31985R0743



Official Journal L 081 , 23/03/1985 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0179
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0251
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0179
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 21 P. 0251


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 743/85

tal-21 ta' Marzu 1985

li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-estensjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indonesja, il-Malasja, il-Filippini, Singapore u t-Tajlandja, pajjiżi membri ta' l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet ta' l-Asja tax-Xlokk, għall-Brunei - Darussalam

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, sabiex tikseb l-għanijiet tagħha fl-isfera tar-relazzjonijiet ekonomiċi barranija, il-Komunità Ekonomika Ewropea għandha tapprova l-Protokoll dwar l-estensjoni għall-Brunei-Darussalam tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-istati membri ta' l-Asean,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità l-Protokoll dwar l-estensjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi membri ta' l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet ta' l-Asia tax-Xlokk (ASEAN).

It-test ta' dan il-Protokoll huma mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti notifika illi ġew ikkompletati l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll rigward il-Komunità [2].

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Andreotti

[1] ĠU C 72, tat-18.3.1985, pġ. 109.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------