Official Journal L 283 , 29/10/1994 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 18 Volume 1 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 18 Volume 1 P. 0007
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1994 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta’Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ l-Unjoni Ewropea rigward ir-Rwanda (94/697/CFSP) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu J.2 tiegħu, Wara li qies il-miżuri u l-programmi li diġà ttieħdu mill-Komunità sabiex jikkontribwixxu lejn l-għanijiet u l-prijoritajiet ta’ l-Unjoni lejn ir-Rwanda fil-kwadru tal-Konvenzjonijiet ACP/KEE Konvenzjoni u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tali azzjoni u li tieħu l-passi xierqa tar-raba Konvenzjoni ACP/KEE, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-istqarrija ppreżentata fl-Anness hawnhekk għandha tkun adottata bħala parti integrali ta’ din il-pożizzjoni komuni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 994. Għall-Kunsill Il-President Th. Waigel -------------------------------------------------- ANNESS L-GĦANIJIET U L-PRIJORITAJIET TA' L-UNJONI EWROPEA DWAR IR-RWANDA. Għandha tingħata prijorità lir-ritorn tar-refuġjati. Ir-rikonċiljazzjoni, it-twessiegħ tal-bażijiet tal-gvern il-ġdid u l-ħolqien tal-kondizzjonijiet essenzjali għar-ritorn huma essenzjali. Il-Kunsill jistqarr l-opinjoni tiegħu li kwalunkwe għajnuna għandha tingħata progressivament skond il-prestazzjoni osservata f'dawn l-oqsma. Il-koperazzjoni internazzjonali se jkollha rwol importanti f'dan il-proċess. L-għanijiet u l-prijoritajiet ta' l-Unjoni Ewropea huma: - li tkompli tipprovdi għajnuna umanitarja lir-refuġjati, - li tieħu miżuri fuq bażi immedjata u b'mod kordinat għar-Rwanda, speċjalment fl-oqsma l-aktar uġenti ta' l-ilma u ta' l-elettriku, kif ukoll fl-edukazzjoni, saħħa u djar, sabiex ikunu maħluqa inċentivi għar-ritorn tar-refuġjati u għar-ri-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom, - sabiex terġa' tibda isseħħ b'mod progressiv u taħt ċerti kondizzjonijiet koperazzjoni dwar żvilupp mar-Rwanda, - sabiex jibdew miżuri koerenti għat-tiswija tal-ħsara ekonomika, ekoloġika u soċjali f'dawk il-pajjiżi fil-fruntiera tar-Rwanda, li ġew partikolarment milquta mil-kriżi tar-refuġjati. Għal miżuri u programmi kollha tinħtieġ koperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-Unjoni Ewropea taħseb li hu wkoll importanti li jiżdied mill-aktar fis possibbli n-numru ta' osservaturi tad-drittijiet umani fir-Rwanda u temfasizza l-importanza ta' mobilizzar rapidu u totali tal-forzi ta' l-Unamir, sabiex jiżguraw kontra atti ta' vendetta u persekuzzjoni. L-Unjoni Ewropea tenfasizza l-importanza li jinġiebu quddiem il-ġustizzja dawk responsabbli mill-vjolazzjonijiet gravi tal-liġi umanitarja, inkluż il-ġenoċidju. F'dan ir-rispett l-Unjoni Ewropea tikkonsidra li l-istabbiliment ta' tribunal internazzjonali huwa element essenzjali sabiex iwaqqaf tradizzjoni ta' tpattija u sabiex jevita vjolazzjonijiet futuri tad-drittijiet umani. L-Unjoni Ewropea tispeċifika li f'perspettiv li jħares fit-tul tali konflitti għandhom ikunu risolti mill-Afrika nnifisha u tirrakkomanda t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' l-OAU sabiex tevita u ssolvi tali konflitti reġjonali. L-Unjoni Ewropea tesprimi wkoll t-tħassib tagħha dwar is-sitwazzjoni politika instabbli fil-Burundi, fejn l-atti ta' vjolenza qed jiżdiedu. --------------------------------------------------