5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10305 — CDPQ/DWS/Ermewa)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 262/07)

1.   

Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada),

—

DWS Alternatives Global Limited (“DWS”, ir-Renju Unit) finalment ikkontrollata minn Deutsche Bank AG (“DB”, il-Ġermanja),

—

Ermewa Holding SAS (“Ermewa”, Franza), li tappartjeni għall-Grupp SNCF (Franza).

CDPQ u DWS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ermewa kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CDPQ: investitur istituzzjonali globali fit-tul li jiġġestixxi fondi primarjament għal pensjoni pubblika u para-pubblika u pjanijiet ta’ assikurazzjoni. CDPQ tinvesti dawn il-fondi fi swieq finanzjarji ewlenin, ekwità privata, dħul fiss, infrastruttura u proprjetà immobbli,

—

DWS: kumpanija tal-ġestjoni tal-assi b’portafoll ta’ investiment wiesa’, inklużi investimenti f’assi infrastrutturali fl-Ewropa,

—

Ermewa: grupp ta’ ġestjoni tal-assi tat-trasport attiv fil-kiri ta’ vaguni tal-merkanzija fl-Ewropa u l-kiri ta’ tankijiet containers globalment, inkluż fl-Ewropa. Ermewa hija proprjetarja ta’ ħames workshops fi Franza u tliet workshops fil-Ġermanja li jipprovdu servizzi għall-manutenzjoni, il-kostruzzjoni u t-tiswija ta’ vaguni tal-merkanzija. Ermewa hija attiva wkoll fil-manutenzjoni, fit-tiswija u fil-ħażna ta’ tankijiet containers u tat-trailers bit-tank permezz ta’ sussidjarja li tinsab fin-Netherlands.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10305 — CDPQ/DWS/Ermewa

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.