Official Journal L 322 , 01/12/1998 P. 0040 - 0041
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/89/KE ta' l-20 ta' Novembru 1998 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE rigward il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-istima tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti ta' l-agrikoltura jew l-forestrija [1], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE ta' l-4 ta' Marzu dwar l-istima tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [3], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, Billi, minħabba ż-żieda fil-veloċità massima skond id-disinn għal 40 km/s u l-iżviluppi fit-teknoloġija l-iktar avvanzata, hu xieraq li tkun addattata l-ħtieġa rigward it-tolleranza fil-kejl tal-veloċità msemmija fil-punt 1.5 ta' l-Anness tad-Direttiva 74/152/KEE; Billi l-miżuri li hemm provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-adozzjoni għall-progress tekniku mdaħħal permezz tad-Direttiva 74/150/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Il-punt 1.5 ta' l-Anness tad-Direttiva 74/152/KEE għandu jiġi emendat kif ġej: "li l-veloċità mkejla taqbeż il-veloċità massima skond id-disinn bi 5 %". Artikolu 2 1. Mill-1 ta' Jannar 2000 l-ebda Stat Membru ma jista: - jirrifjuta, rigward xi tip ta' trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi, jekk dawk it-tratturi iħarsu l-ħtieġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE, kif emendata permezz ta' din id-Direttiva. 2. Mill-1 ta' Ottubru 2004, l-Istati Membri: - ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE ta' tip ta' trattur jekk dan ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva, - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward xi tip ta' trattur jekk dan ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE kif emendata b'din id-Direttiva. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaderixxu ma' din id-Direttiva sa, l-aktar tard, il-31 ta' Diċembru 1999. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn ta' l-aħħar għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza meta ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tagħhom. Il-kondizzjonijiet li jgħoddu għal dik ir-riferenza għandhom ikunu ntrodotti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 1998. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. [2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24. [3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33. --------------------------------------------------