|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/668 |
2.4.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/668
tal-15 ta’ Novembru 2024
li jissupplimenta lir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli fid-dominju tal-forza tax-xogħol għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/982 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex jiġu koperti l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, jeħtieġ jiġu speċifikati l-għadd u t-titolu tal-varjabbli fid-dominju tal-forza tax-xogħol għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali. |
|
(2) |
L-għadd tal-varjabbli li jridu jinġabru ma għandux jaqbeż b’aktar minn 5% lill-għadd tal-varjabbli miġbura għad-dominju tal-forza tax-xogħol fil-mument meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet xierqa ma’ esperti nazzjonali bħala parti mit-tħejjija ta’ dan ir-Regolament Delegat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għadd u t-titoli tal-varjabbli fid-dominju tal-forza tax-xogħol għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.
Article 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-għadd u t-titolu tal-varjabbli fid-dominju tal-forza tax-xogħol fir-rigward tas-sett tal-varjabbli għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali.
|
Suġġett |
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
||
|
Impjieg tal-pjattaformi diġitali |
DPWORK |
Qasam tal-attività tax-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar |
||
|
DPINTENS |
Intensità tax-xogħol bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
DPHRSW |
Għadd medju ta’ sigħat bi ħlas maħdumin fix-xahar fl-aħħar 12-il xahar fuq il-pjattaformi diġitali |
||||
|
DPINC |
Sehem tal-introjtu totali mix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali meta mqabbel mal-introjtu personali totali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
DPMR |
Raġuni ewlenija għax-xogħol bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
DPASG |
Kompiti assenjati fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali mwettqa fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
DPREJ |
Possibbiltà ta’ rifjut ta’ kompiti fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
DPHSET |
Awtorità li tiddeċiedi meta s-sigħat tax-xogħol isiru fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
DPPSET |
Awtorità għall-iffissar tal-prezzijiet fix-xogħol ewlieni bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali fl-aħħar 12-il xahar |
||||
|
DPINSCOV |
Aċċess għal-liv bi ħlas jew għal benefiċċji tal-liv f’każ ta’ mard |
||||
|
DPMAIN |
Xogħol bi ħlas fuq il-pjattaformi diġitali bħala impjieg ewlieni, it-tieni impjieg jew impjieg ieħor fil-ġimgħa ta’ referenza |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/668/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)