11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 55/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-istat) tal-Ftehim taż-ZEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti impriżi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/111/KE tħassar id-Direttivi tal-Kummissjoni 80/723/KEE (3), 85/413/KEE (4), 93/84/KEE (5), 2000/52/KE (6) u 2005/81/KE (7) li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jitħassru skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt 1a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2496/96/ECSC) għandu jkun rinumerat bħala punt 1aa.

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 80/723/KEE):

“1a.

32006 L 0111: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

it-terminu ‘Kummissjoni’ għandu jinqara ‘Awtorità ta’ Sorveljanza kompetenti kif definita fl-Artikolu 62 tal-Ftehim taż-ŻEE’;

(b)

It-terminu ‘kummerċ bejn l-Istati Membri’ għandu jaqra ‘kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti’.”

3.

It-test ta' punt 1 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE:) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2006/111/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 209, 9.8.2007, p. 52.

(2)   ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

(3)   ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35.

(4)   ĠU L 229, 28.8.1985, p. 20.

(5)   ĠU L 254, 12.10.1993, p. 16.

(6)   ĠU L 193, 29.7.2000, p. 75.

(7)   ĠU L 312, 29.11.2005, p. 47.

(*1)  Ebda ħtiġiet kostituzzjonali m'huma indikati.