitajiet simili;
(b)L-appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fit-tqegħid għad-disponibbiltà tal-pubbliku ta’ valutazzjonijiet tar-riskju, valutazzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-ġestjoni tar-riskji, u ppjanar tal-ġestjoni tar-riskji fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq;
(c)Azzjonijiet li jiffaċilitaw l-aċċess, il-kondiviżjoni u t-titjib tal-bażi tal-għarfien dwar ir-riskji ta’ diżastri, inkluż l-użu ta’ riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni xjentifiċi, l-aħjar prattiki u informazzjoni, interessi komuni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, valutazzjonijiet tar-riskju, attivitajiet ta’ mmappjar u attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju tal-Istati Membri;
(d)F’konformità mal-impenji internazzjonali, l-appoġġ lill-Istati Membri fit-titjib tal-ġbir tad-data dwar it-telf mid-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq;
(e)L-appoġġ lill-Istati Membri biex itejbu l-ippjanar transsettorjali tal-ġestjoni tar-riskji ta’ diżastri fil-livell tal-Unjoni;
(f)L-appoġġ lill-Istati Membri fis-sensibilizzazzjoni, fl-informazzjoni u fl-edukazzjoni għall-pubbliku, u l-isforzi tagħhom fl-għoti ta’ informazzjoni pubblika dwar sistemi ta’ twissija, inkluż fuq livell transfruntier;
(g)L-appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-għanijiet tal-Unjoni għar-reżiljenza għad-diżastri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili;
(h)It-teħid ta’ aktar azzjoni preventiva ta’ appoġġ u komplementari meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv speċifikat fl-Artikolu 4(2), il-punt (a).
Taqsima 2
Azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċitajiet eliġibbli possibbli (lista mhux eżawrjenti)
Azzjonijiet li jissodisfaw l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(2), il-punt (b):
(a)Azzjonijiet li jiffaċilitaw l-ipproċessar u t-tixrid tal-għarfien, it-tagħlimiet meħuda, u l-informazzjoni rilevanti għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ għodod online dedikati;
(b)Programmi ta’ assistenza teknika u finanzjarja, inklużi għotjiet;
(c)L-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ programmi ta’ taħriġ u eżerċizzji għall-protezzjoni ċivili, il-prevenzjoni, il-preparatezza u l-ippjanar tar-rispons għal theddid transfruntier serju għas-saħħa, inklużi l-ġestjoni ta’ kontromiżuri mediċi, il-kooperazzjoni ċivili-militari, u programm ta’ skambju ta’ esperti għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri;
(d)L-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ programm dwar l-użu tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-inkoraġġiment tal-introduzzjoni u l-użu ta’ approċċi jew teknoloġiji, jew it-tnejn li huma, rilevanti ġodda għall-fini tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż l-akkwist tagħhom;
(e)It-teħid ta’ aktar azzjoni preventiva ta’ appoġġ u komplementari meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv speċifikat fl-Artikolu 4(2), il-punt (b).
Taqsima 3
Azzjonijiet ta’ preparatezza eliġibbli possibbli (lista mhux eżawrjenti)
Azzjonijiet li jissodisfaw l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(2), il-punt (c):
(a)Il-ġestjoni taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC, Emergency Response Coordination Centre) u l-għodod tiegħu, inkluż is-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (CECIS, Common Emergency Communication and Information System);
(b)Il-ħidma mal-Istati Membri biex jiżviluppaw u jintegraw sistemi ta’ detezzjoni u ta’ twissija bikrija tranżnazzjonali ta’ interess għall-Unjoni sabiex jittaffew l-effetti immedjati tad-diżastri;
(c)Il-ħidma mal-Istati Membri dwar l-iżvilupp ta’ għodod li jipprovdu informazzjoni pubblika dwar allerti li jkunu għaddejjin fl-Ewropa;
(d)Il-ħidma mal-Istati Membri biex tinżamm u tiġi żviluppata ulterjorment il-kapaċità tal-għarfien tas-sitwazzjoni u tal-analiżi tagħha, inkluż l-għarfien espert konsultattiv xjentifiku u tekniku, u biex l-informazzjoni xjentifika tissarraf f’informazzjoni operazzjonali;
(e)Il-ħidma mal-Istati Membri biex jiġu mmonitorjati d-diżastri u, fejn rilevanti, l-impatti tat-tibdil fil-klima, u l-għoti ta’ pariri bbażati fuq l-għarfien xjentifiku dwar dan;
