|
22.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/58 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/662
tal-20 ta’ Jannar 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103(7) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (2), l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi huma wieħed mill-komponenti tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali li għandhom jitħallsu mill-istituzzjonijiet għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. B’mod partikolari, l-ammont medju annwali, ikkalkolat fuq bażi trimestrali, tal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi, għandu jiġi vvalutat f’konformità mal-Artikoli 429, 429a u 429b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(2) |
Qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Artikoli 429, 429a u 429b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, obbligaw lill-istituzzjonijiet jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tad-derivattivi tagħhom billi jużaw metodu ta’ valwazzjoni skont is-suq - il-Metodu tal-Iskopertura Kurrenti (“CEM”) - permezz ta’ referenza għall-Artikolu 274 ta’ dak ir-Regolament, b’rabta mal-kalkolu tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta’ Ingranaġġ. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 emenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013. B’mod partikolari, l-Artikoli 429, 429a u 429b ġew sostitwiti bl-Artikoli 429 sa 429 g il-ġodda. Dik l-emenda kienet tinkludi, fost l-oħrajn, l-introduzzjoni fl-Artikolu 429c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-obbligu għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti derivattivi f’konformità mal-metodu ta’ valwazzjoni skont is-suq magħruf bħala l-Approċċ Standardizzat – Riskju ta’ Kreditu tal-Kontroparti (SA-CCR), li ħa post il-Metodu tal-Iskopertura Kurrenti jew “CEM” b’effetti fuq il-perjodi ta’ kontribuzzjoni ex ante mill-2023. |
|
(4) |
L-Approċċ Standardizzat – il-Metodu tar-Riskju ta’ Kreditu tal-Kontroparti huwa impossibbli li jiġi applikat għall-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi meta jkun meħtieġ li tali valwazzjoni tiġi applikata għall-iskopijiet tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63. L-applikazzjoni ta’ dak il-metodu, fil-fatt, tfixkel il-kalkolu tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi, u dan jaffettwa lil xi istituzzjonijiet aktar minn oħrajn. Dan huwa dovut, l-ewwel nett, għall-preżenza ta’ limitu minimu żero f’ċerti formuli li għandhom jiġu applikati, li jaffettwa lill-istituzzjonijiet b’mod differenti skont jekk jużawx l-IFRS (l-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju), u, it-tieni, għad-diffikultajiet tekniċi u l-inċertezzi fl-applikazzjoni ta’ formuli li jikkalkulaw l-Iskopertura Futura Potenzjali. Għalhekk huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jużaw il-Metodu tal-Iskopertura Kurrenti għall-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi u li jintroduċu dak il-metodu, preċedentement stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega(UE) 2015/63 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jingħataw aktar żmien biex jadottaw u jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni f’konformità mar-rekwiżiti emendati. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi previst arranġament tranżizzjonali għas-sena 2023 li jestendi l-iskadenzi għal tali notifika. |
|
(7) |
Peress li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeħtieġ li japplikaw ir-rekwiżiti emendati sabiex jikkalkolaw u jiġbru l-kontribuzzjonijiet għas-sena 2023 mill-aktar fis possibbli, huwa meħtieġ li jiġi previst id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bl-informazzjoni li hija rilevanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet jingħataw xahar ieħor biex jipprovdu dik l-informazzjoni fl-2023, permezz ta’ arranġament tranżizzjonali. |
|
(9) |
Huwa meħtieġ ukoll li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu joħorġu struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet għall-għoti ta’ dik l-informazzjoni, b’mod konsistenti mal-emendi introdotti, ferm qabel l-iskadenza stabbilita għall-2023, sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ inċertezza legali dwar il-metodu li għandu jiġi applikat fl-2023 għall-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-metodu tal-kalkolu matul il-perjodi ta’ kontribuzzjoni u sabiex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu jistgħu joħorġu, mill-1 ta’ Ottubru 2022, struzzjonijiet dwar l-għoti ta’ tali informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika b’mod retroattiv minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (30) li ġej:
; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Għall-iskop ta’ din it-Taqsima, l-ammont medju annwali, ikkalkolat fuq bażi trimestrali, tal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, għandu jiġi valwat f’konformità mal-Artikoli 5a sa 5e ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-valur assenjat lill-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi ma jistax ikun inqas minn 75 % tal-valur tal-istess obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kontabilità applikabbli għall-istituzzjoni konċernata għall-iskopijiet ta’ rappurtar finanzjarju. Meta, skont l-istandards kontabilistiċi nazzjonali li japplikaw għal istituzzjoni ma jkun hemm l-ebda kejl kontabilistiku tal-iskopertura għal ċerti strumenti derivattivi minħabba li dawk l-istrumenti derivattivi jinżammu barra mill-karta bilanċjali, l-istituzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni s-somma tal-valuri ġusti ta’ dawk id-derivattivi, meta s-somma tkun negattiva, bħala l-kost ta’ sostituzzjoni u żżid dawk id-derivattivi mal-valuri kontabilistiċi tagħha fil-karta bilanċjali.” |
|
