|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2343 |
21.10.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2343
tal-14 ta’ Lulju 2026
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013 fir-rigward tal-limiti tal-ikklerjar u l-mekkaniżmi li jiskattaw ir-rieżami tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 4a (4) u l-Artikolu 10(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Filwaqt li l-kontropartijiet finanzjarji huma soġġetti għal-livelli limitu applikabbli għal pożizzjonijiet mhux ikklerjati f’derivattivi barra l-Borża (“OTC”) (“livelli limitu mhux ikklerjati”), sabiex tiġi żgurata kopertura prudenti tal-kontropartijiet finanzjarji soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-livelli limitu tal-ikklerjar applikabbli għal pożizzjonijiet aggregati f’derivattivi OTC (“livelli limitu aggregati”) li għalihom huma soġġetti wkoll dawk il-kontropartijiet. Peress li l-għan tagħhom huwa li jevitaw l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar ta’ kontropartijiet finanzjarji li għandhom portafolli kklerjati kbar filwaqt li jibqgħu taħt il-livelli limitu mhux ikklerjati, jenħtieġ li dawn il-livelli limitu aggregati japplikaw biss għall-klassijiet tal-assi li huma soġġetti għal dak l-obbligu tal-ikklerjar, jiġifieri d-derivattivi tar-rati tal-imgħax OTC u d-derivattivi ta’ kreditu OTC. Dan jiżgura li kamp ta’ applikazzjoni xieraq tal-kontropartijiet finanzjarji jkun effettivament soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar. |
|
(2) |
Il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2024/2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fil-metodoloġija tal-kalkolu msemmija fl-Artikolu 4a(3) u fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jirrikjedu kalibrazzjoni tal-livelli limitu mhux ikklerjati li japplikaw għall-pożizzjonijiet miżmuma kemm mill-kontropartijiet finanzjarji kif ukoll minn dawk mhux finanzjarji. Jenħtieġ li dawk il-limiti jiġu kkalibrati separatament għad-derivattivi tar-rati tal-imgħax, tal-kreditu, tal-ekwità, tal-kambju, tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet sabiex tiġi żgurata kopertura prudenti tal-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq elementi bħar-rilevanza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet netti, u s-somma tal-iskoperturi netti, ta’ dawk il-kontropartijiet. |
|
(3) |
L-ESMA rrikonoxxiet id-differenza bejn il-metodoloġija l-ġdida (li fuqha kienu bbażati s-simulazzjonijiet) introdotta permezz ta’ emendi tal-Artikolu 10(3) skont ir-Regolament (UE) 2024/2987 li jqis biss pożizzjonijiet tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati u l-metodoloġija preċedenti li ħarset lejn pożizzjonijiet tad-derivattivi OTC kemm ikklerjati kif ukoll mhux ikklerjati. Fir-rigward tal-livell reali tal-livelli limitu mhux ikklerjati, fin-nuqqas ta’ livelli limitu preċedenti, l-ESMA qieset li l-popolazzjoni attwali ta’ kontropartijiet u nozzjonali maqbuda jenħtieġ li tintuża bħala gwida għall-kalibrazzjoni tal-livelli limitu mhux ikklerjati. Fuq dik il-bażi, l-ESMA wettqet, għal kull waħda mill-ħames klassijiet ta’ assi rilevanti, simulazzjonijiet li juru kif il-kopertura tal-obbligu tal-ikklerjar tinbidel skont il-livell limitu magħżul. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti mhux ikklerjati abbażi ta’ dawk is-sejbiet. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat ir-rieżami f’waqtu tal-limiti tal-ikklerjar, filwaqt li jinżamm grad suffiċjenti ta’ flessibbiltà u jiġi limitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-mekkaniżmi li jiskattaw ir-rieżami tal-valuri tal-limiti tal-ikklerjar imsemmija fl-Artikolu 10(4), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinkludu l-monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-iżviluppi tas-suq fl-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-ESMA skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (4)jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-ESMA. |
|
(7) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 11 (L-Artikolu 4 a(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012) Limiti tal-ikklerjar għal pożizzjonijiet aggregati Il-valuri tal-limiti tal-ikklerjar applikabbli għal pożizzjonijiet aggregati għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar għandhom ikunu:
|
|
(2) |
jiddaħħlu l-Artikoli 11a u 11b li ġejjin fil-Kapitolu VII: “Artikolu 11a (L-Artikolu 10(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012) Limiti tal-ikklerjar għal pożizzjonijiet mhux ikklerjati Il-valuri tal-limiti tal-ikklerjar applikabbli għal pożizzjonijiet mhux ikklerjati għall-fini tal-obbligu tal-ikklerjar għandhom ikunu:
Artikolu 11b (L-Artikolu 10(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012) Mekkaniżmi li jiskattaw rieżami tal-valuri tal-limiti tal-ikklerjar L-ESMA għandha tivvaluta, mill-inqas fuq bażi annwali, l-evoluzzjoni tal-indikaturi li ġejjin:
Meta l-ESMA tidentifika bidliet sinifikanti fl-indikaturi msemmija fil-punti (a) sa (g), hija għandha tibda rieżami tal-limiti tal-ikklerjar imsemmija fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 11a f’konformità mal-Artikolu 10(4a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/648/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2987, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2987/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, pp. 84 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/149/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/2343/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)