(f)Il-ħidma mal-Istati Membri biex joħolqu, iżommu u jiżviluppaw sħubijiet xjentifiċi Ewropej li jkopru l-perikli naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, u l-promozzjoni tal-konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali ta’ twissija bikrija u ta’ allerta u l-konnessjoni ta’ tali sistemi mal-ERCC u ma’ sistemi tal-IT rilevanti oħra;
(g)L-appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali b’mandat b’għarfien xjentifiku, l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi u tal-għarfien espert;
(h)L-iffaċilitar tal-koordinazzjoni tal-pożizzjonament minn qabel tal-kapaċitajiet ta’ rispons għad-diżastri tal-Istati Membri fl-Unjoni;
(i)Kapaċitajiet ta’ pożizzjonament u ta’ koordinazzjoni tar-rispons fuq talba ta’ Stat Membru, inkluż għall-fini ta’ taħriġ, eżerċizzji, skambju ta’ għarfien u titjib tal-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet u tat-timijiet ta’ intervent
(j)L-appoġġ tal-isforzi għat-titjib tal-interoperabbiltà tal-moduli u ta’ kapaċitajiet oħra ta’ rispons, billi jitqiesu l-aħjar prattiki fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell internazzjonali;
(k)It-teħid tal-azzjonijiet meħtieġa, fl-isfera ta’ kompetenza tagħha, biex tiffaċilita l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti, inkluż l-iżvilupp u l-aġġornament, flimkien mal-Istati Membri, ta’ linji gwida dwar l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti, abbażi tal-esperjenza operazzjonali;
(l)L-appoġġ lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ diżastri li jseħħu fit-territorji tagħhom billi tipprovdi l-possibbiltà li jintużaw sħubijiet xjentifiċi Ewropej għal analiżijiet xjentifiċi mmirati. L-analiżijiet li jirriżultaw jistgħu jiġu kondiviżi permezz ta’ CECIS, bi qbil mal-Istati Membri milquta;
(m)It-twettiq ta’ azzjonijiet relatati mal-iżvilupp u l-iskjerabbiltà tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili, li jistgħu jiġu ffinanzjati b’rata sa 100 %, inkluż biex jiġu koperti:
(i)kostijiet tat-taħriġ u tal-eżerċizzji, inkluż għall-persunal militari,
(ii)kostijiet tar-reġistrazzjoni u taċ-ċertifikazzjoni,
(iii)kostijiet ta’ adattament għat-titjib jew għat-tiswija tal-kapaċitajiet ta’ rispons tar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili (ECPP, European Civil Protection Pool), li jinkludu kostijiet relatati mal-operabbiltà, l-interoperabbiltà ta’ moduli u kapaċitajiet oħra ta’ rispons, l-awtonomija, l-awtosuffiċjenza, it-trasportabbiltà, l-imballaġġ, is-sigurtà u kostijiet neċessarji oħra, dment li jkunu relatati speċifikament mal-parteċipazzjoni fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili.
(n)It-twettiq ta’ azzjonijiet relatati mal-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-iskjerabbiltà ta’ rescEU, li jistgħu jiġu ffinanzjati b’rata sa 100 %, inkluż biex jiġu koperti:
(i)it-tagħmir,
(ii)il-manutenzjoni, inkluż it-tiswija,
(iii)l-assigurazzjoni,
(iv)it-taħriġ,
(v)il-ħżin,
(vi)ir-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni,
(vii)il-materjali konsumabbli,
(viii)il-persunal meħtieġ biex tiġi żgurata d-disponibbiltà u l-iskjerabbiltà tal-kapaċitajiet ta’ rescEU.
(o)It-teħid ta’ aktar azzjoni preventiva ta’ appoġġ u komplementari meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv speċifikat fl-Artikolu 4(2), il-punt (c).
Taqsima 4
Azzjonijiet ta’ rispons eliġibbli possibbli (lista mhux eżawrjenti)
(1)Azzjonijiet li jissodisfaw l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(2), il-punt (d), li jistgħu jiġu ffinanzjati b’rata sa 75 %:
(a)it-trasport ta’ assistenza offruta b’mod spontanju mhux irreġistrata fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili jew f’rescEU meħtieġa għar-rispons għal diżastru;
(b)l-aċċess għal tagħmir, riżorsi u servizzi tat-trasport u loġisitiċi fil-forma ta’ aċċess għas-suq kummerċjali jew għal sorsi oħrajn permezz tal-Kummissjoni, bħal servizzi tat-trasport akkwistati minn entitajiet privati jew entitajiet oħrajn;
(c)l-appoġġ għall-protezzjoni ċivili għall-assistenza konsulari liċ-ċittadini tal-Unjoni f’diżastri f’pajjiżi terzi, filwaqt li r-rata finali ta’ kofinanzjament għandha tkun progressiva u skont in-numru ta’ ċittadini differenti tal-UE abbord.