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli 5a sa 5e li ġejjin: “Artikolu 5a Valur tal-iskopertura tad-derivattivi 1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti derivattivi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, f’konformità mal-Metodu ta’ Valwazzjoni Skont is-Suq stabbilit fl-Artikolu 5b. Meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-effetti ta’ kuntratti għan-novazzjoni u arranġamenti oħra ta’ netting f’konformità mal-Artikolu 5d. In-netting bejn prodotti differenti ma għandux japplika. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jwettqu netting fi kwalunkwe kategorija ta’ prodotti unika inkluża fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jkunu soġġetti għal ftehim kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti. 2. Meta d-dispożizzjoni ta’ kollateral relatata ma’ kuntratti derivattivi tnaqqas l-ammont ta’ obbligazzjonijiet skont il-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura dak it-tnaqqis. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu mill-porzjon tal-kost ta’ sostituzzjoni kurrenti tal-valur tal-iskopertura l-marġini ta’ varjazzjoni mħallas fi flus kontanti lill-kontroparti sa fejn skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, il-marġini ta’ varjazzjoni ma jkunx diġà ġie rikonoxxut bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), meta l-kuntratt tad-derivattivi jkun soġġett għal ftehim prinċipali ta’ netting kwalifikanti, il-munita tas-saldu tfisser kull munita ta’ saldu speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi jew il-ftehim prinċipali ta’ netting kwalifikanti li jirregola. Meta, skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġini ta’ varjazzjoni riċevut fi flus kontanti mill-kontroparti bħala obbligazzjoni pagabbli, hija tista’ teskludi dik l-obbligazzjoni mill-miżura tal-iskopertura dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu, il-punti (a) sa (e). 4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:
5. B’deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-Metodu ta’ Skopertura Simplifikat stabbilit fl-Artikolu 5c biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti derivattivi elenkati fl-Anness II, il-punti 1 u 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li d-daqs tan-negozju tad-derivattivi fil-karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali ta’ dawk l-istituzzjonijiet jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) ta’ dak ir-Regolament. L-istituzzjonijiet li japplikaw dak il-Metodu ta’ Skopertura Simplifikat ma għandhomx inaqqsu l-kejl tal-iskopertura bl-ammont ta’ marġini ta’ varjazzjoni riċevut fi flus kontanti. Artikolu 5b Metodu ta’ Valwazzjoni Skont is-Suq 1. Il-kost tas-sostituzzjoni attwali tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi fil-livell tas-sett ta’ netting għandu jkun il-valur assolut tal-valur nett tas-suq ta’ dawk il-kuntratti fi ħdan in-netting, gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew depożitat meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jkunu soġġetti għal netting fil-komputazzjoni tal-valur nett tas-suq. Għal dak il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjoni derivattiva individwali bħala s-sett ta’ netting tagħhom stess. 2. Sabiex jiddeterminaw l-iskopertura għall-kreditu futura potenzjali, l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-ammonti nozzjonali jew il-valuri sottostanti, kif applikabbli, bil-perċentwali stabbiliti fit-Tabella 1 u f’konformità ma’ dan li ġej:
3. Il-valur tal-iskopertura għandu jkun is-somma tal-kost ta’ sostituzzjoni attwali u tal-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali. Artikolu 5c Metodu tal-Iskopertura Simplifikat 1. Skont il-Metodu tal-Iskopertura Simplifikat, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura billi jimmultiplikaw l-ammont nozzjonali ta’ kull strument bil-perċentwali stabbiliti fit-Tabella 2. Tabella 2
2. L-istituzzjonijiet jistgħu, meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tar-rati tal-imgħax, jużaw jew il-maturità oriġinali jew dik residwa. Artikolu 5d Rikonoxximent ta’ netting kuntrattwali bħala tnaqqis tar-riskju L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw bħala tnaqqis tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 5e biss it-tipi ta’ ftehimiet kuntrattwali ta’ netting li ġejjin meta tali ftehim ta’ netting ikun ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 296 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u meta l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 297 ta’ dak ir-Regolament:
Artikolu 5e Effetti tar-rikonoxximent tan-netting bħala tnaqqis tar-riskju 1. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting kif ġej:
2. Meta jikkalkolaw l-iskopertura għall-kreditu futura potenzjali f’konformità mal-formula stipulata fil-paragrafu 1(b)(ii), l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw kuntratti li jaqblu b’mod perfett inklużi fil-ftehim ta’ netting daqslikieku dawk il-kuntratti kienu kuntratt wieħed b’kapital nozzjonali ekwivalenti għad-dħul nett. Meta japplikaw l-Artikolu 5c(1) l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw kuntratti derivattivi li jaqblu b’mod perfett inklużi fil-ftehim tan-netting daqslikieku dawk il-kuntratti kienu kuntratt wieħed b’kapital nozzjonali ekwivalenti għad-dħul nett, u l-ammonti kapitali nozzjonali għandhom jiġu multiplikati bil-perċentwali stabbiliti fl-Artikolu 5c, Tabella 2. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kuntratti derivattivi li jaqblu b’mod perfett huma kuntratti forward tal-kambju jew kuntratti simili li fihom kapital nozzjonali huwa ekwivalenti għall-flussi ta’ flus kontanti jekk il-flussi ta’ flus kontanti jkunu dovuti fl-istess data tal-valur u jkunu kollha bl-istess munita. 3. Għall-kuntratti derivattivi l-oħrajn kollha inklużi fi ftehim ta’ netting, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-perċentwali applikabbli kif indikat fit-Tabella 3. Tabella 3
4. Fil-każ ta’ kuntratti b’rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu jew maturità oriġinali jew residwa.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 20, jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin: “6. B’deroga mill-Artikolu 13(1), fil-perjodu ta’ kontribuzzjoni tal-2023 l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinnotifikaw lil kull istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 2 bid-deċiżjonijiet tagħhom li jiddeterminaw il-kontribuzzjoni annwali dovuta minn kull istituzzjoni sal-31 ta’ Mejju 2023. 7. B’deroga mill-Artikolu 14(4), u fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fl-2023, l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu għandha tingħata sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2023”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 44).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).