European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6135

9.10.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2655 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan

(C/2024/6135)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2655 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 u fir-Regolament (UE) 2023/2147 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet jew l-korpi jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta' Mejju 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135.

L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.

(2)   ĠU L, 2024/2655, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2655/oj.

(3)   ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6135/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)