|
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11092 – BLACKSTONE / CDPQ / INVENERGY / AEP RENEWABLES / AEP WIND HOLDINGS / TRENT WIND FARM / DESERT SKY WIND FARM)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 133/04)
1.
Fil-5 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Blackstone Inc. (“Blackstone”) (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada), |
|
— |
Invenergy IRH Holdings LLC (“Invenergy”) ikkontrollata minn Invenergy Investment Company LLC (“Invenergy Group”) (it-tnejn li huma l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
AEP Renewables LLC, AEP Wind Holdings LLC, Trent Wind Farm LLC, Desert Sky Windfarm LLC (kollha l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollati minn American Electricity Power Company Inc. |
Blackstone, CDPQ u Invenergy se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-intier ta’ AEP Renewables, AEP Wind Holdings, Trent Wind Farm u Desert Sky Wind Farm, flimkien “il-Kumpaniji fil-Mira”.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Blackstone hija maniġer tal-assi globali, |
|
— |
CDPQ huwa investitur istituzzjonali fit-tul li jamministra l-fondi tad-depożitanti tiegħu, primarjament il-pensjonijiet pubbliċi u l-pjanijiet ta’ assigurazzjoni minn Québec, |
|
— |
Invenergy topera n-negozju tal-enerġija rinnovabbli ta’ Invenergy Group. Invenergy Group jiżviluppa, jippossjedi u jopera faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni u ħżin ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala kbira u oħrajn nodfa fl-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Latina, l-Asja u l-Ewropa, |
|
— |
Il-Kumpaniji fil-Mira għandhom faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u assi relatati fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11092 – BLACKSTONE / CDPQ / INVENERGY / AEP RENEWABLES / AEP WIND HOLDINGS / TRENT WIND FARM / DESERT SKY WIND FARM
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).