|
12.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 12/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10082 — CPPIB/TPG/The Torstein Hagen Interest in Possession Settlement/Viking)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 12/04)
1.
Fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada), |
|
— |
TPG Capital (“TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
The Torstein Hagen Interest in Possession Settlement (it-“Trust”, il-Gżejjer Cayman), |
|
— |
Viking Holdings Ltd (“Viking”, Bermuda) ikkontrollata mit-Trust. |
CPPIB, TPG u t-Trust jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Viking.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CPPIB: organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investimenti globali li tinvesti l-fondi ttrasferiti lilha permezz tal-Canada Pension Plan. Prinċipalment tinvesti f’ekwitajiet pubbliċi u privati, proprjetà immobbli, infrastruttura, investimenti ta’ kreditu u investimenti bi dħul fiss. |
|
— |
TPG: kumpanija ta’ investiment privat li tiġġestixxi familja ta’ fondi, li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv. |
|
— |
it-Trust: ma għandha l-ebda attività kummerċjali li tiġġenera dħul għajr dak ta’ Viking. |
|
— |
Viking: tħaddem kruċieri fuq l-oċeani u x-xmajjar madwar id-dinja, inkluża l-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.10082 — CPPIB/TPG/The Torstein Hagen Interest in Possession Settlement/Viking
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).