|
10.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 98/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 323/2008
tat-8 ta’ April 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili. |
|
(3) |
Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3. |
|
(4) |
Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 (ĠU L 138, 30.05.2007, p. 1).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
|
3824 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 97 . Is-soluzzjoni li tinsab fl-envelop tal-plastik tintuża bħala likwidu għat-tkessiħ u tagħti lill-prodott il-karattru essenzjali ta' preparazzjoni ta' titlu 3824 . L-oġġett m'għandux effett terapewtiku jew profilattiku, fl-ambitu ta’ Kapitlu 30. |
||||||||
|
3926 20 00 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 3926 u 3926 20 00 . Peress li l-oġġett huwa maħsub biex jiddaħħal fil-cups tal-malji jew tar-riċipetti għan-nisa, fl-ambitu ta' titlu 3926 , huwa meqjus bħala aċċessorju ta' lbies ta’ subtitlu 3926 20 00 |
||||||||
|
1001 90 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 1001 , 1001 90 u 1001 90 99 . Il-qamħ komuni li jinsab fiċ-ċinturin jintuża biex jittrasferixxi s-sħana miżmuma u jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu ta' ċereal ta' titlu 1001 . L-oġġett m'għandux effett terapewtiku jew profilattiku, fl-ambitu ta’ Kapitlu 30. |