(2)Azzjonijiet li jissodisfaw l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(2), il-punt (d), li jistgħu jiġu ffinanzjati b’rata sa 100 %:
(a)l-aċċess għal tagħmir, riżorsi u servizzi tat-trasport u loġisitiċi fil-forma ta’ aċċess għas-suq kummerċjali jew għal sorsi oħrajn offruti mill-Istati Membri, bħal servizzi tat-trasport akkwistati minn entitajiet privati jew entitajiet oħrajn;
(b)l-aċċess għal riżorsi tat-trasport u loġistiċi, fejn dan ikun meħtieġ biex l-akkomunament tal-assistenza tal-Istati Membri jew ta’ rescEU jkun effettiv mil-lat operazzjonali u fejn il-kostijiet ikunu relatati ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(i)il-ħżin għal perjodu qasir jew kapaċità loġistika fuq terminu itwal biex tinħażen temporanjament u tiġi ġestita l-assistenza mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-trasport koordinat tagħha,
(ii)it-trasport u l-loġistika mill-Istat Membru li jipprovdi l-assistenza sal-punt fejn ikun qed iseħħ it-trasport ikkoordinat,
(iii)il-koordinazzjoni, l-immaniġġar, u l-imballaġġ mill-ġdid tal-assistenza tal-Istati Membri biex isir użu massimu mill-kapaċitajiet ta’ trasport disponibbli jew biex jiġu ssodisfati rekwiżiti operazzjonali speċifiċi,
(iv)it-trasport lokali u t-tranżitu ta’ assistenza akkomunata bil-ħsieb li tiġi żgurata kunsinna koordinata fid-destinazzjoni finali fil-pajjiż milqut,
(v)it-trasport tal-assistenza akkomunata mill-punt fejn isseħħ l-azzjoni ta’ akkomunament lejn id-destinazzjoni finali fil-pajjiż milqut,
(c)it-trasport ta’ assistenza offruta b’mod spontanju mhux irreġistrata fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili meħtieġa għar-rispons għal kriżi, kif stabbilit fl-Artikolu 29(3);
(d)it-trasport offrut mill-Istati Membri, inkluż permezz ta’ riżorsi militari, ta’ kwalunkwe assistenza meħtieġa għar-rispons għal diżastru jew kriżi f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm l-ebda offerta ta’ trasport kummerċjali disponibbli;
(e)attivitajiet meħtieġa għall-organizzazzjoni tat-trasport għat-twettiq ta’ evakwazzjoni medika, fejn il-kostijiet ikunu relatati ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)it-trasport tal-pazjent, inklużi l-persuni li jakkumpanjawh, il-persuni li jieħdu ħsiebu jew il-kustodji legali tiegħu mill-pajjiż affettwat lejn il-faċilità medika ta’ tranżitu jew lejn iċ-ċentru medevac, inklużi t-trasport u t-tranżitu lokali,
(ii)l-użu jew l-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ faċilitajiet għall-akkoljenza u l-istabbilizzazzjoni tal-pazjenti, inklużi kostijiet operazzjonali relatati mat-tagħmir mediku u mal-persunal meħtieġ għat-trasport sussegwenti tal-pazjenti,
(iii)kostijiet operazzjonali tal-persunal essenzjali li jakkumpanja l-evakwazzjoni medika inkluż l-iskjerament ta’ timijiet mediċi ta’ valutazzjoni,
(iv)l-akkwist ta’ provvisti mediċi u materjali konsumabbli, l-aċċess għal tagħmir għall-użu fiċ-ċentri jew matul l-evakwazzjoni medika.
(f)l-iffaċilitar tat-trasport għall-fini ta’ pożizzjonament minn qabel temporanju u l-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ rispons.
(g)l-iffaċilitar tat-trasport u ta’ kostijiet oħra għall-fini ta’ allokazzjoni ta’ riżerva u koordinazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ rispons matul perjodi ta’ riskju staġunali akbar;
(h)it-twettiq ta’ azzjoni ta’ appoġġ u komplementari addizzjonali neċessarja biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tar-rispons bl-aktar mod effettiv;
(i)it-teħid ta’ aktar azzjoni preventiva ta’ appoġġ u komplementari meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv speċifikat fl-Artikolu 4(2), il-punt (d);
(3)Azzjonijiet li jissodisfaw l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(2), il-punt (d), li jistgħu jiġu ffinanzjati b’rata sa 100 %:
(a)l-iffaċilitar tat-trasport u l-appoġġ għall-operat tal-kapaċitajiet reġistrati tal-ECPP;
(b)l-iffaċilitar tat-trasport u l-appoġġ għall-operat tal-kapaċitajiet ta’ rescEU;
(c)it-tħejjija għall-mobilizzazzjoni u d-dispaċċ tat-timijiet ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 33(1) u l-iżvilupp u ż-żamma ta’ kapaċità ta’ żieda f’daqqa permezz ta’ network ta’ esperti mħarrġa tal-Istati Membri;
(d)l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ appoġġ tekniku u loġistiku, inkluż l-iskjerament tat-TAST (technical assistance and support team), għall-esperti u għat-timijiet ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 33(1).
Taqsima 5
Azzjonijiet ta’ rispons transsettorjali għall-kriżijiet eliġibbli possibbli (lista mhux eżawrjenti)
Azzjonijiet li jissodisfaw l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(2), il-punt (e):
kwalunkwe azzjoni ta’ rispons jew azzjoni addizzjonali ta’ appoġġ u komplementari meħtieġa biex tiġi indirizzata kriżi.