|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3196 |
19.12.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3196
tat-18 ta’ Diċembru 2024
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-weraq tar-ravanell
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw il-livelli massimi ta’ residwu (“MRLs”, maximum residue levels) tal-pestiċidi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/62 (2) introduċa entrata ġdida għall-“weraq tar-ravanell” fl-Anness I, il-Parti B, tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, bħala prodott li għalih kellhom japplikaw l-istess MRLs li japplikaw għall-“kaboċċi (‘kales’)”. Wara li waslet informazzjoni li tissuġġerixxi li l-MRLs għall-kaboċċi (“kales”) jistgħu ma jkunux adattati għall-weraq tar-ravanell fil-każijiet kollha u li kienu meħtieġa provi speċifiċi tar-residwi fuq il-weraq tar-ravanell biex jiġu kkonfermati l-MRLs xierqa, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1049 (3) ippreveda perjodu tranżitorju qabel ma dawk l-MRLs isiru applikabbli għall-“weraq tar-ravanell” sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġbru d-data meħtieġa dwar jekk l-MRLs għall-“kaboċċi (‘kales’)” humiex xierqa biex jiġu applikati għall-“weraq tar-ravanell”. Dak il-perjodu mbagħad ġie estiż sal-1 ta’ Jannar 2025 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1771 (4). |
|
(3) |
L-Istati Membri pprovdew riżultati li indikaw li għall-varjetajiet tar-ravanell b’weraq żgħir (Raphanus sativus var. radicula) l-aktar prattiki agrikoli tajbin simili kienu dawk li jintużaw għall-aruka, li tappartjeni għall-istess familja botanika (Brassicaceae) u li għandha similaritajiet morfoloġiċi, filwaqt li għal dawk il-varjetajiet b’weraq kbir (Raphanus sativus var. longipinnatus u Raphanus sativus var. niger) l-aktar prattiki agrikoli tajbin simili kienu dawk li jintużaw għall-kaboċċi (“kales”). |
|
(4) |
Għalhekk jixraq li fl-Anness I, il-Parti B, tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu inklużi żewġ entrati separati għall-weraq tar-ravanell billi tiddaħħal entrata ġdida għall-“weraq tar-ravanell żgħir” li għalih għandhom japplikaw l-istess MRLs li japplikaw għall-“aruka” fil-Parti A ta’ dak l-Anness, u li l-entrata eżistenti fl-Anness I, il-Parti B, tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tiġi modifikata minn “weraq tar-ravanell” għal “weraq tar-ravanell kbir” li għalih għandhom japplikaw l-istess MRLs li japplikaw għall-“kaboċċi (‘kales’)” fil-Parti A ta’ dak l-Anness. Jenħtieġ li dawk l-entrati jkunu jinkludu wkoll l-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet u tal-varjetajiet li għalihom jappartjenu l-prodotti. |
|
(5) |
Peress li issa d-data meħtieġa ġiet ipprovduta mill-Istati Membri, jenħtieġ li n-nota f’qiegħ il-paġna dwar il-perjodu tranżitorju għall-weraq tar-ravanell titħassar mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/62 tas-17 ta’ Jannar 2018 li jibdel l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 23.1.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/62/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1049 tal-25 ta’ Lulju 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 26.7.2018, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1049/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1771 tas-7 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-weraq tar-ravanell (ĠU L 356, 8.10.2021, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1771/oj).
ANNESS
L-Anness I, il-Parti B, tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata (0243020-008) għall-“weraq tar-ravanell” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-entrata l-ġdida li ġejja għall-“weraq tar-ravanell żgħir” (0251060-002) tiddaħħal wara “ġarġir isfar” (0251060-001):
|
|
(3) |
in-nota f’qiegħ il-paġna (3) titħassar. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3196/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)