27.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/34


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9717 — Bergé/Mitsubishi Corporation/Bergé Auto/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 64/09)

1.   

Fl-20 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bergé y Cía S.A (Spanja) (“Bergé”), li tappartjeni għall-Bergé Group,

—

Mitsubishi Corporation (il-Ġappun) (“MC”),

—

Bergé Automoción S.L. (Spanja) (“Bergé Auto”), ikontrollata minn by Bergé.

Bergé u MC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Bergé Auto.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Bergé: Bergé hija parti mill-Bergé Group. Il-Bergé Group huwa attiv fil-portijiet marittimi, fid-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur, il-loġistika, l-enerġija rinnovabbli u l-finanzi,

—

MC: MC hija attiva f’diversi industriji, inklużi fil-finanzjament industrijali, l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimiċi, l-ikel u l-ambjent u d-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur,

—

Bergé Auto: Bergé Auto hija attiva fl-importazzjoni, id-distribuzzjoni bl-ingrossa u mill-ħwienet ta’ vetturi bil-mutur ta’ diversi ditti, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ, servizzi ta’ finanzjament u servizzi oħra fl-Ewropa u fl-Amerka t’Isfel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9717 — Bergé/Mitsubishi Corporation/Bergé Auto/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.