|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1721 |
24.4.2026 |
P10_TA(2025)0314
Il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni favur it-Tanzanija għall-2025
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni annwali favur ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija għall-2025 (D110180/02 – 2025/2979(RSP))
(C/2026/1721)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-pjan ta’ azzjoni annwali favur ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija għall-2025 (D110180/02), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (1) (ir-Regolament NDICI-Ewropa Globali), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-22 ta’ Ottubru 2025 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/947, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-arrest u r-riskju ta’ eżekuzzjoni ta’ Tundu Lissu, President ta’ Chadema, il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni fit-Tanzanija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
|
A. |
billi fit-22 ta’ Ottubru 2025, l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ġie ppreżentat lill-Kumitat NDICI; |
|
B. |
billi l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni juri approċċ żbaljat mill-Kummissjoni, li ma jirriflettix bis-sħiħ in-nuqqasijiet fid-demokrazija u fid-drittijiet tal-bniedem fit-Tanzanija matul dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari sa mill-elezzjonijiet frawdolenti f’Ottubru 2025, li warajhom il-gvern kisser id-dimostrazzjonijiet li wasslu għall-mewt ta’ ferm aktar minn 400 persuna, u mijiet ta’ persuni ġew akkużati bi tradiment; |
|
C. |
billi l-missjoni ta’ osservazzjoni elettorali tal-Unjoni Afrikana kkritikat bil-qawwa t-tmexxija tal-elezzjoni presidenzjali tat-Tanzanija, li rat lill-President fil-kariga jiġi elett apparentement bi 98 % tal-voti; billi l-gvern tat-Tanzanija, għall-kuntrarju tal-elezzjonijiet fl-2015, ma stedinx Missjoni Ewropea ta’ Osservazzjoni Elettorali; |
|
D. |
billi r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/il-Viċi President tal-Kummissjoni, Kaja Kallas, f’isem l-Unjoni Ewropea, esprimiet tħassib serju dwar il-vjolenza postelettorali fit-Tanzanija u nnotat li “in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi fit-tħejjija għall-elezzjonijiet kien ikkaratterizzat minn rapporti ta’ ħtif u għajbien u vjolenza li jillimitaw l-ispazju ċiviku u demokratiku”; |
|
E. |
billi Tundu Lissu, il-mexxej ta’ Chadema, il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni tat-Tanzanija, ġie arrestat fid-9 ta’ April 2025 u aktar tard ġie akkużat bi tradiment, flimkien ma’ tliet reati ta’ pubblikazzjoni ta’ informazzjoni falza skont il-liġijiet dwar iċ-ċiberkriminalità; billi t-tradiment fit-Tanzanija jġorr il-possibbiltà ta’ piena tal-mewt; billi l-UE topponi b’mod inekwivoku l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha; billi ftit wara l-arrest ta’ Lissu, il-partit Chadema ġie skwalifikat mill-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari ta’ Ottubru 2025, abbażi tal-fatt li l-partit irrifjuta li jiffirma kodiċi ta’ kondotta elettorali, il-kandidat tat-tieni l-akbar partit tal-oppożizzjoni “Alliance for Change and Transparency” (Alleanza għall-Bidla u t-Trasparenza, ACT-Wazalendo), Luhaga Mpina, ġie skwalifikat ukoll milli joħroġ għall-elezzjoni; |
|
F. |
billi l-gvern tat-Tanzanija ma ssodisfa l-ebda eżiġenza li l-Parlament Ewropew ressaq fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2025, inklużi fost l-oħrajn, l-appell biex is-Sur Lissu jiġi rilaxxat immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, biex tiġi implimentata riforma ġudizzjarja, biex tittejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u biex titressaq riforma elettorali; |
|
G. |
billi r-rigress tat-Tanzanija li timpenja ruħha li tippromwovi l-valuri, il-prinċipji u l-interessi kondiviżi, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba, u tal-ispazju ċiviku miftuħ, kif ukoll l-eskalazzjoni tar-repressjoni, l-arresti arbitrarji, il-vjolenza, l-attakki u l-fastidju tagħha kontra membri tal-oppożizzjoni, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-popli indiġeni, l-attivisti LGBTIQ+, il-ġurnalisti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta’ programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi skont ir-Regolament NDICI-Ewropa Globali; billi l-kriżi postelettorali fit-Tanzanija tikkostitwixxi theddida immedjata għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew għal-libertajiet fundamentali fil-pajjiż; billi kwalunkwe deċiżjoni ta’ ppjanar u ta’ programmazzjoni li ma tqisx dawk l-aspetti tirrendi nulli l-atti ta’ implimentazzjoni deċiżi f’ċirkostanzi bħal dawn; |
|
H. |
billi l-UE tappoġġja b’mod sinifikanti t-trasformazzjoni diġitali tat-Tanzanija - permezz ta’ investimenti fl-infrastruttura 4G u l-fibra ottika, fil-governanza elettronika, fil-ħiliet diġitali, u fl-iżvilupp tas-settur privat - bl-għan li tespandi l-aċċess għall-informazzjoni u trawwem ekonomija diġitali miftuħa; billi, madankollu, l-awtoritajiet tat-Tanzanija aġixxew f’kontradizzjoni ma’ dawn l-għanijiet billi imponew l-għeluq sħiħ tal-internet, kemm fit-tħejjija għall-elezzjonijiet kif ukoll għal darb’ oħra fost l-inkwiet li nqala’ wara l-elezzjoni, u dawn huma miżuri li mminaw il-parteċipazzjoni demokratika u li rriskjaw l-użu ħażin tal-infrastruttura diġitali appoġġjata mill-UE; |
|
1. |
Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (D110180/02) jaqbeż is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) 2021/947; |
|
2. |
Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (D110180/02) mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, fis-sens li mhuwiex kwompatibbli mal-għan tar-Regolament (UE) 2021/947; |
|
3. |
Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ssospendiet il-proċess ta’ adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni meta ġiet infurmata bit-tħassib tal-Parlament Ewropew; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat li jirrispetta t-tħassib li tqajjem, filwaqt li jiżgura li kwalunkwe bidla ġdida ma taffettwax b’mod negattiv il-finanzjament dirett għall-appoġġ tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1721/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)