25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 420/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2051

tal-24 ta’ Novembru 2021

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco Animal Nutrition irrappreżentata minn Genencor International B.V.)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104, preċedentement identifikati bħala Bacillus amyloliquefaciens PTA-6507, Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50013 u Bacillus amyloliquefaciens NRRL B-50104, bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Marzu 2021 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li din il-preparazzjoni mhijiex irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u mhijiex sensitizzatur dermali, iżda minħabba n-natura proteinaċa tal-aġenti attivi, il-preparazzjoni jenħtieġ li titqies bħala sensitizzatur respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni għandha l-potenzjal li tkun effikaċi bħala addittiv żootekniku fl-għalf. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus velezensis NRRL B-50013 u Bacillus velezensis NRRL B-50104 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu tal-prodott jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2021;19(4):6535.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi.

Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali

4b1827i

Danisco Animal Nutrition irrappreżentata minn Genencor International B.V.

Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus. velezensis NRRL B-50013 u Bacillus. velezensis NRRL B-50104

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus. velezensis NRRL B-50013 u Bacillus. velezensis NRRL B-50104 li fiha minimu ta’ 2,5 x 109 CFU/g addittiv (totali) b’minimu ta’ konċentrazzjoni batterjali ta’ 8,3 x 108 ta’ kull razza/g addittiv.

Forma solida

Dundjanitas-simna

—

7,5 × 107

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Jista’ jintuża fl-għalf li fih il-koċċidjostati permessi li ġejjin: lażaloċid tas-sodju, monensina tas-sodju u diklażuril.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

Il-15 ta’ Diċembru 2031

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus. velezensis NRRL B-50013 u Bacillus. velezensis NRRL B-50104

Metodu analitiku  (1)

Identifikazzjoni u enumerazzjoni ta’ Bacillus velezensis PTA-6507, Bacillus. velezensis NRRL B-50013 u Bacillus. velezensis NRRL B-50104 fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf

—

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq il-ġell f’kamp pulsat (PFGE)

—

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix wara trattament bis-sħana — EN 15784


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports