6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 60/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni, u l-kundizzjonijiet għal annimali donaturi tal-ispeċi ekwini, ovini u kaprini u għall-ġestjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ dawk l-ispeċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 438/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/371/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 84/247/KEE u 84/419/KEE fir-rigward tal-kotba tal-merħla għall-ispeċijiet bovini (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/188/UE tad-29 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjuni amministrattivi tal-Polonja u l-Portugall huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (7) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/193/UE tad-29 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjanijiet ta’ qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tar-Rhine Westphalia tat-Tramuntana u tar-Rhineland-Palatinate (il-Ġermanja) (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/270/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa tal-annimali minn stabbilimenti u għan-naħal u n-naħal bagħli (9), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/271/UE tal-11 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE tal-25 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/391/UE tat-8 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Litwanja u r-reġjun tal-Molise fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. Melitensis) u li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ ċerti reġjuni amministrattivi tal-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi bovina, mill-bruċellosi bovina u l-lewkosi bovina enzootika (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/434/UE tas-6 ta’ Awwissu 2010 [li] temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tas-Slovenja fil-lista ta’ Stati Membri ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-inklużjoni tal-Polonja fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (13) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/435/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 li temenda l-Anness XI għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta’ profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(16)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (16) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(17)

Id-Direttiva 2009/156/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE (17) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(18)

Id-Deċiżjoni 2010/367/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE (18) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim.

(19)

Id-Deċiżjoni 2010/436/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE (19) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim.

(20)

Id-Deċiżjoni 2010/470/UE tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 95/294/KE (20), 95/307/KE (21), 95/388/KE (22) u 95/483/KE (23) li huma inkorporati fil-Ftehim u għandhom għalhekk jitħassru skont il-Ftehim.

(21)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 176/2010, (UE) Nru 388/2010 u (UE) Nru 438/2010, id-Direttiva 2009/156/KE u d-Deċiżjonijiet 2007/371/KE, 2010/188/UE, 2010/193/UE, 2010/270/UE, 2010/271/UE, 2010/367/UE, 2010/391/UE, 2010/434/UE, 2010/435/UE, 2010/436/UE u 2010/470/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 69.

(2)   ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14.

(3)   ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3.

(4)   ĠU L 132, 29.5.2010, p. 3.

(5)   ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(6)   ĠU L 140, 1.6.2007, p. 49.

(7)   ĠU L 83, 30.3.2010, p. 59.

(8)   ĠU L 84, 31.3.2010, p. 56.

(9)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 56.

(10)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 63.

(11)   ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22.

(12)   ĠU L 180, 15.7.2010, p. 21.

(13)   ĠU L 208, 7.8.2010, p. 5.

(14)   ĠU L 209, 10.8.2010, p. 18.

(15)   ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19.

(16)   ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15.

(17)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(18)   ĠU L 115, 3.5.2007, p. 3.

(19)   ĠU L 71, 10.3.2004, p. 30.

(20)   ĠU L 182, 2.8.1995, p. 27.

(21)   ĠU L 185, 4.8.1995, p. 58.

(22)   ĠU L 234, 3.10.1995, p. 30.

(23)   ĠU L 275, 18.11.1995, p. 30.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


ANNESS

1.   

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10 (ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“—

32010 R 0438: Ir-Regolament (UE) Nru 438/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 132, 29.5.2010. p. 3).”

2.   

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 146 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009) fil-Parti 1.2:

“147.

32010 R 0388: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ pets ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali (ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3).

Dan l-att ma għandux japplika għall-Islanda.”

3.   

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punti 1 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/247/KEE) u 2 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/419/KEE) fil-Parti 2.2:

“, kif emendat permezz ta’:

—

32007 D 0371: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/371/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 49).”

4.   

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:

“—

32010 D 0435: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/435/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 18).”

5.   

It-test tal-punt 38 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE) fil-Parti 3.2 għandu jitħassar.

6.   

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 44 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE) fil-Parti 3.2:

“45.

32010 D 0367: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE tal-25 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22).

Dan l-att ma għandux japplika għall-Islanda.”

7.   

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 20 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE) fil-Parti 3.2:

“—

32010 D 0193: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/193/UE tad-29 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 56).”

8.   

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1:

“—

32010 R 0176: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14),

—

32010 D 0270: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/270/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 56).”

9.   

It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE) tal-Parti 8.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ 32009 L 0156: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

Dan l-att ma għandux japplika għall-Islanda.”

10.   

Dan li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE) fil-Parti 4.2:

“—

32010 D 0391: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/391/UE tat-8 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 21).”

11.   

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32010 D 0188: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/188/UE tad-29 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 59),

—

32010 D 0391: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/391/UE tat-8 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 21).”

12.   

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 84 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32010 D 0271: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/271/UE tal-11 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 63),

—

32010 D 0434: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/434/UE tas-6 ta’ Awwissu 2010 (ĠU L 208, 7.8.2010, p. 5).”

13.   

It-test tal-punti 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/294/KE), 34 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/307/KE), 36 Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/388/KE), 40 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE) u 76 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE) fil-Parti 4.2 għandu jitħassar.

14.   

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 91 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/712/KE) fil-Parti 4.2:

“92.

32010 D 0436: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta’ Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta’ profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tal-idrofobija (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).

Dan l-att ma għandux japplika għall-Islanda.

93.

32010 D 0470: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15).

Dan l-att ma għandux japplika għall-Islanda.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Id-data “il-31 ta’ Awwissu 2010 ” fl-Artikoli 2(a) u (b) u 4(a) u (b) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “il-jum ta’ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2011”. Id-data “l-1 ta’ Settembru 2010 ” fl-Artikoli 2(b) u 4(b) għall-Istati tal-EFTA għandha tinqara “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2011”.”