|
17.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/796
tas-16 ta’ Ġunju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1252 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza kimika fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1252 (1). |
|
(2) |
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1252 jipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha. |
|
(3) |
Il-ftehim ta’ finanzjament mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) ġie konkluż fit-30 ta’ Awwissu 2017, u għalhekk jiskadi fit-30 ta’ Awwissu 2020. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ April 2020,l-OSKE talbet estensjoni ta’ sitt xhur tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1252, minħabba s-sospensjoni temporanja ta’ numru ta’ attivitajiet b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza kimika fl-Ukrajna minħabba l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(5) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1252 tista’ ssir mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji sat-28 ta’ Frar 2021. |
|
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1252 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1252 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-28 ta’ Frar 2021.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1252 tal-11 ta’ Lulju 2017 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza kimika fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom (ĠU L 179, 12.7.2017, p. 8).